Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7949 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Coaches ta' l-Adult Training Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu fit-toroq il-coaches ta' l-Adult Training Centres? Hemm il-ħsieb biex dawn jinbidlu jekk ilhom ħafna jintużaw qabel ma ssir xi diżgrazzja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7950 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reviżjoni ta' pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li martu kienet fir-Residenza San Vincenz de Paule u issa mietet u qed jistenna li jieħu reviżjoni tal-penzjoni wara l-mewt ta' martu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7951 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nuqqas ta' social workers fid-Dipartiment ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejrin jiġu mpjegati aktar social workers fis-Social Work Unit tad-Dipartiment ta' l-Anzjani meta f'dawn l-aħħar xhur kien hemm numru ta' social workers minn din il-unit li m'għandhomx jagħmlu xogħol ta' assessments fil-komunità minħabba xi raġuni jew oħra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7952 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Home help

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed titlob is-servizz tal-home help u minkejja li saru l-assessment baqgħet bla risposta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7953 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas tal-Maternity/Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ma tawhiex il-ħlas tal-maternity u lanqas ic-Children's Allowance?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7932 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonant — talba għal ħlas lura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7046, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob ħlas lura tas-sena 2005 li kienu jirrigwardaw xi arretrati għax kienu qalulu li dawn il-flus se jingħataw wara l-collective agreement?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7934 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonanta — Ħlas lura ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni lill-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, li l-Gvern qed jeħdilha flus li s-social services tawha żejda? Jista' jiġi spjegat lilha bil-miktub kemm għandha tagħti u fejn kien l-iżball?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7935 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sigurtà soċjali — Tnaqqis ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed titlob li tiġi nfurmata għaliex qed inaqqsulha l-flus tas-Sigurtà Soċjali u li tixtieq tingħata rendikont bil-miktub ta' x'wassal għal dan?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7937 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk kopja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħat separatament, għandhomx dritt għas-sussidju fuq id-dawl u l-ilma?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7943 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bdil ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' bdil ta' post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li sar il-ftehim bejn l-inkwilini u qed jistennew l-aħħar proċedura mill-Awtorità tad-Djar? Jista' l-Ministru jara l-każ u jagħti l-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li s-sinjura kkonċernata diġa resqet għall-kuntratt flimkien mas-sinjuri l-oħra biex jiġi affetwat it-tibdil ta’ bejniethom. Il-kuntratt bejn l-Awtorita’ tad-Djar u l-klijenti sar fit-17 t’April, 2009.
Leg 11 PQ #7945 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Msida Home — Problemi ta' mobilità

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed ikollha ħafna problemi ta' mobilità jkollha sodda aktar komda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6679 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa biex żamm l-immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti (kollox inkluż) biex żamm, tema, ikkura, opera, nefaq fuq servizz tad-dawl u l-ilma, tiswijiet ta' toilets u showers, tiswija u tibdil ta' fryers u televisions, trasport, li jinkludu wkoll pagi ta' suldati, pulizija, casual officers, fizzjali u nurses mal-immigranti illegali mill-2002 sal-2008 sena b'sena? Min iħallas u f'liema proporzjon għal dan kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7375.
Leg 11 PQ #7925 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba lill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li min-naħa tal-Awtorità tad-Djar qalulha li kellha tirċievi risposta u għadha ma rċeviet xejn?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat illi l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika post adattat għall-applikanta peress li fil-lokalita li tixtieq hi m'hemmx postijiet vakanti.
Leg 11 PQ #7926 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Careworkers li jgħinu lil persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirċievu assistenza fil-komunità minn careworkers ta' l-Aġenżija Sapport? Kemm-il siegħa kull wieħed minn dawn il-persuni b'diżabilità qed jirċievi fil-ġimgħa fid-dar tiegħu? Hemm xi familji li għandhom ftehim miktub (biex iħallsu xi spejjeż) bħalma sar mal-familja indikata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7371?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Aġenzija SAPPORT permezz tas-support-workerss tagħha qed tipprovdi assistenza lil 102 persuna b’diżabilita’ fil-komunita’ li jammontaw għal 630 siegħa servizz fil-ġimgħa. L-assistenza lil kul individwu tvarja min siegħa (1) għal 27 siegħa fil-ġimgħa skond il-bzonn tal-klijent kif approvat mis-Service Allocation Committee (SAC) tal-Aġenzija. B’kollox hemm 3 persuni li jħallsu parti mis-servizz li jirċievu u dawn min total ta’ 23.25 siegħa servizz iħallsu għal 16.25 siegħa fil-ġimgħa. Informat ukoll li minħabba nuqqas ta’ riżorsi hemm 20 persuna b’diżabilita’ oħra li s-Service Allocation Committee approvalhom 76.50 siegħa servizz fil-ġimgħa li għalissa ma humiex jingħataw dan is-servizz.
Leg 11 PQ #7927 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' arbitru

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' arbitru li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u jgħid meta din is-sinjura se tidher għax hija tixtieq li tkun infurmata dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7928 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kordin — Protezzjoni Ċivili - ilment fuq il-Wages section

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-Protezzjoni Ċivili Kordin, il-ħaddiema qed jilmentaw mill-Wages Section li danger money ma nħarġulhomx kollu u l-overtime qed jitħallas b'lura? Jista' jara li tiġi irrimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ma jirċevux xi tip allowances li jkopru l-perikli li jiffaċċjaw matul il-ħidma tagħhom. Rigward l-overtime, infurmat li dan dejjem jitħallas b'lura, pero` isir kull sforz sabiex il-ħlas dovut jingħata fi żmien massimu ta' xahrejn minn meta jkun inħadem.
Leg 11 PQ #7930 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Post tal-Gvern — Xiri ta' arja

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex sid ta' post tal-Gvern li qiegħed jixtri biċċa arja fuq dan il-post biex ikun jista' jibni kamra tal-banju qed isib problema? Jista' jgħid jekk għandux dritt għal din l-arja? Kemm hemm nies li għamlu talba bħal din u ngħataw l-akkwist għax-xiri tal-arja?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet xi korrispondenza min-naħa tas-sid tal-appartament imsemmi biex jikseb permess jew saħansitra jinnotifika li jixtieq jibni kmamar jew jagħmel alterazzjonijiet oħra fl-istess appartament.
Leg 11 PQ #7931 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ ta' kumpannija li falliet — ħaddiema bla xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kumpannija li d-dettalji qed jidhru separatament, li kienet timpjega madwar 60 ħaddiem li din skont il-management falliet? Issa li l-ħaddiema spiċċaw la jistgħu jirreġistraw u anqas flus ma jieħdu, jista' jara x'jista' jsir u jinħareġ forma ta' kumpens biex dawn il-familji jkollhom xi forma ta' għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6647.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7020 u 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6647.