Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6280 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Flats tal-gvern — kamra fuq il-bejt li qed tagħmel l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' kamra fuq bejt tal-flats tal-gvern li qed tagħmel l-ilma b'dannu għas-sid tal-flat li dettalji tiegħu qed jidhru separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-azzjoni meħtiega.

Miżura tal-aħħar baġit — taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6037 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-miżura tal-aħħar baġit li min ikollu t-tfal mill-2007 s'issa mhux se jħallas taxxa għal sena, bdietx tiġi attwata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nisa li kellhom it-tfal mill-2007 lil hawn u bdew (jew komplew) jaħdmu wkoll minn dik id-data lil hawn huma ntitolati għal sena eżenzjoni mit-taxxa. L-ewwel eżenzjonijiet huma applikabbli mis-sena bażi 2008 u għalhekk l-eżenzjoni tintalab fil-prospett tat-taxxa li jintbagħat f’Ġunju li ġej. Id-dettalji dwar din l-iskema jinsabu fuq il-website tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. L-Avviż Legali relatat qiegħed fil-proċess li jiġi pubblikat.

każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.
Leg 11 PQ #6641 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissarju tal-Organiżazzjonijiet Volontarji — jobbliga organiżazzjonijiet jippubblikaw audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji għandux poter li jobbliga lill-organizzazzjonijiet li jieħdu għajnuna finanzjarja mingħand il-Gvern jew li jiġbru flus mingħand il-pubbliku Malti, jippubblikaw l-audited accounts tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura u kif wieħed jista' jara dawn l-accounts?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Uffiċju tal-Kummissarju beda jopera xi xhur ilu u sal-lum, waqt li organizazzjonijiet volontarji li jarwolaw taħt il-liġi għandhom iżommu l-accounts u jissottomettuhom lill-Kummissarju, għad m’hemmx regoli dettaljati dwar il-kontenut tal-accounts jew il-forma tagħhom. Lanqas m’hemm regoli dwar kif għandhom jiġu riveduti jew audited. Abbozz ta’ l-istess regoli ġie ppreparat u qed jiġi diskuss internament qabel ma jiġi presentat lill-Kunsill għall-Organisazzjonijiet Volontarji u maħrug għall-konsultazzjoni pubblika. Wara dan il-proċess jiġi maħrug ir-regolament relattiv. Il-ħsieb bħalissa huwa biex l-organisazzjonijiet jiġu klassifikati skond id-daqs u skond jekk jiġbrux mill-pubbliku u regoli għandhom jiġu applikati b’mod li jirrispetta d-daqs u s-sensittivita’ ta’ l-organisazzjoni sabiex jiġi evitat li organisazzjonijiet ikollhom obbligi komplikati u li jinvolvu spejjeż li ma jkunux ġustifikati. Ninsab informat ukoll li l-Kummissarju jista’ jesiġi l-accounts u kull organisazzjoni li hija arwolata hija trasparenti fis-sens li l-accounts jistgħu jiġu spezzjonati skond l-Artiklu 41 tal-Att dwar l-Organisazzjonijiet Volontarji.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — flus lill-Eden Foundation - finanzi użati sew

Question

Tista' l-Ministru tagħti assigurazzjoni li l-flus li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni qed jgħaddi lill-Fondazzjoni Eden qed jintużaw biss għal edukazzjoni tat-tfal li jattendu l-Eden Foundation u mhux qed jintużaw biex jiffinanzjaw fondazzjoni oħra direttament jew indirettament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fondazzjoni Eden hija marbuta bil-ftehim li kien ġie ffirmat fl-1996 li tibgħat lid-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi rendikont ta’ l-ispejjeż kollha relatati mal-programmi li huma nklużi f’Appendiċi A tal-ftehim. Dan ir-rendikont irid ikun ċertifikat mill-Financial Controller tal-Fondazzjoni Eden. Skont dan l-istess ftehim, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi huwa obbligat li jirrifondi 60% ta’ dawn l-ispejjeż lill-Fondazzjoni Eden.

