Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 933.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1159 u 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 933.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu ma' l-Enemalta u WSC?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili m' għandu ebda dejn mal-entitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Hemm kont partikolari maħruġ fir-rigward tal-Fire Stationtax-Xemxija. Peress li qed jiġi kkontestat billi jidher li huwa żbaljat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-bord u l-awtorita' kellhom il-membri mibdula jew konfermati? Min huma l-membri ta' kull bord? Min minnhom servew f'bordijiet oħra qabel u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru f'kull bord?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm CEOs, bordijiet u awtoritajiet mal-Gvern? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni u perks ta' kull CEO? Meta ħadu l-appointments u għal kemm tul ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella mehmuża turi l-informazzjoni rigward CEO’s fuq bordijiet, awtoritajiet u units fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Rigward informazzjoni relatata ma’ bordijiet li jaqgħu taħt ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 1091 li saret lill-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet rriferuta lilu u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ mal-Housing Authority tal-persuna, li isimha qed jidher separatament, biex tieħu sussidju biex tirranġa dar li tinsab fi stat perikoluż? Is-sinjura qiegħda tistenna risposta mal-Housing Authority biex fis-sajf tibda x-xogħol.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ipproċessat l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u li din ġiet infurmata bl-ammont ta’ sussidju li se tkun intitolata għalih.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1096 u jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1096.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha problemi fil-kanna ta' l-ilma ta' wara l-bieb li hija responsabilita' tal-WSC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fuq l-informazzjoni tal-Onorevoli Interpellant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marret għand il-Konsumatur konċernat u sewwiet il-kanna tas-servizz tal-ilma, li kienet qed tqattar. Ta’ min igħid li l-Korporazzjoni ma kienet irċeviet l-ebda lment fuq il-każ għajr din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-aħħar sarux rapporti minn suldati u pajżana li jaħdmu fil-barracks ta' Ħal Safi dwar inġustizzji li qed isiru hemm? X'passi ħa biex jara jekk dawn l-ilmenti u rapporti humiex ġġustifikati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux ċar għal liema każi ta’ inġustizzji qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Teżisti proċedura fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn kull membru tal-Forza, kemm suldati kif ukoll pajżana, għandhom id-dritt li jiltaqgħu mal-Kmandant Subordinat tagħhom biex jiddiskutu miegħu xi lment li jkollhom li jkun jikkonċerna kwistjonijiet relatati mal-karriera militari tagħhom fosthom l-għażla għal korsijiet ta’ taħriġ, trasferimenti minn sezzjoni għall-oħra, ilmenti dwar promozzjonijiet, eċċ.
Fejn l-individwu kkonċernat ma jkunx sodisfatt bit-tweġiba tal-Kmandant Subordinat, l-individwu għandu d-dritt li jitlob li jressaq l-ilment tiegħu quddiem Awtorità Superjuri inkluż quddiem Kmandant tal-Forzi Armati.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-ikel li jingħataw l-immigranti llegali.
Rigward l-ammont totali li tħallas lill-kuntratturi għall-ikel li ngħata lill-immigranti llegali fis-sena 2007 u fl-ewwel 5 xhur ta’ din is-sena, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jingħataw maskri u ngwanti lill-casuals u lis-suldati li jidħlu fejn ikunu l-immigranti illegali? Jista' jassigura li kull min jidħol fejn l-immigranti illegali ikun liebes l-ingwanti u l-maskra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kull xahar, il-persuni inkarigati mix-shifts tas-suldati u ħaddiema casuals fi ħdan is-Servizz ta’ Detenzjoni jingħataw ammont ta’ maskri u ngwanti kull wieħed biex iqassmuhom lin-nies tax-shift tagħhom. Dawn l-istess nies inkarigati ġew ukoll mgħarrfa li kemm-il darba jispiċċawlhom l-ingwanti jew il-maskri qabel l-aħħar ta’ kull xahar għandhom jagħmlu talba għal iżjed mingħand l-istoreman taċ-Ċentru.
Kull impjegat fi ħdan is-Servizz ta’ Detenzjoni rċieva istruzzjonijiet li huwa fl-interess tiegħu li jilbes l-ingwanti u maskra fejn ikun hemm bżonn waqt il-ħin tax-xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x'kundizzjonijiet ta' xogħol jiffirmaw l-casualsli jidħlu jaħdmu mal-immigranti illegali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kundizzjonijiet ta' xogħol li jiffirmaw l-casuals li jidħlu jaħdmu ma’ l-immigranti illegali huma dawk li jiġu ppublikati mas-sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 902.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1091.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 348, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanr illi n-numru ta’ taxpayers investigati mit-TCU li fil-każ tagħhom il-multa ġiet ridotta fil-perijodi Jannar-Marzu 2007 u 2008 kien10 u 16 rispettivament.
Il-maħfra ta’ multi ssir għal raġunijiet speċifiċi bħal meta
taxpayer
ikun ikkoopera waqt l-investigazzjoni, jew meta l-kwistjoni tkun tirrigwarda xi punt legali kumpless. Kull maħfra jkollha marbutin magħha ċerti kundizzjonijiet per eżempju (a) sa meta jrid isir il-ħlas (b) li ma jistax isir
default
ieħor fi żmien stipulat, eċċ. Jekk dawn ma jiġux onorati, tintilef il-maħfra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-bażi legali għall-proċedura li permezz tagħha Stati Membri jistgħu jeħlu multi għall-ksur ta’ l-Acquis Komunitarju hija l-Artiklu 228 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Malta la kellha, u lanqas għandha, proċeduri kontriha taħt dan l-artiklu u għaldaqstant Malta qatt ma weħlet multi u lanqas hi nvoluta fi proċeduri li jistgħu jwasslu għall-multi. Il-proċeduri legali taħt dan l-artiklu jistgħu jinfetħu biss jekk Stat Membru jonqos illi jieħu il-miżuri neċessarji biex jikkonforma ma’ sentenza tal-Qorti Ewropea taħt artiklu ieħor tat-Trattat (Artiklu 226). L-ebda multi ma jistgħu jiġu mposti taħt il-proċeduri ta’ ksur fl-ambitu ta’ l-Artiklu 226, anke jekk il-Qorti tiddecidi kontra xi Stat Membru għaliex f’dan l-istadju, l-Qorti Ewropea tidħol biss fuq il-mertu tal-każ, tinterpreta l-liġi u tiddeċidi min għandu l-pożizzjoni korretta bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 902.