Legislature:
Category:
Reset
Active:

Eżenzjoni mill-ħlas tas-surcharge

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tħaddmet is-sistema tar-rebate fuq il-meter u l-eżenzjoni mill-ħlas tas-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn meta daħlet is-surcharge f'Jannar 2005 sal-lum? Kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw minnhom minn dak iż-żmien sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta ddaħħlet is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Jannar 2005, il-konsumaturi li kienu klassifikati bħala Social Assistance kienu ġew eżentati mill-ħlas tas-surcharge (dawn kienu diġa eżentati mill-ħlas tal-kiri tal-meter). In-numru ta' kontijiet li kienu eżentati kien ta' 13,000. Minn Jannar 2007 is-sistema inbidlet u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma bdew joħorġu bil-meter rents u bis-surcharge, iżda l-Ministeru għall-Politika Soċjali introduċa skema t'għajnuna. Dwar dan nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Airport — Rotta ġdida

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir rotta tal-karozza tal-linja li mill-Airport tmur direttament l-Belt Valletta peress li bħalissa qed tintuża r-rotta nru. 8 u b'hekk r-residenti tal-Gudja ġieli jispiċċaw ma jkollhomx fejn joqogħdu bil-qegħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant se jkun evalwat bħala parti mir-riforma radikali li qed titħejja fil-preżent fir-rotot tat-trasport pubbliku.
Leg 11 PQ #2292 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid — Flat vojt

Question

Jista' l-Ministru jara li l-flat, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jekk hux vojt, jekk hemmx nies rreġistrati fuqu jew jekk hemmx nies li qed jgħixu fih? Jista' jinfurmani dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-flat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant hu mikri legalment. Għal raġunijiet ta’ sigurta’ ma nħossx li għandi nippubblika aktar informazzjoni dwar il-każ.

Stipendju

Question

Tista' l-Ministru tara li joħroġ xi tip ta' stipendju liż-żagħżugħ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fejn l-omm hija ta' ċittadinanza Maltija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Maintenance Grants Board ma għandu ebda informazzjoni dwar l-istudent imsemmi. Nitlob lil Onor Membru sabiex jagħti parir lil dan iż-żagħżugħ li javviċina l-Uffiċċju ta’ l-Istipendji bit-talba tiegħu.
Leg 11 PQ #2294 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Cimiterju Marija Addolorata — Tħaffir ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra mappa ta' fejn ser jitħaffru l-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat illi t-tkabbir taċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata bit-tħaffir ta' l-oqbra ġodda kif wieħed jista jara mill-permessi maħruġa mill-MEPA għandu jsir fuq in-naħa tal-punent taċ-Ċimiterju barra mid-daħla ta' wara li tagħti fuq in-naħa ta' Santa Luċija. Kopja ta' site plan li tindika l-area konċernata ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-pjani ġew sospiżi sakemm isir studju ta' kif l-espansjoni ta' dan iċ-Ċimiterju li hu ġojjel arkittettoniku jsir mingħajr ma tiġi perikolata l-estetika ġenerali tiegħu.
Leg 11 PQ #2283 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid — Restawr ta' faċċata

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba tar-residenti li joqogħdu fid-dar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi restawrata l-faċċata tagħha li hija ta' valur storiku?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Direttorat tal-Bini u Tisuwja ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar biex jinvestiga.

Gudja — Problema ta' Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema ta' parking li għandha l-persuna li tbati minn nuqqas ta' mobilita', li d-dettalji tagħha u d-dokumenti annessi qed jintbagħtu separatament? Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli tispiċċa din l-inkonvenjenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1910 ninfurmah ukoll illi problemi ta’ persuni li jbatu minn nuqqas ta’ mobbilita’ ġeneralment jiġu ndirizzati billi tiġi sottomessa applikazzjoni għal Parkeġġ Riservat għal Persuni b’Dizabbilita’. L-applikazzjoni tiġi pproċessata mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku u tiġi analizzata mill-Bord għal Parkeġġ Riservat Persuni b’Dizabbilita’.
Leg 11 PQ #2285 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — Ħlas pendenti

