Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8155 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ ta' kumpens

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet fil-Korp tal-Emerġenza, hix se tieħu kumpens kif ħa ħaddieħor? Din il-persuna għandha dritt għall-kumpens?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #8158 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

cost of living — każ ta' anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li skont hu ma ħax il-cost of living bonus?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #8186 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ ta' kumpannija li falliet — ħaddiema bla xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7931 u jinvestiga kumpannija li d-dettalji qed jidhru separatament, li kienet timpjega madwar 60 ħaddiem li din skont il-management falliet? Issa li l-ħaddiema spiċċaw la jistgħu jirreġistraw u anqas flus ma jieħdu, jista' jara x'jista' jsir u jinħareġ forma ta' kumpens biex dawn il-familji jkollhom xi forma ta' għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg għaddej bl-investigazzjonijiet dwar il-kumpanija li rrifera għaliha l-Onor. Interpellant wara li fit-30 ta’ Marzu 2009 il-ħaddiema kollha (40 impjegat) ingħataw is-sensja. Id-Dipartiment qed jagħmel dak kollu li jista’ biex jagħmel kuntatt mad-diretturi ta’ din il-kumpanija li jgħixu l-Ingilterra sabiex il-kumpanija tirrispetta l-proċeduri ta’ collective redundancies u biex l-impjegati jiġu mogħtija l-ħlasijiet dovuti. Informat ukoll li bħala norma, impjegati li jkunu fuq il-kotba ta kumpanija ma jkunux jistgħu jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel Parti qabel l-impieg ma jkun terminat. Ninsab informat li f’dan il-każ saru l-arranġamenti neċessarji bejn id-Dipartiment u l-ETC biex dawn il-ħaddiema jiġu mqegħda fuq l-ewwel parti tar-Reġistru. B’hekk għandu jiġi faċilitat il-proċess biex jinsab impieg alternattiv, filwaqt li dawn il-persuni jkunu intitolati għall-assistenza soċjali.

każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6363 u 6061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Il-kunsens tal-persuna qed jidher separatament.

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandu l-kuntratt tiegħu lest għall-pubblikazzjoni. Jekk jifdi ċ-ċens ma jkollux għalfejn jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar, iżda jista’ jbiegħ meta jrid. Madanakollu jekk ibiegħ fi żmien ħames snin mid-data tal-kuntratt tal-fidi, huwa jkun irid iħallas 25% tal-prezz lill-Gvern, sakemm is-sinjur konċernat m’huwiex reġistrat mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, jew sakemm dan il-bejgħ ma jsirx ma’ membri tal-familja.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7897, 7369, 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7895, 7370, 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Bini ta' triq fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7924 u jgħid jekk hux ikkonfermat li se issir it-triq tal-Mellieħa inti u nieżel iċ-Ċirkewwa? Kif ser jiġu affettwati l-Caravans? Se jiġu minsusa? Jekk iva, x'kumpens se jieħdu? Beħsiebu l-Gvern jagħtihom post ieħor? Jekk iva, fejn qed ikun propost?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub ikun aktar speċifiku dwar liema triq qed jirreferi għalija.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7894, 7368, 6966, 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

każ ta' bejgħ ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7407, 6363 u 6061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Il-kunsens tal-persuna qed jidher separatament.

