Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9466 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Phenindione 50mg — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9499 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Telf ta' ittri

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ fuq il-kunsens tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qiegħed ikun hemm ħafna problemi ta' telf ta' ittri?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #9361 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — Tħammil

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9231, 8561 u 8106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk it-tħammil li qed isir minn wara iċ-Ċimiterju tal-Addolorata (Santa Luċija) hux isir bħala tindif jew tħammil għall-oqbra? Jista' javża lill-bdiewa minħabba l-inċertezza li dawn jinsabu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul din is-sena ma kien hemm ebda tħammil fuq wara taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata. It-tħammil li kien beda s-sena l-oħra kien sabiex ikun jista' jibda t-tkabbir taċ-ċimiterju iżda dan twaqqaf għaliex il-pjanti ta' l-imsemmi ċimiterju qegħdin preżentament jiġu riveduti.

Ċentru tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9232, 8472, 8146 u 7401 u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi? Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li sa llum il-flus tqassmu skond kif ġej. Pagamenti lil SPCA MALTA €74,064.36 Pagamenti lil SPCA, GOZO €5,397.25 Pagamenti lin-Noah's Ark €19,905.83 Pagamenti lill- Animal Rights Group €394.44 Pagament lin- National Cat Society €804.00 Pagamenti għall- iStray Animal Support Group €2,347.99 Konsulenza lill-veterinarji €800.00 Total €103,713.87 Irid jingħad lid-Dipartiment għadu qed jipproċessa xi talbiet oħra.
Leg 11 PQ #9363 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9233, 8615, 8427, 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9364 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bozoz Energy Saver

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9234 u 8644 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitqassmu l-bozoz energy saver li kienu mwiegħda mill-Gvern lil kull familja Maltija u Għawdxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà għidt ftit tal-jiem ilu l-vouchers għall-bozoz energy saving se jibdew jitqassmu fil-ġranet li ġejjin.
Leg 11 PQ #9237 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

National Standards of out-of-home child care

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4745, jista' l-Ministru jgħid jekk in-National Standards of out-of-home child care humiex ippubblikati u osservati għal benefiċċju tat-tfal li qegħdin fid-Djar Residenzjali jew huma fostered? Jekk le, għaliex dan id-dewmien kollu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9242 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Phernindione 50mg — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9243 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — każ

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-Awtorità tad-Djar indikat separatament għal persuna li tinstab fil-bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni tal-persuna indikata qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Informat ukoll li din il-familja joqgħodu ġo appartment tal-Gvern fit-tieni sular bi tlett kmamar tas-sodda. Wieħed mill-membri ta’ din il-Familja għandu problema ta’ mobilita’ u fis-16 ta’ Lulju 2008, ġew offruti appartment li jinsab fil-pjan terran ġo l-istess blokka. Dan ġie irrifjutat. Fil-mument m'hemmx postijiet battala fejn jixtiequ din il-familja u għalhekk ikollhom jistennew sakemm ikun hemm opportunita’ oħra.
Leg 11 PQ #9244 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' tiġi kkonsidrata t-talba għal reserved parking tal-persuna indikata separatament peress li din hi persuna b'diżabilità u qed tkun problema għaliha biex tipparkja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-persuna konċernata applikat għal Karta tal-Identità Speċjali u l-Blue Sticker. It-tabib tal-Kummissjoni ddeċida li ma tikkwalifikax għalihom it-tnejn minħabba li ma jidhirx li hemm problemi ta' mobilita. Hi għandha dritt tappella billi tikteb lill-Kummissjoni f'dan is-sens. Ir-reserved parking li jingħata lil min għandu problemi severi ta' mobilita, hu amministrat mill-Awtorita tat-Trasport. Pero biex tapplika l-ewwel irid ikollok il-Blue Sticker.
Leg 11 PQ #9272 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata dak mitlub minnha? Tista' din il-persuna tiġi aġġornata bl-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9231 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — Tħammil

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8561 u 8106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk it-tħammil li qed isir minn wara iċ-Ċimiterju tal-Addolorata (Santa Luċija) hux isir bħala tindif jew tħammil għall-oqbra? Jista' javża lill-bdiewa minħabba l-inċertezza li dawn jinsabu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ċentru tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8472, 8146 u 7401 u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi? Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9233 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8615, 8427, 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9234 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bozoz Energy Saver

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8644 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitqassmu l-bozoz energy saver li kienu mwiegħda mill-Gvern lil kull familja Maltija u Għawdxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9235 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

bejgħ ta' ġugarelli forma ta' pistola

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li jinbiegħu ġugarelli forma ta' pistola fil-festi u fil-ħwienet li l-mudell tagħhom huwa indikat separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda projbizzjoni dwar il-bejgħ ta' dawn it-tipi ta' ġugarelli.
Leg 11 PQ #9236 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Guidelines biex tingħata sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġudikatura għandhomx sentencing guidlelines biex jgħinuhom qabel ma jagħtu s-sentenzi tagħhom? Jekk iva, tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn il-guidelines? Jekk le, jista' jgħid jekk hux se jsiru dawn il-guidelines bħalma għandhom pajjiżi oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-kamp penali is-sentencing guidelines jinsabu fil-fatt is-sentenzi li jingħataw mill-Qorti tal-Appell Kriminali, kemm dik kolleġġjalment komposta kif ukoll meta komposta minn Imħallef wieħed. Dawn is-sentenzi huma kollha disponibbli on line. Meta sentenza simili tkun ta’ importanza partikolari, din tiġi wkoll speċifikatament ċirkolata mal-ġudikanti kollha li jagħmlu kawżi penali.
Leg 11 PQ #8615 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8427, 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8636 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — spezzjonijet fuq dar

Question

Jista' l-Ministru jara li issir spezzjoni mill-Awtorità tad-Djar biex persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament li ilhom żmien jgħidulha li ser jagħmlulha l-ispezzjoni u qatt ma jiġu jagħmlu din l-ispezzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata se ssirilha spezzjoni fil-futur qarib.