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħallas kont pendenti li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jagħti lill-persuna, li d-dettalji tagħha u d-dokumenti annessi qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħlas dovut lill-persuna konċernata sar. Nikkonferma wkoll li t-taqsima tal-ħlasijiet qatt ma rċeviet xi ilment minn din il-persuna.
Leg 11 PQ #2286 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jara jekk din il-mediċina, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħatax mill-Gvern peress li tqum aktar minn €40?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s'issa l-pilloli ibandronic acid 150mg (Bonviva R) qatt ma kienu speċifikament inklużi fil-formularju tal-gvern. Informat ukoll li bħalissa l-Government Pharmaceutical Sevices qed jipproċessa għall-ewwel darba "open tender" għal xiri ta' pilloli mediċinali ta' l-istess klassi tal-ibandronic acid, biex jingħataw b'xejn lill-pazjenti li qed ibgħatu mill-osteoporosi sekondarja, imħabba xi kundizzjoni li taqa' taħt il-lista tas-Schedule V.
Leg 11 PQ #2287 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Intitolati għall-vista ta' l-għajnejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija huma ntitolati għall-vista ta' l-għajnejn u nuċċali b'xejn waqt li l-istess faċilita ma tapplikax għall-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2288 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Ħlas tal-mess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-suldati minn Surġent 'il fuq jħallsu kont tal-mess kull sena meta ħafna ma jagħmlux użu minn dan il-mess? Jidhirlu li tali ħlas għandha tkun fuq bażi volontarja u mhux obbligatorja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kull membru tal-forzi armati jappartjeni lil xi waħda mit-tlett messes: l-‘Officers Mess’ għal Uffiċjali, is-‘Sergeants’ Mess’ għas-‘Senior Non-Commissioned Officers’ u l-‘Warrant Officers’ u l-‘Junior Ranks Mess’ għal ‘Junior Ranks’ u l-‘Junior Non-Commissioned Officers’. Sħubija fil ‘Mess’ hija awtomatika hekk kif membru jisfa promoss minn rank għal oħra. Il-Messes jitmexxew fuq bażi ta’ ‘non-profit’ u sħubija fl-istess ‘Mess’ iġġorr miżata annwali li fil każ partikolari tas ‘Sergeants’ Mess’hija ta’ € 20. Dan kollu jservi sabiex il-prezzijiet jinżammu baxxi meta pparagunati ma stabbilimenti ta’ l-ikel pajżana. Il-flus iservu wkoll biex jiffinanzjaw attivitajiet soċjali li jkunu miftuħa għal membri kollha. It-tradizzjoni tal-Messess fil-Forzi Armati hija waħda antika u hi mifruxa ma għadd sostanzjali ta’ Forzi Armati barranin. Il-Forzi Armati ta’ Malta ma jħossux li għandhom iwaqqfu din it-tradizzjoni fejn il-membri għandhom post ta’ rekreazzjoni għalihom u għal familji tagħhom.
Leg 11 PQ #903 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tal-Gvern — Full time/Part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies impjegati mal-Gvern fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April 2008? Kemm minnhom kienu full timeu kemm part-time? Kif kienu mqassma dipartiment, dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1161.

MIDI

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1372, 1159 u 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 933.

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1666, 1371, 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 902.

Households

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1816, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika l-istima tan-numru ta’ households fl-2007 hija ta’ 130,537 f’Malta u 10,838 f’Għawdex. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wires antiki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1590 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #2281 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar Andrew

Question

Jista' l-Ministru jgħid Dar Andrew li ġiet inawgurata qabel l-elezzjoni ġewwa Bormla,meta se tilqa' l-ewwel residenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-programm ta’ transizzjoni għall- klijenti identifikati għal Dar Andrew diġà beda. Tant li saru laqgħat mal-ġenituri, sar assessjar dettaljat tal-klijenti u s-supervisor bdiet tiffamiljarizza ruħha mal-istess klijenti billi tiltaqa’ magħhom f’ambjenti differenti, bħad-dar tagħhom stess, Ċentri ta’ Matul il-Jum fejn jattendu, eċċ. L-istess supervisor bdiet anke toħrog lil xi wħud minn dawn il-klijenti biex ssir tafhom iktar. Ninsab infurmat ukoll li għaddej eżerċizzju għar-reklutaġġ ta’ support workers u l-klijenti jkunu jistgħu jidħlu fid-Dar meta jinstabu support workers biżżejjed.
Leg 11 PQ #2282 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qalha li suppost qed tirċievi aktar benefiċċju soċjali milli qed tieħu fil-preżent? Jista' jara li dan il-proċess jitmexxa mill-aktar fis possibli?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #904 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji parastatali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.
Leg 11 PQ #905 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.