Detention Centre — ħsara totali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tammonta il-ħsara totali li saret fid-detention centre ta' Ħal Safi fit-2 ta' Frar 2009? Kemm intuża gas tad-dmugħ u fire extinguishers? Kemm-il saqqu, gvieret, lożor u mħaded ġew maħruqa? Min ħallas ta' din il-ħsara kollha, il-Gvern Malti jew l-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fid-data msemmija, numru ta’ immigranti fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi, irvellaw filgħaxija u waqt dan l-irvell kissru partijiet mill-fence tal-bitħa u taw in-nar lil tliet saqqijiet. Sabiex ikkontrollat dan l-irvell kella tintuża Grenade tal-gas tad-dmugħ u tnax -il fire extinguisher. L-ispiża totali tal-ħsarat, li tammonta għal € 325.64, ser titħallas minn fondi pubbliċi.

Detention Centres — spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża totali li l-gvern ħareġ biex żamm l-immigranti illegali fid-detention centres fis-snin 2005 sa 2008 (ikel, xorb, ħasil, mediċini, ilma, ħsarat, suldati, casuals, overtime eċċ.)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Detention Centres — Casual u detention officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm casual/detention officers fil-Ħal Far u Ħal Safi detention centres? Kemm huma l-etajiet tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 166 persuna ingaġġati bħala Uffiċjali Temporanji tas-Servizz tad-Detenzjoni. Dawn huma mqassmin bejn iċ-ċentri tad-detenzjoni ta’ Lyster u dak ta' Ħal Safi. L-eta’ tagħhom tvarja bejn il-25 u s-60 sena.

Ħal Safi u Ħal Far — Immigranti illegali li ħarbu mid-detention centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' immigranti illegali li ħarbu mid-detention centres ta' Ħal Safi u Ħal Far fis-sena 2008? Kemm minn dawn qatt ma nqabdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ immigranti rregolari li rnexxielhom jaħarbu miċ-ċentri ta' detenzjoni ta’ Lyster u Ħal Safi matul is-sena 2008 kien ta 218. Minn dawn, hemm 106 li għadhom ma nqabdux.
Leg 11 PQ #6272 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Detention Centres — każijiet ta' scabies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' scabies kien hemm fid-detention centre ta' Ħal Safi u Ħal Far fis-sena 2008? Kemm intuża Denbac M fl-istess żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskabbja mhijiex marda li t-tobba huma obbligati jinnotifikaw. Għalhekk ma jinżammux rekords preciżi tan-numru ta’ każijiet. Ta’ min jgħid iżda, li fis-sena 2008 id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għadda 610 doża ta’ Derbac M biex jintużaw fid- detention centres . Dawn id-dożi ntużaw biex: 1. jiġu trattati immigranti li kellhom l-iskabbja, 2. jiġu trattati immigranti li ġew f’kuntatt ma’ persuni li kellhom l-iskabbja, 3. għal mard ieħor fejn id-Derbac M huwa indikat. Informat ukoll li jista’ jkun hemm immigranti oħrajn li ngħataw Derbac M direttament mid-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-iSptar Boffa, iżda ma tinżammx statistika dwar jekk l-immigranti jkunux fid- detention centres jew fil-­komunita.
Leg 11 PQ #6273 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

