Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant, jekk l-imputat iħoss li għandu jagħmel xi sottomissjoni, din għandha ssir quddiem dik l-istess Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) X'inhuwa x-xogħol li tagħmel il-JRS mal-immigranti illegali?
b) Min iħallas lill-JRS tax-xogħol li tagħmel?
ċ) Kemm tħallset s'issa l-JRS?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-JRS, bħal NGOs oħra li jaħdmu f'dan il-qasam, għandha aċċess għaċ-ċentri ta' detenzjoni, fejn hemm joqgħodu immigranti illegali, sabiex il-membri tagħha jkunu jistgħu joffru s-servizz u għajnuna tagħhom lil dawn l-immigranti.
Infurmat ukoll li l-JRS ma tircievi ebda ħlas mill-Gvern għal dan it-tip ta' xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4535 u 4189 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati fl-Isptar San Luqa fl-aħħar sena li kien miftuħ? Kif kienu mqassma skond l-iskali ta' estacode? Kemm kienu fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar 12-il xahar (Ottubru 2007 - Ottubru 2008)?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qiegħed fit-tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4374 u jgħid jekk l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek hux ser tiġi applikata f'Raħal Ġdid? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 2532, f'Seduta 38.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħed minn kumpanniji Ewropei (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Jista' l-Ministru jgħid:
a) KEmm hawn polikliniċi f'Malta?
b) Kemm swiet kull poliklinika lill-gvern kull sena, f'dawn l-aħħar tliet snin?
ċ) Kemm hemm impjegati f'kull poliklinika?
d) X'inhuma l-ammont f'pagi u salarji li l-Gvern ħallas kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, għal kull poliklinika?
e) Kemm attendew pazjenti f'kull poliklinika kull sena f'dawn l-aħħar tliet snin?
Jista' l-Ministru jwieġeb kull domanda b'mod individwali?
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf id-Dipartiment għall-istandards fil-Ħarsien Soċjali u xi standards tfasslu matul dan iż-żmien? Saru spezzjonijiet minn dan id-dipartiment biex jara li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għal Servizz ta' Ħarsien Soċjali bħal servizzi Initial Response, Vjolenza Domestika, Child Protection qed jingħataw b'mod professjonali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għalkemm il-bidla fl-isem seħħet permezz ta’ avviz fil-Gazzetta tal-Gvern datata 9 t’Awissu 2005, fil-bidla minn Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għal Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali kienet waħda twila fejn is-servizzi li kien jagħti id-dipartiment fil-qasam soċjali bdew jiġu trasferiti lil Fondazzjoni għal Servizz ta' Ħarsien Soċjali fuq mhedda ta’ 3-4 snin. L-aħħar servizz li ġie trasferit din is-sena lil Aġenzija Appoġġ kien dak tal-addozzjonijiet. Il-għan fil-bidla minn Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għal Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali kien li jispiċċa r-rwol ta’ dipartiment li jagħti servizzi fil-qasam tal-Familja għal wieħed ta’ Regolatur fil-Qasam tal-Kura Soċjali. Fl-Lulju 2006 il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta Soċjali kien ħareġ Standards Nazzjonali għall-Faċilitajiet ta’ Matul il-Jum għat-Tfal wara proċess ta’ konsultazzjoni immexxi mid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali.
Ninsab informat ukoll li dan id-dipartiment lesta ukoll l-abbozz ta’
Standards
għat-tfal li qegħdin fil-kura residenzjali u taħt
Foster Care.
Wara li tlesta l-abboz ta’ l-
Istandards
dan ġie ippubblikat biex issir konsultazzjoni pubblika fi Frar 2008. Qed isiru r-reviżjonijiet neċessarji skond
feedback
mogħti minn dawk involuti f’dan il-qasam sabiex jinhareġ l-abbozz finali bl-isem ta’
National Standards of out-of-home child care
. Hemm ippjanat li jkun hemm verżjoni adattata għat-tfal li tkun lesta fl-2009. Tfassal ukoll abbozz ta’
model policies and procedures for out-of-home care
li nħareġ għal konsultazzjoni pubblika fl-2008. Id-Dipartiment ħareġ ukoll Kodiċi ta’ Kondotta u Ta’ Prattika għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali u Kodiċi ta’ Kondotta u ta’ Prattika għal Min Iħaddem fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali.
