Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6363 u 6061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Il-kunsens tal-persuna qed jidher separatament.

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Tarxien — Triq Sant Anna - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6700 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5881, nixtieq ninforma lill-Ministru li t-triq hija maqlugħa u is-sistema tad-drenaġġ hija antik u għadha bil-katusi u hemm minnha li għadha bil-ġebel (gandott) u hemm spralli u l-ilma tat-triq qed jinżel fil-kantina tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-main tad-drenaġġ fi Triq Sant Anna, Tarxien ser jinbidel. Dan ix-xogħol ġie inkluż fl-programm ta’ xogħlijiet.
Leg 11 PQ #7375 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa biex jinżammu l-immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6679 u jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti (kollox inkluż) biex żamm, tema, ikkura, opera, nefaq fuq servizz tad-dawl u l-ilma, tiswijiet ta' toilets u showers, tiswija u tibdil ta' fryers u televisions, trasport, li jinkludu wkoll pagi ta' suldati, pulizija, casual officers, fizzjali u nurses mal-immigranti illegali mill-2002 sal-2008 sena b'sena? Min iħallas u f'liema proporzjon għal dan kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ispejjeż minn dipartimenti varji dwar il-ħidma ma’ l-immigranti jew persuni li qegħdin ifittxu protezzjoni huwa kif jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-figuri huma approssimattivi minħabba li huwa diffiċli li tifred ċerti spejjeż mill-ispiża globali bħal fil-każ tal-qasam tas-saħħa. Il-figuri juru kemm nfiq rikorrenti kif ukoll nfiq kapitali.
Leg 11 PQ #7378 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult training centre — spezzjonijiet mid-diviżjoni tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fl-Adult Training Centre matul dawn l-aħħar sentejn mid-Divizjoni tas-Saħħa? Kemm-il rapport sar minn dawn l-ispetturi tas-sanità u x'kienu dawk l-affarijiet li l-Aġenzija Sapport trid tindirizza? Ittieħdu passi minn din l-Aġenzija biex jitranġaw dawn in-nuqqasijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn l-2007 u Frar 2009 saru 20 spezzjoni fl-‘Adult Training Centre’ min uffiċċjali tad-Divisjoni tas-Saħħa. Informat ukoll li dawn iċ-ċentri kollha ġew ikklassifikati bħala grad A jew B, b’hekk jindikaw li n-nuqqasijiet ma’ kienux ta’ natura tant serja li jirrekkjedu li jittieħdu passi ulterjuri. In-nuqqasijiet kienu jvarjaw minn ħtieġa ta’ ndafa tal-lasku tal-fridges, titjib fid-dokumentazjoni, u tindif fuq bażi regolari tat-tankijiet ta fuq il-bjut. Dawn ix- xogħolijiet f’kull kaz saru fiż-żmien indikat mid-Dipartiment.
Leg 11 PQ #7379 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult training centres — coaches

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu fit-toroq il-coaches tal-Adult Training Centres? Hemm il-ħsieb li dawn jinbidlu jekk ilhom ħafna jintużaw qabel ma ssir xi disgrazzja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Fondazzjoni bħalissa qegħda taħdem kif dawn il-vannijiet jistgħu jiġu mibdula. Madanakollu, din il-bidla tiddependi fuq il-procurement policy tal-Gvern u jekk u meta jiġu mgħoddija Fondi lill-Fondazzjoni għal dan l-iskop. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7380 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Anzjani — nuqqas ta' social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu impjegati aktar social workers fis-Social Work Unit tad-Dipartiment tal-Anzjani meta f'dawn l-aħħar xhur kien hemm numru ta' social workers minn din il-unit li m'għadhomx jagħmlu xogħol ta' assessments fil-komunità minħabba xi raġuni jew oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet dwar il-Capacity Building Exercise għad-Diviżjoni tas-Saħħa kollha. Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' għamel talba biex jiġu mpjegati aktar Social Workers fil-Unit tas-Social Work.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7020 u 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6966, 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6966, 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #7371 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Care worker għal persuna b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6941 u 6156 u cioè: Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li din it-tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika u li l-familja tagħha fittxet l-assistenza għaliha, professjonisti tal-Aġenzija SAPPORT għamlu l-assessment tagħhom tas-sitwazzjoni, liema assessment ġie diskuss mal-Maniġer tas-Servizzi u l-Kap Operattiv tal-Aġenzija. Wara li ġew kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tagħha fid-dawl tar-riżorsi disponibli, ġie deċiż li t-tifla tingħata assistenza ta’ sagħtejn kuljum għal ħamest ijiem fil-ġimgħa, għal sitt ġimgħat, total ta’ sittin siegħa ta’sapport. Peress li l-familja xtaqet aktar sigħat minn hekk, u bil-ħsieb li l-Aġenzija tassisti bl-aħjar mod li tista’, ġiet offruta l-possibiltà li l-Aġenzija tara li s-support worker tagħha li hi mgħallma kif taħdem ma’ din it-tfajla, tkun disposta għal aktar sigħat kuljum, liema sigħat iħallsu għalihom il-familja. Għalhekk, sar qbil bil-miktub mal-familja fejn kien formalizzat dan il-ftehim.

Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' meter tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6719, 6093 u 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7035 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Far u Ħal Safi — detention centre - spiża totali ta' ħsarat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ħsarat li saru fid-detention cenres ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Frar 2009? Min ħallas għal dawn il-ħsarat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Każ ta' priġunier

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fuq talba tal-ġenituri tiegħu qed issir din il-mistoqsija, fejn qed jiġi allegat li gwardjan li dettalji dwaru qed jidhru separatament, ixxuttja l-basktijiet bi vjolenza u offenda lil dan il-priġunier b'diskors li m'huwiex denju li jidher f'din il-mistoqsija, imma li missieru lest li jidher quddiem l-awtorità biex jiżvelah? Skond din il-persuna, f'dan il-każ kienu nvoluti u anke ġew fl-idejn l-iSpecial Responce Team. Jista' l-Ministru jara dan il-każ biex jiġu evitati problemi bla bżonn u nkunu ta' għajnuna għal din il-familja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-investigazzjoni li saret mill-awtoritajiet tal-Faċilita` Korrettiva dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, ma jirriżultax li l-ġrajjiet seħħew fil-mod kif qed jiġi allegat minn dan il-priġunier u l-familjari tiegħu. L-anqas ma jirriżulta li f’xi ħin ġew fl-idejn xi uffiċjali. Hija l-prattika li l-awtoritajiet tal-Faċilita` jinvestigaw bl-akbar serjeta` kull ilment jew allegazzjoni li ssir mill-priġunieri, u kull meta jsir magħruf li huma veritiera, jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji kontra kull min ikun involut fil-każ.
Leg 11 PQ #7046 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonant — Talba għal ħlas lura

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob ħlas lura tas-sena 2005 għax kienu qalulu li dawn il-flus se jingħataw wara l-collective agreement?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant ikun iktar preċiż fil-Mistoqsija tiegħu.