Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1375 u1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1093.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1377 u 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1098.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-PBS li qabel kienu mpjegati mal-Media Link jew staff ta' ministri u segretarji parlamentari? Kemm hemm nies mill-Media Link li issa marru jaħdmu mal-ministri jew segretarji parlamentari jew fil-ministeri tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul dawn l-aħħar 4 snin (jiġifieri minn wara r-restructuring) il-PBS ħarġet diversi sejħiet biex jimtlew postijiet vakanti mall-Kumpanija. Minn 17-il persuna li ġew impjegati tlieta kienu jaħdmu mal-Media Link u wieħed kien staff ma’Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw siringi mill-polyclinics mingħajr riċetta minn Jannar sa Ġunju 2007 u 2008? Kemm nies qed jirċievu l-għajnuna SA/F u SA/M u kemm huma l-etajiet tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ siringi li ngħataw mingħajr riċetta miċ-ċentri tas-saħħa matul il-perjodi indikati, huwa kif jidher fit-tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 1584 u 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1582 u jgħid kemm il-bord u l-awtorita' kellhom il-membri mibdula jew konfermati? Min huma l-membri ta' kull bord? Min minnhom servew f'bordijiet oħra qabel u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru f'kull bord?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1581 u jgħid kemm huwa d-dejn li d-dipartimenti tal-Gvern għandhom ma' l-Enemalta u WSC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont totali ta’ kontijiet pendenti li d-Dipartimenti tal-Gvern għandhom lejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l- Korporazzjoni Enemalta huwa ta’ € 2,127,907.50 u €10,773,979.23 rispettivament.
Dawn il-figuri huma bbażati skond informazzjoni miksuba fit-3 ta’ Lulju 2008.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1683, 1396 u 1052, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali?
Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1853, ninforma lill-Onor Interpellant illi il-kuntratt imsemmi ma kienx emendat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fondi li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea kienu ta’: minn Diċembru, 2000 sa April 2004 €12,953,120.70; u minn Mejju 2004 sa Ġunju 2008 €349,055,289.15. Dawn kienu għal proġetti tal-Gvern fejn il-benifiċċjarju huwa l-Gvern innifsu. L-unika eċċezzjoni hija fil-każ tal-Fondi Strutturali, fejn għalkemm il-proġetti huma kollha sottomessi minn Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, il-benifiċċjarji jistgħu jkunu fost l-oħrajn individwi, organizazzjonijiet jew kumpaniji privati. Ta’min jinnota wkoll illi anke fl-ambitu ta’ fondi strutturali, l-gvern huwa l-beniffiċċjarju ewlieni tal-proġetti.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ mill-Housing Authority għal sussidju fuq stair lift li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba bżonn u urġenza?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-familja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt infurmat bil-miktub lill-Awtorita’ tad-Djar li kienet qed tirtira l-applikazzjoni peress li mhiex interessata aktar fl-iskema.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-anzjani ħadux iż-żieda sħiħa ta' l-għoli tal-ħajja? Kif tqassmet din, ċioe' kif ingħatat iż-żieda? Kollha f'daqqa, kull xahar jew mod ieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Kif kien wiegħed dan il-Gvern, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena 2008 ingħatat sħiħa lil pensjonanti kollha.
Informat li żewġ terzi ta’ din iż-żieda huma nkużi fir-rata tal-pensjoni li titħallas kull erba’ ġimgħat, filwaqt li t-terz l-ieħor, li kien ikopri s-sena 2008 kollha, tħallas f’pagament wieħed aktar kmieni din is-sena.
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz ta' home help? L-assessment sar imma għadha ma rċeviet l-ebda risposta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li deċiżjoni dwar it-talba għal servizz ta' home help għall-persuna konċernata ttieħdet fid-9 ta' Lulju 2008. Is-servizz beda jingħata.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ quddiem talba umanitarja ta' ġuvni ta' eta' żgħira li spiċċa disabled u li l-ġenituri tiegħu applikaw biex jidħol f'home fil-Mellieħa? Lil dan diġa' għamlulu assessment u qalulhu li dalwaqt jidħol.
Response (DALLI, JOHN)
Informat li meta l-persuna konċernata mar jagħmel l-Orientation Visit fil-Mellieħa Home flimkien ma' xi familjari tiegħu ma xtaqx joqgħod ma' l-anzjani l-Mellieħa iżda pprefera fejn qiegħed joqgħod bħalissa.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' appell dwar sinjur, li d-dettaljji dwaru qed jitbagħtu separatament, u li din it-talba għal appell saret xi xahrejn ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' omm ta' żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief u ċ-childrens allowance għal dawn l-aħħar ħames xhur? Jista' jara li dan il-każ jitmexxa peress li hemm żewġt itfal fin-nofs u m'għandha l-ebda dħul?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux jieħu arretrati ta' meta kien jaħdem mal-Gvern Ingliż?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-accounts tal-Malta Drydocks mill-1967 - 1971 sena b'sena? Jista' l-Gvern jippubblika cabinet minutesand documents ta' aktar minn 30 sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal-Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Jista' l-Ministru jara jekk il-yellow line li jinsab quddiem residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament huwiex skond il-liġi meta dan qed ikollu ħafna ostakli biex joħroġ il-karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-linja safra li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet approvata mit-Taqsima għall-Immanigjar tat-Traffiku skond ir-regolamenti eżiztenti sabiex ikun hemm aċċess għal vettura bil-mutur (vann) minn ġol-garaxx li għandu wisgħa ta 2.4 metru.
Jista' l-Ministru jara li jintbagħtu l-arretrati ta' l-income tax lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellu jirċievi arretrati sa l-aħħar ta' Diċembru 2007? Jista' jara li jitmexxa dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont dovut tħallas matul ix-xahar ta’ Ġunju li għadda.