Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet Uffiċjali għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta fi Brussell? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' moniteraġġ qed jiġi esegwit fuq l-emmissjonijiet fl-arja u skart iġġenerat fl-inċineratur tal-Marsa? X'inhuma l-kundizzjonijiet għal moniteraġġ kif stipulat mill-MEPA għal din il-faċilità? Qegħdin jiġu rrekordjati? Qiegħed jiġi esegwit moniteraġġ indipendenti f'din il-faċilità? Ir-riżultati huma konformi mal-livell stabbiliti ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-inċineratur?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-operat tal-impjant tar-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' Wied il-Għajn sejjer ikun moniterat indipendentament għall-emissjonijiet fl-arja?
Dawn l-impjanti se jkunu joperaw taħt il-permess tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control)? Hemm xi pjan biex l-operat ta' dawn l-impjanti jiġi vverifikat taħt l-eco management u Audit Scheme?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' ċesarji f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm tqum kull ċesarja f'isptar tal-gvern?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
B'referenza għat-weġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2565 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3742.
Jista' l-Ministru jara għaliex ma jridux jagħmlu hyperbaric ġewwa l-Isptar Mater Dei, meta t-tobba ta' sptar Amerikan kif ukoll professuri barranin qalu li b'hekk isir progress fil-każ tat-tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2561 li dwarha sar progress, tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ għal CDAU għall-ġid tat-tifla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport ma jidħolx fl-operat ta’ CDAU.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-latrina ta' Putirjal tibda tinfetaħ fis-6.00 a.m. peress li din hija area frekwentata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-latrini, inkluż dawk ta' Putirjal, huwa fis-7 ta' filgħodu. Madanakollu, is-suġġeriment tiegħu biex il-latrini ta' Putirjal jibdew jinfetħu siegħa qabel, jiġifieri fis-6 ta' filgħodu, qed jiġi kkunsidrat, peress li tibdil bħal dan jinvolvi ċaqlieq fil-ħinijiet tal-ħaddiema li jassistu dawn il-latrini.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3372 u 2565 u jara li jsir bus shelter fi Triq Żejtun/Church Street Tarxien li issa li ser tibda x-xita lanqas jkun hemm fejn jistkennu n-nies? X'inhu jżomm il-Gvern li dan isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-twaqqif ta’ l-bus shelter fit-Triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hi fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali Tarxien.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment ta' l-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li d-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rcevit xejn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2567 u jgħid jekk gallarija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fi stat perikoluż u li għandha valur storiku, min għandu d-dritt li jirranġaha jekk hux il-Gvern, jekk hux is-sid jew jekk hux għaqdiet ambjentali biex ma jintilifx il-preġju storiku tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-gallarija li qed jirreferi għaliha l-Onor Membru hija proprjetà privata.
Sadanittant, it-Taqsima tar-Restawr qed tara tistax tintervjeni, wara li rċeviet talba biex tagħmel dan mill-Onor Jason Azzopardi, xi xahrejn ilu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 2873, 2122, 1584 u 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-budget allokat għat-toroq ġodda u għall-irranġar ta’ toroq għas-sena 2008 ġew komessi Eur15,426,810 li minnhom tħallsu Eur8,031,778. Mill-ammont li ġie kommess fadal x’jitħallas Eur7,395,032.
Rigward penalitajiet u rimedji oħra kien hemm tliet każi:-
Hal-Far Road – €15,414.79 - bankina ħażina
Triq l-Avjazzjoni Civili Luqa – €406.94– rati mhux approvati
San Pawl il-Baħar – fejn kien hemm ħazin inbidel jew qiegħed jinbidel bħalissa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2869, 2172 u 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal-Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ applikazzjonijiet (PA 7090/06 u PA 7091/06) jirreferu għar-restawr fuq il-faċċata tal-knisja parrokkjali ta' Ħal Tarxien u anke fuq il-lanterna tagħha. Minħabba n-natura sensittiva tax-xoghol marbut speċifikament mal-lanterna ntalab studju dettaljat dwar il-metodoloġija tal-konservazzjoni. Dan l-istudju ntalab mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Iżvilupp u sussegwentement ġie analizzat mid-Direttorat fi ħdan il-MEPA. Irriżulta li kien hemm bżonn ta' aktar tagħrif, u għalhekk, fit-12 ta' Ġunju 2008, intbagħtu żewġ ittri identiċi lill-Perit taż-żewġ applikazzjonijiet sabiex jissottometti dan it-tagħrif, liema tagħrif wasal l-Awtorità fis-16 ta’ Settembru, u l-kontenut tiegħu ġie eżaminat fis-16 ta’ Ottubru. Issa l-applikazzjonijiet reġgħu ġew riferuti lill-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp għad-decizjoni.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari, 2214 li saret lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u 1590 u 3012 li saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa qed jiġu riferuti lilha u tara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-PBS mhix responsabbli tal-wires antiki. Meta spiċċat Xandir Malta u saret il-PBS, dawn il-wires saru r-responsabbilta’ tal-GO.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3186 u jgħid kemm kien l-ammont totali li Malta rċiviet mill-aħħar trattat li kellha mal-Italja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħames Protokoll bejn Malta u l-Italja, li għandu valur ta’ €75 miljun, hu l-aħħar trattat li Malta kellha ma’ l-Italja.
S’issa, Malta rċeviet total ta’ €74,442,655. L-aħħar talba għal rimborż, li tammonta għal €350,266 għada qed tiġi proċessata mill-Awtoritajiet Taljani.