Legislature:
Category:
Reset
Active:

Budget allokat għat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Proġetti fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għal proġetti fuq art tal-Gvern ġew iffirmati mal-Lands Department kull sena fl-aħħar għaxar snin u wara sejħa għal tenders? Kemm minn dawn il-kuntratti inbidlulhom il-kundizzjonijiet oriġinali tul ix-xogħol mingħajr ma ħarġu call for tenders ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kuntratti għal proġetti fuq art tal-Gvern li ġew iffirmati mad-Dipartiment ta’ l-Artijiet kull sena fl-aħħar għaxar snin wara sejħa għal tenders kien kif ġej: Sena Numru ta’ Kuntratti 1998 34 1999 30 2000 29 2001 33 2002 50 2003 70 2004 49 2005 95 2006 74 2007 91 2008* 27 * sas-16 ta’ Ġunju L-ebda wieħed minn dawn il-kuntratti ma nbidillu l-kundizzjonijiet oriġinali tul ix-xogħol mingħajr ma ħarġet call for tenders ġdida.

Unjoni Ewropea — Proġetti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-servizz tad-drenaġġ li kien imwiegħed li jsir fis-sena finanzjarja attwali fil-Bidni, f'Wied il-Għajn, mhux se jsir? Kemm huwa stmat li jiswa biex dan is-servizz jitwassal f'dawn l-inħawi li jidhru li qed jattiraw aktar nies joqogħdu hemm? Peress li t-toroq fil-Bidni huma diżastrużi u dawn ma jistgħux jiġu rranġati qabel isir id-drenaġġ, jista' jirrimedja sabiex ix-xogħol fuq id-drenaġġ issir urġentement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizzi tad-drenaġġ fil-Bidni f’Wied il-Għajn ma huwiex ser isir fis-sena finanzjarja attwali. L-istima tax-xogħol biex titwassal is-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi hija ta’ €424,060 (Lm182,000) Din is-sistema tad-drenaġġ issir skond ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-Korporazzjoni.

Unjoni Ewropea — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Unjoni Ewropea — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1085 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Invalidity Pension

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li ħadu l-Invalidity Pension f'Jannar, Frar, Marzu, April, 2007 u kemm fl-istess xhur fis-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1086 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għajnuna medika/soċjali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 489, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' għajnuna medika u għajnuna soċjali fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007/2008 kien hemm każijiet li din l-għajnuna ġiet mwaqqfa u wara reġgħet ġiet mogħtija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1087 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maltin jistudjaw barra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' nies Maltin li qed jistudjaw barra, li qed jaħdmu barra, f'liema pajjiżi marru, fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika tan-numru ta’ Maltin li qed jistudjaw jew li qed jaħdmu barra minn Malta.
Leg 11 PQ #1088 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet — Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod għall-użu ta' inpatients tal-Mediċina fl-Isptar San Luqa u kemm hemm fl-Isptar 'Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li n-numru ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei hemm 278 sodda li qegħdin jintużaw għall-użu ta’ In-patients tal-Medicina. Dawn jinkludu s-sodod għal in-patients tal-Kardjoloġija kemm fil-Coronary Care Unit kif ukoll dawk fil-Cardiac Medical Ward. In-numru ta’ sodod għall-uzu ta’ inpatients tal-Medicina fl-Isptar San Luqa qabel it-trasferiment lejn Mater Dei kien 290. Dawn kienu jinkludu s-sodod tal- Coronary Care Unit . Din l-informazzjoni hija skond il- Patient Administration System (PAS) ta’ Mater Dei illum u dik ta’ L-Isptar San Luqa kif kienet fl-aħħar ta’ Ottubru 2007.
Leg 11 PQ #1089 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċini/Apparat — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn totali li d-dipartiment għandu ma' importaturi tal-mediċini u ma' aġenti ta' apparat ta' kull tip li qed jintużaw fl-isptarijiet tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Sa l-aħħar ta’ Mejju 2008, il-Gvern għandu jagħti lill-aġenti għal xiri ta’ mediċini, ‘medical devices and disposables’ kif ukoll ‘orthotics and prosthetics’ Euros 25,700,000.

Malta Shipyards — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ġew impjegati bħala full-time, part-time u casual workers mal-Malta Shipyards? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise, kemm kien l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema pajjiżi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyards kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-Kunsill Lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema fondi tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Talba għal helper

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana ta' 79 sena, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix waħedha u li kienet talbet għall-helper xi xhur ilu? Dan huwa każ li ta' min jagħtih attenzjoni..

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna konċernata waslet għand id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita fid-29 t' April 2008. Dan il-każ qed jiġi assessed mis-Social Workers qabel ma jiġi riferut lill-bord għad-deciżjoni.

Sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, id-dħul tiegħu għadu l-istess bħas-snin l-oħra meta dan kellu tnaqqis fis-sussidju tal-kera?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata, jew rappreżentant awtorizzat minnha, tmur it-taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Kumpanija MIDI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali? Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Elezzjonijiet ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2002 u f'dik ta' l-2008 separatament, kemm kien in-numru ta' votanti li talbu għal assistenza tal-kummissarju elettorali għax ma kenux jafu jiktbu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #929 Sitting 18 2008-06-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi ta' Bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għal bini ta' djar/maisonettes/flats/bungalows fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm kien jammonta n-numru ta' units f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-figuri mitluba. Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema tar-Riżorsi Informatiċi ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.