Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn totali tal-pajjiż? Kemm minn dan id-dejn huwa mal-banek u x'inhuma l-interessi li qed jitħallsu fuq dan id-dejn ? Kemm minn dan id-dejn huwa ma' pajjiżi oħra u kemm qed jitħallsu interessi fuq dan d-dejn ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-31 ta’ Marzu 2008 id-dejn totali tal-Gvern kien jammonta għall-Ewro 3,280,306,163. Minn dan kien hemm:-
1. Ewro 57,106,109
Self
mal-banek
li kien jippartjeni lil
ex MDD, MSCL, u
2. Ewro 121,240,637 self minn
istituzzjonijiet barranin.
L-interessi li tħallsu bejn Jannar u Marzu 2008 fuq id-dejn totali kien jammonta għall-Ewro 60,470,943. Minn dawn kien hemm €33,988 interessi li tħallsu fuq is-self minn barra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas-Sinjorina, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax ilha tistenna biex tieħu l-flus tar-relief mill-10 ta' Frar 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159 biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk s-suldati ta' l-AFM f'dawn l-aħħar ġimgħat ħadux l-arretrati? Jekk iva, kemm ibbenefikaw? Hemm aktar ħaddiema li se jieħdu dawn il-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-arretrati li jikkonċernaw il-promozzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Awissu 2007 tħallsu kollha fil-paga ta’ Jannar 2008. Ma’ l-istess paga s-suldati kollha ħadu ż-żiedet, b’riżultat ta’ l-istrutturar ta’ l-iskali, li kienu mħabbra fid-diskors tal-budget u li daħlu fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 778.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 487 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Transport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtorizzazzjoni li ħarġet l-Airmalta kienet hekk kif iddikjarata hawn taħt : -
78 NETHERLANDS
274 BELGIUM
1685 UK & I
145 GERMANY
349 ITALY
136 LIBYA
29 AUSTRIA
54 FRANCE
15 RUSSIA
65 SWITZERLAND
6 TURKEY
2 HUNGARY
15 GREECE
2 BULGARIA
19 TUNISIA
168 LUXEMBURG
15 Oħrajn
------------------------------------------------------
3057 Total
---------------------------------------------.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 356 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 348, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies impjegati mal-Gvern fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April 2008? Kemm minnhom kienu full timeu kemm part-time? Kif kienu mqassma dipartiment, dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Gvern, ministeru, ministeru fl-1 ta' Jannar sal-1 ta' April, 2007? Kemm kienet l-ispiża totali tal-Gvern, ministeru, ministeru fl-1 ta' Jannar sal-1 ta' April, 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji eżatt kif qed jitlobhom, kemm għall-perjodu ta’ l-2007 kif ukoll għall-perjodu ta’ l-2008, ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgha, 25 ta’ April 2008.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li applikat għal post tal-Gvern tingħata akkomodazzjoni soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-proċess għal għażla ta' Assistant Planing Officers li l-MEPA ħarġet dawn il-postijiet vakanti fi Frar ta' l-2008, u għalkemm kull min applika rċieva ittra ta' acknowledgment kif ukoll ġie intervistat, il-proċess jidher li waqaf eżatt wara l-elezzjoni ġenerali? Dawn l-applikazzjonijiet se jkomplu jiġu proċessati u l-ewwel intervista se tibqa' tgħodd għal kull eventwalment tat-tieni intervista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proċess issa huwa konkluż u l-applikanti kellhom jirċievu komunikazzjoni mingħand l-Awtorità kkonċernata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 488, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika eżatt għal liema disability pension qed tirreferi, hux disability pension għax ikun ġara xi inċident jew inkella diżabilita' mit-twelid jew mard?
Response (DALLI, JOHN)
Skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, id-disability pension, li kienet is-suġġett tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 488, hi dik il-pensjoni mħallsa dwar persuna li jkollha sittax-il sena jew aktar u tkun ċertifikata li qed issofri minn subnormalità mentali severa jew li tkun persuna gravament diżabilitata, u tkunu tissodisfa it-test tal-mezzi skond l-istess l-Att.
Għalhekk, l-informazzjoni mogħtija bi Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 488 kienet speċifikament dwar din il-pensjoni..
