Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmu 1664.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1827 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-accounts tal-Malta Drydocks mill-1967 - 1971 sena b'sena? Jista' l-Gvern jippubblika cabinet minutesand documents ta' aktar minn 30 sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant, illi mhuwiex possibli li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Accounts tal-Malta Drydocks (1967-1971).
Rigward it-tieni parti, nħoss li din għandha tiġi referuta lill-Ministru konċernat.
Sabiex jitaffa il-piż minn fuq Mater Dei u sabiex il-pażjenti Maltin jieħu preferenza u jiġu moqdija aħjar, jidhirlu l-Ministru li turisti li jkollhom bżonn ta' sptar għandhom jiġu riferuti lejn l-isptarijiet privati speċjalment ġaladarba dawn ikunu inxurjati?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Gvern Malti joffri servizzi tas-saħħa f’każijiet urġenti lil dawk kollha li jinħtieġuhom, kemm jekk huma turisti li ġejjin mill-Unjoni Ewropeja kif ukoll minn pajjiżi oħra.
Informat ukoll li turisti mill-Unjoni Ewropeja li jippreżentaw il-European Health Insurance Card (EHIC) jingħataw is-servizz meħtieġ skond id-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar servizzi tas-saħħa koperti mis-sigurtà socjali. Il-Gvern Malti jitlob u jingħata rifużjoni ta’ l-ispejjez ta’ dawn is-servizzi. Fil-każ ta’ turisti minn pajjiżi oħra jew turisti mill-Unjoni Ewropeja li ma jippreżentawx il-European Health Insurance Card, jiġu applikati tariffi stabbiliti għas-servizzi offruti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma ċ-charges għall-barranin f'Mater Dei :
i) Għal sodda kull jum?
ii)Għal MRI?
iii)Għal CT Scan?
iv)Għal X-ray?
v)Għall-konsulent?
vi)Għat-tabib?
Meta ġew reveduti l-aħħar dawn it-tariffi?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni dwar tariffi lill-barranin għas-servizzi indikati hija hekk :-
i)
sodda kull jum -
·
€ 256.23
f’
ward
ġenerali
·
€489.17
fil-
high dependency
·
€931.75
fil-kura intensiva
ii)
MRI -
·
€698.81
iii)
CT Scan -
·
€465.87
iv)
X-ray -
·
€23.29
(għall-pazjenti fil-
ward
dan jigi inkluż mal-prezz tas-sodda)
v
)
Għall-konsulent
- vi)
Għat-tabib -
(M’hemm l-ebda distinzjoni bejn konsulent u tabib fl-Avviż legali kurrenti )
·
€46.59
- Emerġenza
·
€34.94
-
Outpatient
(għall-pazjenti fil-
ward
dan jiġi inkluż mal-prezz tas-sodda)
Dawn it-tariffi ġew reveduti fl-1 ta’ Mejju 2004 (
Avviz Legali 201/04
).
Tajt struzzjonijiet biex isir eżerċizju ta'
costing
fil-Mater Dei biex jiġu stabbiliti fl-ispiża attwali u għalhekk it-tariffi ġodda.
Jaf il-Ministru bin-numru enormi ta' ġrieden li qed jinfestaw il-parti ta' fuq ta' St Joseph Street Żabbar (in-naħa ta' Ħaż-Żabbar, it-triq li tgħaqqad Ħaż-Żabbar maż-Żejtun) ?
Jista' jieħu l-passi neċessarji biex tiġi eliminata l-possibilita' ta' mard u ħsara lill-bidwi?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma’ daħal l-ebda’ lment għand id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali rigward infestazzjoni ta’ ġrieden fit-triq imsemmija. Madankollu, ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv fit-triq imsemmija bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun bejn is-16 u l-20 ta’ Ġunju 2008. Din it-triq reġgħat ġiet ttrattata fit-18 ta’ Lulju. Dan sar bħala trattament normali tal-lokalitajiet kollha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1040, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fuq ir-Regulation Tax u l-Vat dwar il-karozzi second hand? X'inhuma l-pjanijiet u r-regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ser iħabbar id-dettalji tas-sistema l-ġdida ta’ reġistrazzjoni fil-baġit li ġej. It-taxxa ser tkun imsejsa fuq il-prinċipju li karozza tħallas taxxa ta’ reġistrazzjoni skond kemm tniġġes l-ambjent u skond id-daqs tagħha. Huwa il-ħsieb tal-Gvern li jneħħi l-VAT minn fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll ir-rata ta’ taxxa minima li bħalissa qed tiġi applikata fuq il-vetturi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet paralmentari 1162 u 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' l-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1163 u 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-public convenience li hemm Blata l-Bajda taħt il-kioskjiġu mnaddfa għax hemm abbandun totali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali Marsa qiegħed fil-proċess li joħroġ sejħa pubblika biex isir xogħol ta’ kostruzzjoni biex tiġi modernizzata din il-public convenience.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1673, 1375 u1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1093.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1672 u jieħu l-passi neċessarji biex il-public convenience li hemm Blata l-Bajda taħt il-kiosk jiġu mnaddfa għax hemm abbandun totali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1672.
Jista' l-Ministru jara li s-Sinjuri li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament jieħdu l-arretrati dovuti lilhom? Jista' jgħid meta se jieħdu dan l-ammont dovut lilhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk skond l-aħħar budget (kopja ta' dan qed tidher separatament) iż-żieda ta' Lm3.85 (€8.97) ħaduhiex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, minbarra madwar 300 pensjonijiet li jridu jiġu riveduti manwalment b’mod individwali, l-miżura mħabbra fid-diskors tal-Budget 2008 dwar dawk il-pensjonanti li għandhom pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali kif ukoll tas-servizz, ġiet attwata.
Ninsab infurmat ukoll li dawn il-pensjonijiet li għadhom pendenti reviżjoni, apparti l-miżura msemmija qabel, għandhom igawdu wkoll minn miżuri oħra, fosthom dawk li jkunu għalqu it-72 sena fejn, għal fini tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali, tiġi njorata nofs il-parti ikkommutata tal-pensjoni tas-servizz, kif ukoll dawk li għandhom żewġ pensjonijiet tas-servizz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1810, 1377 u 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1098.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1945 u1578 u jgħid kemm huwa stmat li ngħataw mediċini lill-immigranti illegali fis-sena 2007 u fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 489, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' għajnuna medika u għajnuna soċjali fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007/2008 kien hemm każijiet li din l-għajnuna ġiet mwaqqfa u wara reġgħet ġiet mogħtija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet li Malta tat lill-Unjoni Ewropea mill-ewwel ta’ Mejju, 2004 sal-lum kien ta’ €224,195,258.86. Minn dawn €45,397,439.47 huma mit-TOR (Customs) u €33,329,857.49 huma VAT-Based.
Fl-istess perjodu Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea €349,055,289.15. Jekk tieħu l-perjodu minn Diċembru 2000 sa April 2004, Malta tkun ħadet total ta’ €362,008,409.85.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1093.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1098.