Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #4378 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater dei — Ħlas mill-aġenziji ta' l-assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2554 u jgħid jekk jafx li pazjenti Maltin li jħallsu polza privata tas-sigurtà tas-saħħa qed jiġu mħajra mill-istess aġenziji ta' l-assigurazzjoni tagħhom biex jagħmlu użu mis-servizzi tal-Isptar Mater Dei? Jaf li talli l-pazjent jmur l-Isptar Mater Dei l-aġenzija tippremjahom b'somma nominali ta' flus li hi wisq anqas mill-ammont li kieku kien ikollha tħallas l-aġenzija kieku l-pazjent jagħmlu użu minn xi sptar jew klinika privata? Jekk iħossx l-Ministru li din hija prattika inġusta u abbuż mis-sistema tas-saħħa kemm a skapitu tal-Gvern li ma jdaħħal xejn mill-aġenżiji għall-ispejjeż li jagħmel il-Gvern, kif ukoll a skapitu tal-kliniċi u sptarijiet privati? Jħossx il-Ministru li din il-prattika għandha tiġi mwaqqfa immedjatament anke permezz ta' liġi li tipprojbixxi dan l-abbuż?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jipprovdi s-servizzi tas-saħħa lil kulħadd, irrispettivament jekk il-persuna jkollhiex polza ta’ assigurazzjoni jew le. Il-proċeduri u / jew regolamenti dwar l-operat ta’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. Nappella liill-Onorevoli Interpellant sabiex jekk għandu provi li pazjenti li jħallsu polza privata tas-sigurtà qed jiġu mħajra mill-istess aġenziji ta’ l-assigurazzjoni biex jagħmlu użu mis-servizzi ta’ Mater Dei, iressaq dawn il-provi ħalli jiġu nvestigati mill-awtorita regolatorja konċernata.
Leg 11 PQ #4379 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Loġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat loġġ tal-ħġieġ t'anzjana li dettalji qed jintbagħtu separatament peress li għandu l-ħġieġ imkisser u l-persuna indikata ma tistax tagħmlu hi peress li qiegħed fl-għoli? Jista' jara li jsir dan ix-xogħol peress meta tagħmel ix-xita jidħol ħafna ilma ġewwa?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lill-Awtorita' tad-Djar biex tinvestiga l-ilment.

Każijiet ta' SPS

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal jistennew SPS? Tista' tara li jitmexxa l-każ ta' tifla li dettalji tagħha qed jidhru separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li sad-data tal-lum hemm 434 persuna jistennew is-servizzi tal-SPS (School Psychological Service). Il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ġew provduti separatament, ġie rreferut lill-iSchool Psychological Service fl-24 ta’ Ottubru 2008. Skond il-kriterji tal-iSchool Psychological Services, il-każ mhux urġenti u għalhekk tpoġġa fuq waiting list.
Leg 11 PQ #4534 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei u Sptar San Luqa — Numru ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4190 u jgħid kemm huwa n-numru ta' sodod f'kull dipartiment fl-Isptar Mater Dei? Kemm kien in-numru ta' sodod fl-istess dipartimenti fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tqassim tas-swali fl-isptarijiet Mater Dei u kif kienu l-Isptar San Luqa m'humiex l-istess. Għalhekk meta wieħed iqabbel in-numru ta' sodod ta' kull dipartiment dawn mhux dejjem jiġu mqabbla like with like. Per eżempju f'San Luqa ma kienetx teżisti il-Cardiac Medical Ward li f'Mater Dei taqa' taħt id-Dipartiment tas-Servizzi tal-Qalb. Għalhekk il-pazjenti bil-problemi tal-qalb kienu jiddaħlu fis-swali ġenerali tal-Mediċina. Swali oħra bħall-Emergency Ward 2 f'Mater Dei li sservi bħala Surgical Admissions Unit, ma kellhiex ekwivalenti fl-Isptar San Luqa. It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4535 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4189 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati fl-Isptar San Luqa fl-aħħar sena li kien miftuħ? Kif kienu mqassma skond l-iskali ta' estacode? Kemm kienu fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar 12-il xahar (Ottubru 2007 - Ottubru 2008)?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4536 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet ta' Malta — Inpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4188 u jgħid kemm jiswa inpatient fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar ta' Għawdex, f'San Vinċenz de Paule, fl-Isptar Sir Paul Boffa u f'Zammit Clapp kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isir eżerċizzju ntensiv biex jiġu stabbiliti l-ispiża ta' kull servizz li jingħada l-isptar. Inħoss li din l-informazzjoni tingħata meta jitlesta dan l-eżerċizzju.