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 345, jista' l-Ministru jgħid is-624 angiogram li saru tul 2008 kemm kien ilhom fuq il-waiting list? Kif jiddefinixxi "fair" l-Ministru? Min qed jassigura li kollox isir "fair"? Japprezza li min ma jistax iħallas jista' jkun żvantaġġjat bis-sistema kif inhi llum? Kif jassigura l-Ministru li min ikun ra speċjalista privatament ma jaqbiżx in-nies li jkunu fuq il-waiting list? Jista' biex jitnaqqas l-abbuż tibda tiġi pubblikata lista u turi l-ordni ta' min imissu u meta tpoġġa fuq il-waiting list? Jekk l-oġġezzjoni għal dan huwa Data Protection Act tista' tiġi ippublikata skond in-numru tal-karta ta' l-identita'? Dan jista' jiġi applikat wkoll għad-dipartiment tal-kirurġija u ta' l-għajnejn?
Response (DALLI, JOHN)
It-terminu “Fair” fil-Medicina tfisser “Bzonn Kliniku”. Huwa għalhekk li għandna departiment ta’ emerġenza li jara pazjenti qabel oħrajn li jiġu eżaminati fl-Outpatients. Barra minn hekk, jekk it-tabib responsabbli mill-pazjent iħoss li l-kundizzjoni tal-pazjent qed tiddeterjora malajr jew li progress kliniku jirrikjedi azzjoni mmedjata, dan jista’ jagħmel kuntatt mal-Konsulent ikkoncernat li jkun jista’ jieħu azzjoni dwar dawn il-bżonnijiet.
Dan il-process japplika għal kull minn jiġi eżaminat. Individwi jitpoġġew fuq
waiting list
komuni u l-kriterji ta’ urgenza japplikaw għal pazjenti li l-kundizzjoni klinika tagħhom tirrikjedi li jingħataw prijorita fil-lista. Il-Kodici ta’ l-Etika tal-Professjoni Medika tassigura l-
fairness
li l-Onorevoli Parnis qed jistaqsi dwarha. Il-
waiting lists
qatt ma huma bbażati fuq
“First Come first served basis”
imma l-urġenza tal-każ tiddetta iż-żmien ta’ stennija għall-procedura necessarja.
Hemm Team Mediku tal-Kardjologija fuq
standby
fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa biex jinvestiga u jittratta każi urġenti li jidħlu mid-Dipartiment ta’ l-Emergenza. Barra minn hekk, każi fejn il-pazjent ikun rikoverat fl-Isptar wara li sofra sintomi ta’ problemi kardijaci akuti jingħataw precedenza fuq dawk il-pazjenti fuq il-
waiting list
li jkunu jistgħu ikomplu l-ħajja normali tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li nqabdu bid-droga minn April 2007 sa April 2008? Minn liema rħula u villaġġi huma?
Kemm kien in-numru ta' nies li ġew arrestati fuq serq? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Il-barranin ta' liema nazzjonalita' huma? Il-Maltin minn liema rħula u villaġġi huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn April 2007 u April 2008 kien hemm 504 persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi relatati ma' droga. Filwaqt li 30 kienu ta' nazzjonalita' barranija, il-kumplament kienu minn dawn il-lokalitajiet:
Attard, Baħar iċ-Ċagħaq, Balzan, B'Kara, Birgu, B'Buġia, Bormla, Buġibba, Fgura, Floriana, Għargħur, Għaxaq, G'Manġia, Għawdex, Gżira, Ħamrun, Ibraġġ, Isla, Kalkara, Luqa, Marsa, M'Scala, M'Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Msida, Naxxar, Paola, Pembroke, Pieta', Qawra, Qormi, Qrendi, Rabat, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, Swieqi, Ta' Xbiex, Tarxien, Valletta, Xgħajra, Żabbar, Zebbug, Żejtun, Żurrieq.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-proġetti pendenti quddiem il-MEPA li l-istima tagħhom taqbeż €2 miljun? Kemm ilhom li applikaw proġett, proġett? Kemm hemm proġetti li l-istima tagħhom taqbeż €2 miljun ġew approvati mill-MEPA fl-aħħar 3 snin (April 2005 sa April 2008)? Meta applika għall-ewwel darba kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MEPA ma żżomx l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 349 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid kemm kienet l-istima oriġinali għall-proġett tal-vapur t'Għawdex fil-Marfa, Malta u l-Imġarr Għawdex? Kemm kienet l-istima ġenerali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-progetti msemmija saru mill-Malta Maritime Authority, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.