Jista' l-Ministru jara li fi triq arterja, Għajn Dwieli Road, Paola quddiem id-dar no: 122, issir crash barrier u issir speed camera minħabba l-ammont ta' inċidenti li qegħdin iseħħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' anzjan li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule u li dan iddaħal l-isptar, minkejja li għamel l-applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule aktar min ħames snin ilu, bil-mara li għandha 'l fuq minn 80 sena u hija marida tant li l-anqas tiflaħ tqandlu, dawn xorta bagħtuh l-isptar? Jista' jara x'jista' jsir sabiex dan jiddaħal fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien applika biex jidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule fit-3 ta' Lulju 2003. Il-każ konċernat ġie diskuss mill-Admissions Board ta' San Vincenz de Paul fil-15 ta' Ġunju 2006 u l-Bord kien talab li jsir medical u social update tal-applikazzjoni. Għalhekk intbagħtet applikazzjoni oħra lill-applikant fejn ġie mitlub biex jagħmel medical update.
Informat ukoll li l-Bord ma rċieva l-ebda risposta mingħand l-applikant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5363, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun jiswa iċ-ċens tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Informat illi kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija parlamentari numru 5363 iċ-ċens preżenti ta’ Lm 19 (€ 44.26) ser jiżdied bi 15% fil-15 ta’ Jannar 2010 għal Lm 21.85 (€ 50.90). Dan iċ-ċens ta’ € 50.90 ikun jista’ jinfeda’ bir-rata ta’ ħamsa fil-mija (i.e.) għall-prezz ta’ € 1,018 bejn il-perjodu tal-15 ta’ Jannar 2010 sa’ l-14 ta’ Jnnar 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b'diżabilità barra li taqta' d-dazju u l-VAT meta tixtri karozza, hemm xi skema oħra ta' sussidju li persuna b'diżabilità tista' tieħu? Id-dettalji tal-persuna qed jintbagħtu separatament.
Response (DALLI, JOHN)
Il-kategoriji differenti ta' persuni b'diżabilita jistgħu jibbenefikaw minn żewg skemi relatati mal-trasport personali tagħhom. L-ewwel skema hi eżenzjoni, ħafna drabi parzjali mid-dazju u l-VAT meta jiġu biex jixtru vettura li fuqha ma jkunux tħallsu dawn it-taxxi. It-tieni skema hi l-eżenzjoni parzjali mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq.
Ninsab informat li l-persuna konċernata applikat biss għat-tieni skema u kkwalifikat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5669 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li ħarqulu l-karozza fis-6 ta' Ġunju 2007 u qiegħed jistenna li tintemm l-inkjesta għax minħabba dan il-preċedent l-insurance ma tistax tħallas lil dan is-Sinjur?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-proċess verbal in kwistjoni daħal l-uffiċċju ta' L-Avukat Ġenerali fit-23 ta' Jannar 2009. Fuq talba tad-ditta assikuatriċi konċernata ser tintbagħat lilha kopja tal-proċess verbal in kwistjoni wara l-ħlas tad-dritt dovut.
Jista' l-Ministru jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5654 u jara li ssir il-karta anzjan ta' persuna li detallji tagħha qed jintbagħtu separatament, li illha li tilfet il-karta anzjana erba' xhur u rrapportat dan lill-kunsill lokali? Cempilna ħafna drabi u din għada ma waslitx. Jista' jara li jitmexxa l-każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu azzjoni immedjatament sabiex il-linja tad-dawl li tinsab fi Triq Bartolomew, Tarxien tinbidel peress li dik eżistenti hija antika u r-residenti qed ikollhom problema minħabba li d-dawl qiegħed dejjem jilgħab?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Enemalta.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' xogħol fi Triq Sant Anna, Tarxien peress li qiegħed jiżbokka drenaġġ bl-ilma f'kantina fi Triq San Bartolomew, Tarxien peress li s-sistema tad-drenaġġ hija antika u t-tarmak huwa fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku ħalli nkun nista' nwieġbu aħjar, dejjem jekk ikollu l-kunsens bil-miktub tal-individwu/i konċernat/i.
Kumpannija barranija — ngaġġ ta' casual workers fil-Malta Shipyard
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali sal-lum li tħallas mill-aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers għall-Malta Shipyards?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Shipyards ma hiex f’pożizzjoni li tkun taf kemm tħallsu flus mill-Aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers.
Kumpannija barranija — ngaġġ ta' casual workers fil-Malta Shipyards
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5360 u jgħid kemm kien l-ammont totali sal-lum li tħallas mill-aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers għall-Malta Shipyards?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5360.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex kien hemm numru ta' persuni li ġabu liċenzja D biex ikunu jistgħu issuqu coach/tal-linja/minibuses/taxi u minkejja li ħallsu kollox u għaddew mit-testijiet, il-liċenzja għadha miżmuma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm l-individwi kkonċernati huma liċenzjati biex isuqu vetturi għall-ġarr ta’ aktar minn tminn passiġġieri, (kategorija D), skond Parti IV tar-regolamenti dwar vetturi bil-mutur (licenzji tas-sewqan) – S.L.65.18, l-individwi għad iridu jottjenu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali skond l-istess regolament. Din ġiet fis-seħħ mill-10 ta’ Settembru 2008. Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex xufiera li ġabu l-liċenzja wara din id-data jiġu ippreparati biex jkunu jistgħu joqgħodu għal eżami necessarju biex jottjenu dan iċ-ċertifikat skond ir-regolament imsemmi aktar l’fuq.