JRS — lectures lis-Suldati, suldata casual, u casual officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew mogħtija ċ-ċertifikati mil-JRS lis-suldati u lis-suldati casual u lill-casual officers li attendew għal-lectures mogħtija mill-JRS? Min ħallas ta' dawn il-lectures il-Gvern Malti jew l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-sena li għaddiet is-Servizz ta’ Detenzjoni, wara diskussjonijiet mal-JRS, UNHCR u Red Cross, embarka fuq programm ta’ taħriġ. It-taħriġ ġie koordinat mill-JRS li applika għal fondi mill-UE biex dan it-taħriġ seta’ jiġi organizzat fuq perjodu ta’ tnax-il xahar. Il-programm kien immirat li jipprovdi taħriġ speċifikat lill-membri kollha tas-Servizz ta’ Detenzjoni, inklużi suldati u Uffiċjali Temporanji Servizz tad-Detenzjoni, u kull minn attendih ġie mogħti ċertifikat.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, sena b'sena dwar ksur tal-liġi dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm minnhom ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjonijiet dwarhom ġiet konkluza? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu? Kemm minnhom kieu dwar abbuz ta' dominanza u kemm minnhom kienu dwar ftehim illegali bħal kartelli?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Divizjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni — reklamar qarrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċiviet ilemnti d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, dwar reklamar qarrieq u reklamar komparattiv li jmur kontra l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjoni dwarhom ġiet konkluza? X'kienu deċizjonijiet li ttieħdu dwar il-każi konklużi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2007 id-Diviżjoni irċeviet erba’ ilmenti fuq reklamar qarrieqi u wieħed fuq reklamar komparattiv. Wara li ġew investigati l-każijiet il-partijiet konċernati segwew il-pariri li ngħataw mid-Diviżjoni u kien hemm konformita’ volontarja. Kien hemm każ wieħed li kien inamissibbli u ieħor fejn l-ilment ma kienx sostanzjat. Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2007 l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378) ġie emendat permezz ta’ l-Att ta’ l-2008, u bhala riżultat ta’ tali emendi l-artikoli 48, 49 u 50 ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li kienu rispettivament dwar reklami qarrieqa, tifsira ta’ reklamar komparattiv u reklamar permess, ġew mħassra u ġew introdotti fil-Kodiċi tal-Kummerċ. Il-Kodiċi tal-Kummerċ (Art 37) jistipola illi dak il-kummerċjant danneġġjat jista’ jfittex id-danni u imgħaxijiet, jew kif jagħżel hu stess għal penali. Hemm provdimenti oħra fl-istess artiklu illi wieħed jista’ jutilizza.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5850,5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5850,5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #6260 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

karta Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5849 u 5654 u jara li ssir il-karta anzjan ta' persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li tilfet il-karta anzjan erba' xhur u rrapportat dan lill-kunsill lokali? Cempilna ħafna drabi u din għada ma waslitx. Jista' jara li jitmexxa l-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li dan il-każ biex tinħareġ Kartanzjan oħra minflok dik li ntilfet ma kienx wasal għand id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'. Id-Dipartiment diġa ħa passi billi ressaq dan il-każ liċ-Ċentru Servizz Anzjan, fis-Sezzjoni tal-Kartanzjan u saru kuntatti ma' l-Uffiċju ta' l-Elettorat biex l-anzjana msemmija tirċievi il-kartanzjan bil-posta.
Leg 11 PQ #6263 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Directs orders — kura tat-TB, HIV u l-Hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt li immigranti illegali li jingħataw il-freedom mid-detention centres u dawn ibatu mill-HIV, Hepatitis u Tuberculosis u jkunu fuq il-kura, ikomplu jieħdu l-kura neċessarja sabiex ma jkunux ta' periklu għal-ħaddieħor? Kemm-il direct order ingħata biex isiru xogħlijiet fid-detention centres ta' Ħal Safi u Ħal-Far din is-sena 2008 u fl-ewwel xahar ta' Jannar 2009? Lil min ingħataw dawn id-direct ordersu kemm huwa l-ammont ta' flus ta' kull direct order? Fuq liema kriterju ingħata l-kuntratt ta' nurses tad-detention centres ta' Ħal-Safi u ta' Ħal-Far? Jista' jgħid jekk il-casuals li jaħdmu mad-detention centres u li ġew ikkmandati jidħlu l-għassa mal-immigranti ġewx ittestjati, jekk humiwx imlaqma kontra it-TB, l-Hepatitis u l-HIV, jekk huwiex minnu li dawk il-casuals li ma riedux jiffirmaw li jidħlu fl-għassa ma' l-immigranti ġew mgħedda li jitkeċċew mix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.