Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1052, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra .
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 779 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jara li jsir culvert quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li meta tinżel ix-xita minn sqaq tal-faċċata l-ilma jibqa' dieħel ġewwa fid-dar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru, peress li r-responsabbiltà għal dak li qed jistaqsi taqa’ taħt il-Kunsill Lokali, li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 778 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istima oriġinali li kienet saret mill-esperti li tqabbdu mill-Awtorita tat-Trasport kienet ta’ EUR 5,462,660. Il-kuntratt ta' l-istess xogħlijiet ġie aġġudikat għas-somma ta’ EUR 4,649,562. Bħalissa s-Supervizuri tal-proġett għadhom għaddejjin bil-kejl tax-xogħlijiet li ġew eżegwiti iżda minħabba illi l-kontijiet finali għadhom ma ngħalqux mhux possibli tingħata s-somma ta’ xogħol ċertifikat f’dan l-istadju. Minbarra dan, hemm “claims” tal-kuntrattur li għadhom qed jiġu evalwati, liema claims jistgħu ikollhom impatt fuq l-istess somma globali u dan l-impatt ikun skond l-eżitu tal-evalwazzjoni li ssir mid-Dipartiment tal-Kuntratti u assistita mill-Awtorita tat-Trasport u l-esperti mqabbdin minnha.
Sa issa tħallset is-somma ta’ EUR 3,069,700.81. Hamsa u sebghin fil-mija (75%) tal-ispejjeż ser jiġu mħallsa mill-Unjoni Ewropea (EU) u l-ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) l-oħra ser jiġu mħallsa mill-Gvern Malti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' interessi li tħallsu fuq id-dejn nazzjonali fis-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007 sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ interessi li tħallsu fuq id-dejn nazzjonali fis-snin 2002 sas-sena 2007 huwa kif jidher f’din it-tabella:
Sena
Interessi Mħallsa
(€ miljuni)
2002
148.6
2003
146.8
2004
162.1
2005
174.2
2006
180.2
2007
179.1
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul totali fl-Enemalta kull sena mis-sena 2000 sa l-2007? Kemm kienet l-ispiża totali (pagi, kapitali, manutenzjoni, tiswija etc) ta' l-Enemalta fl-istess żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' fuel u gas li mporta l-Gvern mis-sena 2000 sa l-2007 sena b'sena? Kemm daħħal mill-bejgħ tiegħu sena b'sena? Kemm minn dan il-bejgħ kien jinvolvi taxxa, kemm surcharge u kemm VAT sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge? Kemm kien l-ammont totali ta' surcharge li daħħal il-Gvern 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 776 u jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 776.
B'riferenza għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 768, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għall-proġett tal-vapur t'Għawdex fil-Marfa, Malta u l-Imġarr Għawdex? Kemm kienet l-istima ġenerali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-''proġett tal-vapur t'Għawdex'' ma kienx responsabbilta' tal-MMA.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1052 u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1052.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1047 u tgħid kemm hemm teachers nisa fl-iskejjel tal-kindergarten u primarji? Kemm minn dawn huma miżżewġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1084, li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu, u jgħid jgħid fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2002 u f'dik ta' l-2008 separatament, kemm kien in-numru ta' votanti li talbu għal assistenza tal-kummissarju elettorali għax ma kenux jafu jiktbu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-elezzjoni ta’ l-2003 u dik ta’ l-2008. Din l-informazzjoni trid tinġabar manwalment mill-eluf ta’ formoli li fuqhom issir it-talba biex tingħata għajnuna minn dawk l-eletturi li ma jkunux jistgħu jivvutaw waħedhom.
Peress li din l-informazzjoni tieħu ħafna ħin u riżorsi, ma nara ebda skop għalfejn dan l-eżerċizzju għandu jsir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 930 u jgħid kemm huwa d-dejn totali li għandha l-Enemalta? Meta ġew ippublikati l-aħħar accounts ta' l-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
L-aħħar 'accounts' li ppublikat il-Korporazzjoni Enemalta huma dawk għas-sena li għalqet f'Settembru 2005. Id-dejn ta' l-Enemalta kien jammonta għal €279,000,000.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 903 u jgħid kemm kien hemm nies impjegati mal-Gvern fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April 2008? Kemm minnhom kienu full time u kemm part-time? Kif kienu mqassma dipartiment, dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel ta’ Jannar, 2008, kien hemm 29,270 persuna fis-Servizz Pubbliku. Minn dawn, 28,886 kienu full-time, filwaqt li 384 kienu part-time.
Fl-ewwel t’April, 2008, kien hemm 29,260 persuna fis-Servizz Pubbliku. Minn dawn, 28,892 kienu
full-time
, filwaqt li 368
part-time
.
Dettalji ta’ kif dawn l-impjegati kienu mqassma fid-dipartimenti jinsabu fil-listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' 2008?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat, u cioe lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.