Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7029 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Santa Luċija — Triq il-Ġnien Block 1 - rranġar

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru locks u tiġi rranġata it-tarġa tal-bieb komun ta' Block 1, Triq il-Ġnien, Santa Luċija, peress li meta jkun ir-riħ dejjem jissabbat u jidħol ħafna ħmieġ?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #7030 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dawrha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7031 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna li ma taqbadx il-paga minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament li ma taqbadx il-paga minima u ser tkompli taħdem, huwiex minnu li trid tħallas il-bolla xorta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7032 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Blue sticker

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa' jiġi rivedut l-każ ta' persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li qed jitlob għat-tiġdid tal-Blue sticker peress li l-qagħda tiegħu dejjem sejra għall-agħar u s-smiegħ dejjem qiegħed jonqos?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li persuni li l-applikazzjoni tagħhom għal Blue Sticker ma tiġix aċċetata jiġu nformati li jistgħu jappellaw minn din id-deċiżjoni. Informat ukoll li l-persuna konċernata ġiet informata li tista' tagħmel dan sas-7 ta' April, 2009.
Leg 11 PQ #7033 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jaħdmu mal-immigranti irregolari — xiri ta' t-shirt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi raġuni li dawk il-persuni li jaħdmu mal-immigranti irregolari (b'mod speċjali is-suldati) jridu jixtru minn buthom it-t-shirt tas-sajf bil-logo tad-detention service, meta dawn suppost huma maħruġa mill-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi m’huwiex minnu li dawk il-persuni li jaħdmu ma’ l-immigranti irregolari (b’mod speċjali s-suldati) jridu jixtru minn buthom it-t-shirt tas-sajf bil-logo tad-detention service. Infatti, suldati u pajżana fi ħdan is-Servizz ta’ Detenzjoni kienu talbu biex fis-sajf jingħataw permess jilbsu polo-shirt bil-logo tas-Servizz ta’ Detenzjoni minflok il-flokk l-aħdar tas-suldati u l-qmis bajda tal-Uffiċjali Temporanji tas-Servizz ta’ Detenzjoni. Il-permess ingħata abbażi li xiri tal-polo-shirt imsemmi jsir fuq bażi volontarja biss.
Leg 11 PQ #7034 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Far u Ħal Safi detention centres — settijiet tat-televisions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sett tat-television ittieħed fid-detention centre ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2008 sa Marzu 2009? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn is-settijiet tat-television?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nxtraw l-ebda settijiet tat-televiżjoni fiċ-Ċentru ta’ detenzjoni ta’ Lyster u Ħal Safi bejn Jannar u Marzu 2009.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6259, 5850,5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6259, 5850,5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #6965 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Directs orders — kura tat-TB, HIV u l-Hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6263 u jgħid jekk huwiex sodisfatt li immigranti illegali li jingħataw il-freedom mid-detention centres u dawn ibatu mill-HIV, Hepatitis u Tuberculosis u jkunu fuq il-kura, ikomplu jieħdu l-kura neċessarja sabiex ma jkunux ta' periklu għal-ħaddieħor? Kemm-il direct order ingħata biex isiru xogħlijiet fid-detention centres ta' Ħal Safi u Ħal-Far din is-sena 2008 u fl-ewwel xahar ta' Jannar 2009? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm huwa l-ammont ta' flus ta' kull direct order? Fuq liema kriterju ingħata l-kuntratt ta' nurses tad-detention centres ta' Ħal-Safi u ta' Ħal-Far? Jista' jgħid jekk il-casuals li jaħdmu mad-detention centres u li ġew ikkmandati jidħlu l-għassa mal-immigranti ġewx ittestjati, jekk humiwx imlaqma kontra it-TB, l-Hepatitis u l-HIV, jekk huwiex minnu li dawk il-casuals li ma riedux jiffirmaw li jidħlu fl-għassa ma' l-immigranti ġew mgħedda li jitkeċċew mix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ghall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu arrangamenti biex meta immigranti fid-detention centres li jbagħtu mit-tuberkulozi jkunu waslu biex jingħataw il-freedom dawn jitpoġġew f’kuntatt ma' social worker jew community worker fiċ-ċentru miftuh fejn ikunu sejrin. Is-social worker jew community worker tkun responsabbli li tara li dan l-immigrant ikun qed jieħu l-mediċini kif suppost. Id-dipartiment jara dokumentazzjoni kull ħmistax dwar jekk dan hux qed isir. Fejn ikun hemm problemi, is-social worker jew community worker jinforma lid-dipartiment minnufih u dan jinvestiga. Dwar mard ieħor infettiv, jekk il-konsulent li jikkura l-immigrant jara li dan mhux qed jieħu l-mediċini kif suppost jew mhux qed jattendi għal-viżti kif suppost, il-konsulent jista jikkuntattja lid-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard biex isiru iktar investigazzjonijiet. Id-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jirrakkomanda li persuni li jaħdmu f’ detention centres jiġu mlaqqmin kontra t-Tuberkulozi, l- Hepatitis B u mard ieħor infettiv bħall- Polio u t-tetnu, (għadu ma jeżistix tilqim kontra l-HIV). Għar rigward tal-partitjiet l-oħra tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #7016 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — każ ta persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6155 u jara li jitmexxa l-każ mal-Awtorità tad-Djar tal-persuna li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernat applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali fi Frar ta’ din is-sena. Saret spezzjoni meħtieġa biex naraw f’liema kondizzjoni huwa dan il-post u jekk hemm xi periklu. Jidher li l-applikant jikkwalifika għal post alternattiv u għalhekk ser ikun qed jiġi ikkunsidrat mal-lista ta’ l-applikanti l-oħra skond il-meritu tagħhom.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Skola Sekondarja Ġuże D'Amato — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir maintance fl-iskola sekondarja Ġuże D'Amato, Paola fejn hemm il-poġġaman se jinqala' u t-taraġ imkisser? Tista' tara li jinfetħu toilets il-ġurnata kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ġewwa l-iskola Sekondarja tas-subien Ġuże’ D’Amato, Paola, fit-taraġ ta’ fuq nett, il-ħadid tat-taraġ hu marbut permezz ta’ viti ma’ kolonna tal-konkos. Vit minnhom, perjodikament jerħi. Meta l-iskola tinduna li dan beda jerħi, jerġa’ jiġi ssikkat. Fl-istess turġien ta’ ġewwa l-iskola, m’hemm l-ebda tarġa jew taraġ imkisser. Biss, tlett tarġiet li hemm fis-daħla tal-iskola, għandhom ix-xifer imxellef. Dan ġara meta xi ħaddiema daħħlu għamara għall-laboratorji. Il-problema hija estetika u mhux ta’ periklu. F’kull sular tal-iskola fejn hemm il-klassijiet tal-istudenti, il-ħin kollu hemm toilet miftuħ. Dawn jammontaw għal ħames clusters ta’ toilets , fejn il-klassijiet huma biss sittax.

Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, sena b'sena dwar ksur tal-liġi dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm minnhom ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjonijiet dwarhom ġiet konkluza? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu? Kemm minnhom kieu dwar abbuz ta' dominanza u kemm minnhom kienu dwar ftehim illegali bħal kartelli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ilmenti li d-Diviżjoni irċeviet għal ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni huma ta’ tmintax fl-2007 u tnax fl-2008. Kull ilment li jiġi sottomess jiġi investigat. Id-deċiżjonijiet mehuda fis-sena 2007 kienu ħamsa: F’żewġ ċirkustanzi rigward l-Artikoli 5 u 9 instab li kien hemm ksur tal-Att fis-settur tal- vending machines mentri f’settur konċernanti il- yacht marinas ma nstabx li kien hemm tali ksur. Min-naħa l-oħra f’każ wieħed instab li kien hemm abbuż ta’ dominanza taħt Artikolu 9 fis-settur tad-dqiq mentri f’żewġ setturi oħra, cioe’ dak tat-trasport u fl-ivjaġġar, l-uffiċċju ma sabx ksur ta’ dan l-artikolu. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet mehuda fis-sena 2008 kienu tlieta: f’żewġ ċirkustanzi l-uffiċċju ma sabx li kien hemm ksur tal-liġi a bażi ta’ Artikolu 9 fis-settur tal-provvista ta’ ticketing services u spare parts ; u fit-tieni lok l-uffiċċju ma sabx li kienx hemm la ftehim ipprojbit u lanqas abbuż ta’ dominanza fil-qasam tal-kommunikazzjoni.
Leg 11 PQ #6729 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jara t-talba tas-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bil-kunsens tagħha talbet li ssir reviżjoni dwar jekk is-sussidju tal-kera mogħti mill-Gvern hux dak mistħoqq lilha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-kera kummerċjali tal-post li ġie allokat lis-Sinjura hija ta’ € 3,005. Is-Sinjura ngħatat sussidju li jammonta għal 70% tal-kera kummerċjali u għalhekk hija ntalbet tħallas kera sussidjata ta’ € 901.50 fis-sena. Ta’ min jgħid li s-Sinjura ngħatat l-għola perċentaġġ ta’ sussidju u għalhekk din il-kera ma tistax tonqos anke jekk issir reviżjoni ta’ sussidju.

Tarxien — Triq l-Isqajjaq - ħmieġ riżultat tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa fi Triq l-Isqajjaq Tarxien, il-parti l-antika li hekk kif tagħmel ix-xita joħroġ kull tip ta' drenaġġ u ħmieġ u riħa insapportabbli? Dan żgur mhux proġett li jista' jagħmlu l-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-K.S.I.
Leg 11 PQ #6941 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Care worker għal persuna b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6156 u cioè: Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Detention Centres — spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6269 u jgħid kemm tammonta l-ispiża totali li l-gvern ħareġ biex żamm l-immigranti illegali fid-detention centres fis-snin 2005 sa 2008 (ikel, xorb, ħasil, mediċini, ilma, ħsarat, suldati, casuals, overtime eċċ.)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hu stmat li l-ispejjeż rikorrenti li l-Gvern ħareġ biex żamm l-Immigranti illegali fid-detention centres fis-snin 2005 sa 2008 (ikel, xorb, ħasil, mediċini, ilma, ħsarat, suldati, casuals, overtimeeċċ.) huma kif ġej: Spejjeż Kapitali mhux inklużi fit-totali miġburin. Lm € 2005 LM2,928,337.00 € 6,821,190.31 2006 LM3,007,281.00 € 7,005,080.36 2007 LM3,654,340.36 € 8,512,323.22 2008 € 8,277,697.24

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.