Id-Dipartiment ingħata ukoll r-rwol ta’ Awtorita’ Ċentrali meta daħħlu fis-seħħ l-Att XVII dwar il-
Fostering
u Att IV dwar l-Adozzjoni. Ix-xogħol ewlieni kien li tingħata akkredidazzjoni lil dawn iż-żewġt servizzi. Saret applikazzjoni mit-taqsima tal-
Fostering
fi ħdan l-Aġenzija Appogg biex din tiġi akkreditat mid-dipartiment. Wara li saret spezzjoni mit-taqsima ta’ l-assessjar tad-dipartiment bħalissa għaddej il-proċess biex jinħareġ ir-rapport.
Fil-preżent għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jitlestew il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ akkredidazzjoni mit-taqsima ta’ l-adozzjoni ta’ l-istess Fondazzjoni. Pero sakemm ikun hemm qafas legali, il-poteri ta’ spezzijonijiet fil-oqsma l-oħra huma limitati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25966 li saret fil-leġislatura l-oħra u jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fasslitx il-Quality Services Charter tas-servizzi li hija tmexxi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldat li qegħdin mal-immigranti illegali li ġew mogħtija charge fuq ix-xogħol dawn l-aħħar sitt xhur? Fuq liema bażi ngħataw dawn iċ-charges?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4187 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali li ntefqet fl-Isptar Mater Dei minn Jannar sa Ottubru 2008 xahar b'xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għal perjodu bejn Jannar u Ottubru ta' l-2008 l-ispiża totali ta' l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis maħruġa mid-Department Accounting System (DAS) kienet tammonta għal €82,422,075. L-ammont imqassam kull xahar qiegħed jiġi muri f'Kolonna (1), fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li dan l-ammont ma jinkludix il-materjali mediku u farmaċewtiku li jidher f'kolonna (2) - li għall-istessperjodu ammonta għal €26,402,075 - liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu titla' għal €108,824,820 , kif qed jiġi spjegat f'kolonna (3).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4186 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa l-Isptar Mater Dei fl-ewwel sena tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn Novembru ta’ l-2007 u Ottubru ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis maħruġa mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal Ewro 98,770,245. Dan l-ammont ma jinkludix il-materjal mediku u farmacewtiku li għall-istess perjodu kien jammonta għal Ewro 29,233,283 – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu tammonta għal Ewro 128,003,528.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4185 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa l-Isptar San Luqa fl-aħħar sena qabel għalaq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn Novembru ta’ l-2006 u Ottubru ta’ l-2007 l-ispiża totali ta’ l-isptar San Luqa fuq Cash Basis maħruga mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal Ewro 86,258,278. Dan l-ammont ma jinkludix il-materjal mediku u farmacewtiku li għall-istess perjodu kien jammonta għal Ewro 20,262,919 – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G10 SLH/MDH. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu tammonta ghal Ewro 106,521,197.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4191 u jgħid kemm intnefqu flus f'affarijiet bħal tiswija, manutenzjoni u xiri ta' apparat ġdid minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li għall-perjodu ta’ bejn Novembru ta’ l-2007 u Ottubru ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis mahruga mid-Departmental Accounting System (DAS) rigward tiswija/manutenzjoni kienet tammonta ghal Ewro 5,138,092. Rigward apparat gdid, fuq l-istess perjodu l-ispiza kienet ta’ Ewro 93,627. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu rigward tiswija/manutenzjoni u apparat ġdid, tammonta ghal Ewro 5,231,719.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?