B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' l-Ministru jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5396 u cioè : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5396.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5704 u 5358 u jara jekk huwiex skond il-liġi li qed jintrema radam minn Smart City għal Wied Blandun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-materjal li hemm fuq is-sit f'Wied Blandun m’huwiex ġenerat mill-iżvilupp ta' Smart City. Dan il-materjal li qed jiġi iddepożitat fuq dan is-sit huwa riżultat ta' żviluppi għaddejin mit-tqattiegħ ta' gallarija tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, liema żvilupp huma kopert b'permess PA 7410/06.
Jidher li għal xi raġuni l-kuntrattur mhux qed iżomm mal-kundizzjonijiet tal-permess fir-rigward ta' kif għandu jinżamm depożitat il-materjal skavat u għaldaqstant il-MEPA wissiet lill-applikant biex josserva dawn il-kundizzjonijiet tal-permess.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5701 u 5396 u cioè : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5396.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5700 u 5402 u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84 ħarqa, ingħatat biss 15.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li wara d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' rċieva numru ta' ilmenti kemm fuq il-kwalita' kif ukoll fuq il-proviżjoni ta' dawn il-ħrieqi, il-kutratt issa ġie terminat u mill-11 ta' Frar 2009 il-ħrieqi bdew jiġu pprovduti minn kuntrattur ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5699 u 5419 u jara li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Kaħwiela f'Ħaż-Żabbar min-naħa ta' Triq Santa Maria, biswit l-għalqa f'tarf it-triq, peress li din qed iżżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita, tant li tikkawża inkonvenjenza għar-residenti tal-imsemmija triq u ma jistax isir parking fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fuq triq il-Kaħwiela, Ħaż-Żabbar jkunu jistgħu jinbdew mete jkun hemm il-fondi neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5671 u jgħid kemm intnefqu mill-Lm60,000 allokati fil-budget tal-2006 sabiex isir ċentru għall-annimali? Fiex intnefqu dawn il-flus u f'liema stadju wasal dan iċ-ċentru? Meta hu stmat li dan iċ-ċentru se jkun fully operational? Kif se jkun qed jitħaddem u minn min?
Jista' jgħid kemm intnefqu mill-flus allokati fl-2007 għall-animal welfare u fiex intnefqu? Kemm ġew imsewwija klieb u qtates? Min kienu l-veterenarji li sewwew dawn l-annimali u x'kienet ir-rata li ġew imħallsin biha?
Jista' jgħid fejn ġew imsewwija dawn l-annimali u jagħti dettalji ta' kemm kien hemm klieb u qtates u minn liema post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li fil-Baġit tal-2006 ma jirriżultax li kien hemm fondi vvutati biex isir ċentru għall-annimali. Dan sar fil-baġit tal-2007 għall-2008.
Jien infurmat li l-ispiża fuq l-Animal Welfare Centre fl-2007 u fl-2008 kienet ta’ €62,515.86 li jinkludu fost l-oħrajn spejjeż professjonali, permessi u ħlas lill-kuntrattur.
Hu ttamat li dan iċ-Ċentru, li ser ikun amministrat mill-gvern, jibda jopera s-sena d-dieħla.
Fl-2008 intefqu €174,821.49 f’kampanja fejn ġew imsewwija 694-il qattus u 798-il kelb u ngħataw 10,301-il jum ta'
after care
. Il-klieb u l-qtates irġiel kienu ntitolati sa massimu ta' 5 ġranet
aftercare
filwaqt li
l-klieb u l-qtates nisa kienu ntitolati sa massimu ta' 10 ġranet
aftercare.
Dawn l-annimali kienu minn postijiet varji, u l-informazzjoni minn fejn jinqabdu ma tinżammx. Ir-rati li tħallsu huma skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-veterinarji li pparteċipaw f'din l-iskema kienu 12 pero minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni ta’
data
isimhom ma jistax jingħata.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat li l-Travel Insurances qed iġiegħlu lit-turisti li jkollhom bżonn sptar jew għajnuna medika biex imorru fl-isptar pubbliku taħt l-iskuża li huma koperti biss b'din il-klawsola "providing cover for emergency medical expenses not recoverable under any reciprocal health agreement"? Liema huma dawn l-expenses not recoverable under any reciprocal health agreement?
Jaħseb li dan huwa abbuż peress li m'hemm l-ebda ċirkostanza li tiġġustifika li turist iħallas il-flus taħt l-iskuża ta' insurance cover li ma tintuża qatt u għal ċirkostanzi li ma jeżistux?
Jista' jieħu passi minnufih dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jgħaddili każijiet speċifiċi li ġew għall-informazzjoni tiegħu biex il-Ministeru jinvestiga x'jista jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm in patients barranin fl-Isptar Mater Dei minn Mejju 2008 sal-15 ta' Jannar 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul il-perjodu indikat kien hemm 1,498 in-patient u day case admissions li ma kienux ta' nazzjonalita Maltija fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, 258 kienu immigranti rregulari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti barranin welldu fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2008? Mil-liema pajjiżi kienu dawn il-pazjenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul l-2008 kien hemm 327 pazjenti barranin li welldu fl-Isptar Mater Dei. 56 minnhom kienu refjuġati. Dettalji dwar il-pajjiż ta' oriġini ta' dawn il-pazjenti ma jinżammux imma tinżamm biss informazzjoni dwar fejn qegħdin residenti f'Malta.
Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?