Wires Antiki

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3957 u jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-kumpannija Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3957.
Leg 11 PQ #4372 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Hyperbaric

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3846 u jara għaliex ma jridux jagħmlu hyperbaric ġewwa l-Isptar Mater Dei, meta t-tobba ta' sptar Amerikan kif ukoll professuri barranin qalu li b'hekk isir progress fil-każ tat-tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-każ ta’ dan it-tifel kien ġie riferut lil speċjalista fil-Baromedicine fl-iSptar Mater Dei fit-3 ta’ April 2008. Il-konkużjoni ta’ dan l-ispeċjalista kienet li t-tifel ftit li xejn kien ser jibbenifika mit-terapija tal-Hyperbaric Oxygen filwaqt li kien ser ikun espost għal riskji kawza tal-High Pressure Oxygen. Dan kollu jaqbel mal-konklużjonijiet li ntlaħqu waqt l-aħħar European Consensus Conference fuq l-effetti tal-Hyperbaric Oxygen Therapy li kienet organizzata mill-ECHM (European Committee for Hyperbaric Medicine), li hija l-unika istituzzjoni rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropeja. Informat ukoll li f’ Mejju 2008, l-ispeċjalista spjega dawn il-fatti lil missier dan it-tifel u infurmah ukoll li anki fl-Istati Uniti, Hyperbaric Oxygen m’huwiex approvat għall-kundizzjoni tat-tifel u li c-Chamber li offra li jitratta lit-tifel ma kienetx qed timxi mar-rakkommandazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti.
Leg 11 PQ #4373 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

CDAU — operat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3885 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazjoni,, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min jidħol fl-operat tal-CDAU?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4374 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid — Spiżjerija tal-Għazla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek hux ser tiġi applikata f'Raħal Ġdid? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #4377 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus mill-Protocol Taljan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li Malta rċeviet mill-aħħar protocol finanzjarju li kellha mal-Italja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3186.

Malta Shipyards — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ġew impjegati bħala full-time, part-time u casual workers mal-Malta Shipyards? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise, kemm kien l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema pajjiżi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyards kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-kunsill lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema fondi tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li ġew impjegati fuq bażi temporanja mal- Malta Shipyards kien 2,545. Dawn il-ħaddiema inġiebu għal numru ta’ ġranet kull wieħed skond il-bżonn u għalhekk huma kollha casual workers. Rigward l-ammont totali li tħallas lil dawn il-ħaddiema ninsab infurmat li l-Malta Shipyards mhiex f’ pożizzjoni li tagħti din iċ-ċifra għax dawn jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li jkunu ngaġġati minnha. Infurmat ukoll li dawn il-ħaddiema ġew prinċipalment mill-Bulgarija, il-Filippini, il-Polonja u r-Rumanija. Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill- Onorevoli nterpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.

Bejgħ ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment ta' l-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li d-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rcevit xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet m'għandu ebda informazzjoni fir-records tiegħu li turi li għandu jagħti flus ta' bejgħ ta' post fejn il-bejgħ sar fl-2005, lill-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament.

Wires antiki

Question

B'referenza għat-weġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-kumpannija Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bejgħ ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirrefer lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3743.