Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jara li jintmexxa l-każ ta' anzjan li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament li ma jistax iħallas biex jagħmel operazzjoni tal-katarretti u fuq rapport mediku għandu bżonn jagħmel din l-operazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk it-tabib kuranti tal-anzjan li qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant jidhirlu li s-sitwazzjoni ta’ dan il-pazjent aggravat, huwa għandu jirreferih b’urġenza lill-konsulent fid-Dipartiment tal-Oftalmoloġija.
Jista' l-Ministru jara li ssir il-karta anzjan ta' persuna li detallji tagħha qed jintbagħtu separatament, li illha li tilfet il-karta anzjana erba' xhur u rrapportat dan lill-kunsill lokali? Cempilna ħafna drabi u din għada ma waslitx. Jista' jara li jitmexxa l-każ?
Jista' l-Ministru jara li jsiru lifts fi Block 1, Triq il-Ġnien, Santa Lucia? Il-gvern għandu l-ħsieb li jirranġa t-taraġ li hemm ħdejn l-istess lift li biż-żmien sar perikoluż għan-nies li jinsabu f'dan il-flat? Hemm ħsieb li jsir it-tibjid ta' dan il-flat? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tad-Djar li s’issa ma saret l-ebda talba mill-inkwilini ta’ Blokk 1 Triq il-Ġnien Santa Lucia għall-installazzjoni ta’ lift taħt l-iskema preżenti. Dwar it-taraġ u t-tibjid, għaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għand l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni skond il- ħtiega.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' immigranti illegali li nstabu li kellhom il-Hepatatits B u Hepatitis C fl-aħħar 5 snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ma jżommx rekords ta’ kemm immigranti irregolari nstabu li kellhom l-Epatite B u Epatite C.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' flus li tħallset s'issa il-Jesuit Refugee Service mill-Gvern Malti u/jew mill-Unjoni Ewropea?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-JRS issottomettiet żewġ proġetti, fl-2005 u fl-2007 rispettivament taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, liema proġetti ġew approvati għal finanzjar mill-Kummissjoni Ewropea. Taħt dan il-Fond, il-JRS tħallset is-somma ta' €101,396.73.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-immigranti illegali hux qed jiġu eżanimati għall-virus tal-HIV meta jidħlu Malta? Jekk le, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtoritajiet tas-saħħa ma jħossux li hemm indikazzjonijiet validi sabiex immigranti illegali li jaslu Malta jiġu eżaminati bħala rutina għall-virus ta' l-HIV bħal ma jsir għal mard infettiv ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm immigranti illegali ġew ċertifikati fil-pożittiv għall-virus tal-HIV fl-aħħar ħames snin, b'rendikont ta' sena b'sena u jekk dawn għadhomx Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2004 (min meta l-HIV saret marda li t-tobba huma obbligati li jinnotifikaw) u l-2008 ġew notifikati dawn il-każijiet ta’ HIV f’immigranti irregolari:
Sena
Numru ta’ kazijiet
2004
1
2005
6
2006
10
2007
9
2008
15
Id-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard ma jżommx informazzjoni dwar jekk dawn il-persuni għadhomx jgħixu Malta.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — main ta' anzjana
Question
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 86 sejħa għal offerti li ntrebħu minn kuntratturi Ewropej minn mindu Malta saret membru ta’ l-Unjoni Ewropeja. Dawn huma sejħiet li ġew ippublikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti u ma jinkludux sejħiet li jippublikaw Dipartimenti jew aġenziji oħra tal-Gvern meta l-valur ma jaqbiżx is-somma ta’ €47,000.
Il-valur totali huwa diffiċli li tikkalkulah peress li wħud mill-kuntratti jiġu mogħtija a bażi ta’ rati u mhux a bażi ta’ valur totali.
Il-pagamenti jsiru mid-diversi Dipartimenti u aġenziji tal-Gvern li jkunu qed jixtru l-provista jew servizzi jew xogħolijiet. Ma teżistix
database
komprensiva li minnha tista’ tikkonkludi kemm saru pagamenti minn kull kuntratt.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4742 u jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4742.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament jistax jixtri iċ-ċens? Jekk fl-affermativ, x'inhi l-proċedura li jrid isegwi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-persuna kkonċernata ffirmat il-kuntratt ta’ l-enfitewsi ma’ l-Awtorita’ tad-Djar fil-15 ta’ Jannar 1985. Dan il-kuntratt jistipola illi wara l-għeluq ta’ 25 sena minn din id-data, jiġifieri fil-15 ta’ Jannar 2010, iċ-ċens jiżdied bi 15% u jkun jista’ jinfeda ċ-ċens. Għalhekk wara l-15 ta’ Jannar 2010, il-benefiċċjarju jista’ jikkuntattja l-Awtorita’ tad-Djar biex jinfeda ċ-ċens.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' l-Ministru jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi li fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84, ingħatat biss 15?
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Kaħwiela f'Ħaż-Żabbar min-naħa ta' Triq Santa Maria, biswit l-għalqa f'tarf it-triq, peress li din qed iżżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita, tant li tikkawża inkonvenjenza għar-residenti tal-imsemmija triq u ma jistax isir parking fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa smat li saret ħsara fil-barracks ta' Ħal Safi mill-immigranti illegali nhar is-Sibt 10 ta' Jannar 2009? Min iħallas għal din il-ħsara, il-Gvern Malti jew l-Unjoni Ewropea?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ħsara li saret fl-imsemmija barracks, li hija stmata li tammonta għal €1,416.24, jagħmel tajjeb għaliha l-Gvern Malti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4746 u 25966 li saret fil-leġislatura l-oħra u jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fasslitx il-Quality Services Charter tas-servizzi li hija tmexxi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali bdiet id-diskussjonijiet interni sabiex tipprepara l-Quality Service Charter għas-servizzi li hija tmexxi. Hu maħsub li fuq medda ta’ żmien, jitfassal Quality Service Charter għal kull Aġenzija fi ħdan il-Fondazzjoni bil-għan li l-proġett jinħadem bir-reqqa. Għalhekk, minn din is-sena beda l-proċess ma’ l-APPOĠĠ. Kif jitlesta l-Quality Service Charter ta’ din l-Aġenzija, jibda l-proċess ma’ l-Aġenziji l-oħra tal-Fondazzjoni.