B'referenza għat-tweġiba parlamentari 5718, jista' l-Ministru jgħid meta qegħdin ngħidu tiġi evalwata, tfisser li ser jieħdu xhur u snin meta każ bħalu infetaħ mill-Ombudsman u ħadu l-flus dovuti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kas jingħata l-attenzjoni u jiġi evalwat skond il-merti tiegħu u hekk kif tittieħed deċiżjoni, l-individwu jiġi informat minnufih.
Informat ukoll li l-persuna konċernat ġiet informata bid-deċiżjoni li ttieħdet.
Jaf il-Prim Ministru li n-nies li jagħmlu l-għassa mal-immigranti illegali fil-Compound ta' Ħal Safi ilhom bla kitla għal dawn l-aħħar ġimgħat? X'inhi r-raġuni li s-shifts tas-suldati li jaħdmu fid-Detention Centre inbidlu minn erba' shifts għal tlieta? Min ħareġ l-ordni li s-suldati jidħlu ma' l-immigranti illegali kull nofs siegħa meta ħafna mill-immigranti illegali għandhom mard bħal Tubercolosi, HIV, Hepatitis eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kull min huwa impjegat mas-Servizz ta' Detenzjoni fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta' Ħal Safi għandu aċċess għal kitla ta’ l-elettriku. Barra minn hekk, numru oħra ta' ktieli jinsabu miżmuma fl-istore għal meta jkun bżonn li tinbidel xi waħda minnhom.
Ir-raġuni li s-
shifts
tal-impjegati kollha li jaħdmu fid-
Detention Centres
ta' Ħal Safi u Ħal Far inbidlu minn erba'
shifts
għal tlieta hi minħabba x-xogħol li żdied f'daqqa bil-mewġa mhux mistennija ta' immigranti rregolari mill-bidu tas-sena. Fost dawn l-aħħar immigranti kien hemm il-fuq minn mitejn Nord Afrikani li huma magħrufa għad-dispożizzjoni tagħhom li jaħarbu minn fejn ikunu miżmuma ma’ l-ewwel opportunità li jkollhom. Barra minnhekk, numru ta' impjegati tas-Servizz tad-Detenzjoni ġew trasferiti għaċ-ċentru l-ġdid li nfetah f' Ta' Kandja biex jakkomoda l-aħħar immigranti li waslu.
Relatat ma’ dan kien hemm l-implimentazzjoni ta' dmirijiet ta' sorveljanza fuq ġewwa tal-akkommodazzjoni tal-immigranti li minħabba nuqqas ta' impjegati ma setgħawx isiru qabel. L-għan ta' dawn id-dmirijiet huma li jipprevenu vandaliżmu, ġlied bejn l-immigranti u attenti ta' ħrib. Ma hemmx periklu minn mard fuq is-saħħa tal-impjegati għaliex l-immigranti huma
screened
mal-wasla tagħhom u kull min jinsab ibati b'mard infettiv jiġi miżmum f'post apposta għalih sakemm jiġi deċiż li m'humiex ta' periklu għal ħaddieħor mill-awtoritajiet tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5612 u jara t-talba li saret minn xi impjegati ma' kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jinvestiga dan il-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg qed jagħmel investigazzjoni tal-allegazzjonijiet magħmula minn xi mpjegati ta’ kumpanija konċernata.
Informat ukoll li fadal punt wieħed li għadu qed jiġi segwit mid-Dipartiment.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — main ta' anzjana
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-ftuq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li sal-ewwel ġimgħa ta’ Frar 2009 in-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-ftuq huwa ta’ 729. Dawn jinkludu inguinal, umbilical, femoral hernias, ecc. Wieħed għandu jikkjarifika li dan in-numru jirreferi għal dawk il-pazjenti li għad m’għandhomx data meta ser issirilhom l-operazzjoni.
Huwa importanti li wieħed jkun jaf li ż-żmien ta’ stennija biex issir l-operazzjoni jiddipendi fuq meta wieħed ġie inkluż fil-
waiting list
u skond l-urġenza tal-każ kif jiġi evalwat mill-konsulent.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jibda jaħdem il-lift ta' Block 1, Triq Kelinu Cachia, Tarxien għax kien hemm xi problemi? Wieħed irid jifhem ukoll li ġo fih hemm jgħix persuna b'diżabilita' li qed issibha diffiċli biex tinżel isfel u qed ikun ta' piż fuq il-familja.
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-policy ta’ l-Awtorita’ hija li l-Inkwilini tal-blokk jiffurmaw assoċċjazzjoni ta’ residenzi ħalli jiftehmu jiġbru flus u jaraw li ssir il-manutenzjoni, tiswijiet u ħlas tal-elettriku neċessarji in konnessjoni mal-lift. Qed jirriżulta f’dan il-każ li r-residenti ma ftehmux dwar il-ħlas neċessarju, u għaldaqstant jidher li l-manutenzjoni meħtiega ma saritx bil-konsegwenza li l-lift ġarrab ħsarat. Irriżulta ukoll li minħabba nuqqas ta’ pagamenti għall konsum tal-elettriku dovuti lill-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma s-servizz kien ġie sospiż mill-istess Korporazzjoni fl-20 ta Jannar 2006. Din tidher li hi l-istess sitwazzjoni sal-ġurnata tal-lum. Ir-responsabbilta’ li l-lift jitranġa u li l-pagamenti dovuti lill-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma hija unikament ta’ l-Inkwilini. Pero’ l- Awtorita’ ser tavviċina dawn l-Inkwilini ħalli jsir ftehim bejniethom fuq dawn il-pagamenti u il-lift ikun jista’ jerġa jaħdem.