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7407.
Leg 11 PQ #8144 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward għall-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi x-xogħolijiet f’Dar Malta fi Brussel żammew ma’ l-istima oriġinali ppjanata għal dan il-proġett. Dar Malta fi Brussel tilqa’ fiha żewġ rappreżentanzi diplomatiċi importanti: ir-Rappreżentanza Diplomatika ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u l-Ambaxxata ta’ Malta għall-Belġju. Ix-xogħolijiet fil-parti li se tintuża għar-rappreżentanzi diplomati`i ta’ pajjiżna laħħqu s-somma ta’ €3,834,149 (Lm1,646,000) filwaqt li xogħolijiet oħrajn fil-partijiet li se jinkrew lil terzi laħħqu s-somma ta’ €2,292,103 (Lm984,000). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 11 PQ #7954 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas għoli tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex omm separata, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief waqt li ommha kienet ħajja kienet tħallas l-ammont ta' €72 f'kera u issa li ommha mietet l-kera daret fuqha u qed tħallas l-ammont ta' €408 f'kera? Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ u jara jekk hemmx xi żball?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar filwaqt li kkonoxxit lis-sinjura bħala l-inkwilina il-ġdida, pero’f’każijiet bħal dawn, il-kirja tiġi riveduta. F’każijiet fejn l-inkwilin ma jkunx f’pożizzjoni finanzjarja li jħallas il-kirja mitluba, l-inkwilin inkun jista’ japplika għal sussidju fuq il-kera. F’dan il-każ,il-persuna tikkwalifika għall-sussidju massimu ta’ 70% u għalhekk ġiet mitluba tħallas 30% tal-kera kummerċjali. Informat ukoll li l-ammont ta’ kera mitlub jitħallas mis-Sinjura huwa korrett u ma jistax jiġi modifikat.
Leg 11 PQ #8097 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' dewmien fuq ħlas ta' allowance

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' dewmien ta' ħlas ta' allowance lill-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #8100 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ ta' appell

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' appell ta' persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li jinstab bla ebda dħul?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Każ ta' problema fil-main tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jingħata importanza peress li ilha bil-problema fil-main tal-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.

Ċimiterju tal-Addolorata — tħammil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tħammil li qed isir minn wara iċ-Ċimiterju tal-Addolorata (Santa Luċija) hux isir bħala tindif jew tħammil għall-oqbra? Jista' javża lill-bdiewa minħabba l-inċertezza li dawn jinsabu fiha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #8107 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Promotion assessments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser isiru il-promotion assessments fl-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Promotion Assessments ta’ l-Armata jibdew fi żmien li għad irid jiġi determinat wara li jintemm il-proċess tal-promozzjoni li hemm għaddej bħalissa.
Leg 11 PQ #7030 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dawrha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni fil-fabbrika msemmija. Ma rriżultax li hemm ċumnija iżda extractor li jarmi arja wara li din tkun iffiltrata. Għalkemm ma kinux jidhru emissjonijiet riċenti, il- management ġie mitlub iżid filter addizzjonali sabiex żgur jiġi eliminat xi nkonvenjent li seta’ jkun hemm.
Leg 11 PQ #7425 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7030 u jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7030.
Leg 11 PQ #7948 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spezzjonijiet fl-Adult Training Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fl-Adult Training Centres matul dawn l-aħħar sentejn mid-Divizjoni tas-Saħħa? Kemm-il rapport sar minn dawn l-ispetturi tas-sanità u x'kienu dawk l-affarijiet li l-Aġenzija Sapport trid tindirizza? Ittieħdu passi minn din l-aġenzija biex jitranġaw dawn in-nuqqasijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li id-Diviżjoni tas-Saħħa tagħmel żewġ spezzjonijiet fis-sena f’kull ċentru ta’ matul il-jum. Wara kull spezzjoni, l-ispettur tas-sanità jippreżenta rapport b’kull diskrepanza li jsib, u dawn l-indiskrepanzi iridu jiġu rranġati sal-ispezzjoni li jkun imiss. L-Aġenzija Sapport tassigura li kull diskrepanza ppreżentata fir-rapport tiġi ndirizzata. In-nuqqasijiet li ħarġu mill-aħħar rapport huma hekk:- 1. Għandhom jiġu pprovduti lockers fejn l-impjegati ikunu jistaw ipoġġu l-affarijiet personali tagħhom. 2. Il-bozza tal- U.V. tal-‘ insectocutor’ għanda titbiddel kull 9000 siegħa (wara sena). Dan il-proċess għandu jiġi dokumentat. 3. Kull dokumentazzjoni (għall-fini ta ‘ traceability ’) għandha tkun disponibbli għall-verifikazzjoni. Bħalissa qegħdin jittieħdu passi sabiex dawn in-nuqqasijiet jiġu rranġati Informat ukoll li fil-maġġoranza tar-rapporti li saru, l-Aġenzija ġiet mogħtija grad A (Tajjeb Ħafna). Barra minn hekk, l-inqas grad ottenut kien B (Tajjeb).