Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5360 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpannija barranija — ngaġġ ta' casual workers fil-Malta Shipyard

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali sal-lum li tħallas mill-Aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers għall-Malta Shipyard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5361 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Shipyard — Restructuring exercise

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyard kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-kunsill lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Mil-liema fondi tħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi meta sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyard in-numru ta’ ħaddiema tal-IPS Ltd assenjati mal-Kunsilli Lokali kien ta’ 145. Illum hemm 144. Is-salajri li tħallsu lill-dawn il-ħaddiema sena b’sena hu kif ġej: € 2003: 1,606,985 2004: 1,618,705 2005: 1,657,574 2006: 1,771,155 2007: 1,813,403 2008: 1,771,155 Is-salarji jirriflettu ċ-ċaqliq li sar matul is-snin minħabba irtirar mix-xogħol ta’ ħaddiema bil-pensjoni jew fuq invalidità, li ġew sostitwiti b’ħaddiema oħra. Ir-responsabbiltà ta’ l-assenjar ta’ ħaddiema tal-IPS Ltd ma’ Ministeri u Dipartimenti hu tal-IPS Ltd. Dawn il-ħaddiema jitħallsu parti mill-fondi allokati lill-IPS Ltd u parti mill-fondi taħt il-Vot 9 – Dipartiment għall-Gvern Lokali (item5210 – service to Local Councils) .
Leg 11 PQ #5362 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' tifel li d-dettalji tiegħu qed jinagħtaw separatament, peress li anke peadiatrician privat qal li għandu bżonn facilitator?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #5352 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' stallazzjoni ta lift

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4749 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-każ tal-istallazzjoni ta' lift fil-post li qed jingħata separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Awtorita’ kienet approvat l-applikazzjoni għall-installar ta’ lift fil-blokk imsemmi, u applikat għall-permess mingħand il-MEPA. Bħalissa, l-Awtorita’ għandha madwar 30 talba pendenti għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki esistenti tal-Gvern u tħejja program ta’ installar fuq bażi ta’ prijorita’ skond il-gravita’ tad-diżabitita’ ta’mobilita’ tar-residenti. Għaldaqstant fil-każ imsemmi, il-lift mistenni jitlesta matul is-sena d-dieħla.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Dar Malta — Nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Tenders li ttieħdu minn Kumpanniji Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4742 u jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea: a) Kemm il- tender li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)? b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders? ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5356 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4743 u jgħid: a) Kemm hawn polikliniċi f'Malta? b) Kemm swiet kull poliklinika lill-gvern kull sena, f'dawn l-aħħar tliet snin? ċ) Kemm hemm impjegati f'kull poliklinika? d) X'inhuma l-ammont f'pagi u salarji li l-Gvern ħallas kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, għal kull poliklinika? e) Kemm attendew pazjenti f'kull poliklinika kull sena f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jwieġeb kull domanda b'mod individwali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1907 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parroċċa ta' Ħal-Tarxien — Permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Leg 11 PQ #2172 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parroċċa ta' Ħal-Tarxien — Permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Leg 11 PQ #2869 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parroċa ta' Ħat-Tarxien — Permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2172 u 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Leg 11 PQ #4747 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati li ngħataw charges

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldat li qegħdin mal-immigranti illegali li ġew mogħtija charge fuq ix-xogħol dawn l-aħħar sitt xhur? Fuq liema bażi ngħataw dawn iċ-charges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F’dawn l-aħħar sitt xhur, kien hemm seba’ suldati stazzjonati mal-immigranti illegali li ġew mogħtija charge fuq ix-xogħol. Iċ-charges ġew mogħtija għar-raġunijiet kif elenkati hawn taħt: a. suldat naqas li jmur lura x-xogħol wara li spiċċa minn kors waqt li kien hemm Stand By; b. suldat beda jidgħi u jgħolli leħnu ma’ uffiċjal superjuri; l-istess suldat beda jagħti bis-sieq u jsabbat fuq il-bieb tal- Control Room ta’ Lyster Barracks; c. suldat ħalla ż ewġ galdjoli mingħajr għassa; d. suldat uża kliem ta’ insubordin azzjoni ma’ uffiċjal superjuri; e. suldat ħalla bieb ta’ compound miftuħ u mingħajr superviżjoni bil-konsegwenza li immigrant ittanta jaħrab; f. suldat naqas li jattendi għall-isparar; u g. suldat naqas li jinvestiga ġlieda gravi bejn immigranti irregolari fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.
Leg 11 PQ #4755 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

CDAU — operat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4373 u 3885 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazjoni,, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min jidħol fl-operat tal-CDAU?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li filwaqt li s-CDAU, li l-operat tiegħu jaqa’ taħt id-Diviżjoni tas-Saħħa, jipprovdi servizz mediku u ta’ rijabilitazzjoni għal tfal bi problemi ta’ żvilupp, is-servizz ta’ facilitator lil dawn it-tfal hija responsabbilità tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Skond ir-records tas-CDAU, il-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant qatt ma ġie riferut lilu.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.