Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 2213 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull household f'Malta u Għawdex tħallas surcharge. Pero' xi housholdsjirċievu "Energy Benefit Vouchers" mill-Ministeru għall-Politika Soċjali li jservu biex titħallas parti mill-kont tad-dawl u ilma.
Sptar Mater Dei — Ħlas mill-aġenti ta' l-assigurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2554 u jgħid kemm hemm pazjenti Maltin li jħallsu polza privata tas-sigurtà tas-saħħa qed jiġu mħajra mill-istess aġenziji ta l-assigurazzjoni tagħhom biex jagħmlu użu mis-servizzi ta' Mater Dei? Jaf li talli l-pazjent jmur Mater Dei l-aġenzija tippremjahom b'somma nominali ta' flus li hi wisq anqas mill-ammont li kieku kien ikollha tħallas l-aġenzija kieku l-pazjent jagħmlu użu minn xi sptar jew klinika privata? Iħoss il-Ministru li din hija prattika inġusta u abbuż mis-sistema tas-saħħa kemm a skapitu tal-Gvern li ma jdaħħal xejn mill-aġenżiji għall-ispejjeż li jagħmel il-Gvern, kif ukoll a skapitu tal-kliniċi u sptarijiet privati? Iħoss li din il-prattika għandha tiġi mwaqqfa immedjatament anke permezz ta' liġi li tipprojbixxi dan l-abbuż?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jipprovdi s-servizzi tas-saħħa lil kulħadd, irrispettivament jekk il-persuna jkollhiex polza ta’ assigurazzjoni jew le. Il-proċeduri u / jew regolamenti dwar l-operat ta’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' żewġ anzjani indikati separatament li għandhom 'l fuq min 82 sena peress li filwaqt li għal dan l-aħħar xahar, is-social worker kienet qed tgħidilhom li ser iżżurhom, baqgħet ma marritx?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ż-żewġ anzjani li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant sarilhom l-assessment u l-każ ser jidher quddiem il-Bord.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2565 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 2173 li saret lill-Ministru Għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jippubblika cabinet minutes and documents ta' aktar minn 30 sena ilu tal-Malta Drydocks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kunfidenzjalità tal-Minuti u d-dokumenti tal-Kabinett għadha speċifikament protetta bl-Artikolu 637 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċeduri Ċivili (Kap 12).
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiftaħ r-residential home Andrew Home f'Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Diviżjoni għar-Regolazzjoni tas-saħħa Pubblika ma għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' liċenzji għal-Andrew f'Bormla.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' sinjura li dettalji tagħha qed jinagħataw separatament, li għamlet appell għal bdil ta' post tal-gvern minn Tarxien għal Ħaż-Żabbar
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma stabitx familja oħra li lesta tibdel ir-residenza tagħha mar-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ biex tingħata facilitator lil tifel li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament,?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’April 2008. Fil-preżent it-tifel qed jingħata l-għajnuna meħtieġa mis-servizzi li diġa’ hemm fil-klassi. Il-ġenituri se jingħataw appuntament meta jkun imiss skond il-lista tar-reġistrazzjoni.
Forzi Armati — Intitolati għall-vista ta' l-Għajnejn
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2287 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija huma ntitolati għall-vista ta' l-għajnejn u nuċċali b'xejn waqt li l-istess faċilità ma tapplikax għall-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2287.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2214 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li -wires imsemmija mill- Onor. Interpellant m'humiex ta' xi entita li taqa' taħt ir-responsabilita tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-isudenti ta' TAS draftsman fil-Water Services Corporation humiex ser jiġu impjegati mal-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawk l-apprentisti li għadhom kif temmew b’suċċess l-apprentistat tagħhom taħt l-iskema tat-Technician Apprenticeship Scheme (TAS) bħala ‘Draughtsperson-Civil’ se jiġu mpjegati mal-Water Services Corporation.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2172 u 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal-Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Jista l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2127 u 1672 u jieħu l-passi neċessarji biex il-public convenience li hemm Blata l-Bajda taħt il-kiosk jiġu mnaddfa għax hemm abbandun totali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2127 u 1672.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mitoqsijiet parlamentari 2171, 1945 u 1578 u jgħid kemm huwa stmat li ngħataw mediċini lill-immigranti illegali fis-sena 2007 u fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2171 ta’ l-istess Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2123 u 1582 u jgħid kemm il-bord u l-awtorita' kellhom il-membri mibdula jew konfermati? Min huma l-membri ta' kull bord? Min minnhom servew f'bordijiet oħra qabel u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru f'kull bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant it-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 2122, 1584 u 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.