Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u din qed titlob li jkollha t-trasport u assistenza biex tmur u tiġi x-xogħol kif dejjem kellha għal dan l-aħħar 25 sena u issa dan is-servizz waqaf?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti iktar informazzjoni dwar il-persuna konċernata u f'liema dipartiment taħdem.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9634 u 9499 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitmexxa l-każ fuq il-kunsens tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qiegħed ikun hemm ħafna problemi ta' telf ta' ittri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nifhem li l-kumpanija in kwestjoni hija privata u għalhekk nissuġerixxi sabiex l-Onorevoli Interpellant jissuġerixxi li l-individwu in kwestjoni sabiex iressaq dan l-ilment lil din il-kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' reati ta' stupru f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kienu s-sentenzi li ngħataw mill-ġudikatura? Kemm kienu s-sentenzi ta' ħabs għal dawk l-aggressuri li wettqu dan ir-reat tant serju u kemm hemm sentenzi f'dan il-perijodu li għadhom pendenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi quddiem il-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali f’Malta bejn is-sena 2004 u Ġunju, 2009 tressqu 66 kawża b’akkużi ta’ stupru jew attentat ta’ stupru. Is-sentenzi li ngħataw kienu jvarjaw minn conditional discharge u/jew probation għal perjodu ta’ snin għal sentenzi ta’ ħabs effettivi u/jew sospiżi. B’kollox ingħataw 10 sentenzi ta’ ħabs effettivi u 8 oħra sentenzi ta’ ħabs sospiżi. Infurmat ukoll li għad hemm 37 kawża li għadhom pendenti.
Rigward il-Qorti tal-Maġistratura Għawdex, ninsab infurmat illi kien hemm 5 persuni fi tlett 3 każijiet separati, u (ċioé akkuża bi tlett 3 imputati u żewġ akkużi b’imputat kull waħda) akkużati b’reat ta’ stupru f’dawn l-aħħar 5 snin, liema każijiet kollha bdew fis-sena 2008 u li llum għadhom kollha pendenti.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlametnari 6255, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra ż-żewġ intrapriżi konċernati li fl-2007 instabu li kisru l-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għaż-żewġ ċirkostanzi riferuti fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6255 l-Uffiċċju tall-Kompetizzjoni Ġusta f’ċirkostanza minnhom kien ħareġ deċiżjoni li permezz tagħha kien impedixxa l-introduzzjoni ta’ tariffa u ssussegwentement ordna li tkun segwita ordni ta’ konformita li kien diga’ ħareġ; filwaqt li f’ċirkostanza oħra l-uffiċċju kien ħareġ ordni ta’ waqfien u ebda tkomplija sabiex ma jogħliex il-prezz tad-dqiq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9632, 9466 u 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?
Jista' l-Ministru jara l-każ tas-Sinjur b'diżabilità, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika għall-free road licence u qalulu li biex dan ikun possibbli l-karozza trid tkun awtomatika, filwaqt li minn informazzjoni li tawh ċerti individwi jirriżulta li dawn m'għandhomx karozza awtomatika u xorta ħarġulhom din il-liċenzja?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-persuna resqet il-każ konċernat quddiem lill-Ombudsman u dan l-Uffiċju ddeċieda li ha jkompli jisma dan il-każ. Il-KNPD tqis dan il-kas magħluq.
persuni b'diżabilità — ġbir ta' ħrieqi minn postijiet 'il bogħod
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9690 u cioè: Peress li persuni b'diżabilità li għandhom is-sussidju fuq il-ħrieqi jridu jmorru jiġbruhom minn post 'il bogħod minn fejn jabitaw u għax huma b'diżabilità jkollhom jħallsu għat-trasport, jista' l-Ministru f'ġieħ il-ġustizzja u s-solidarjetà jara li jsir xi ħaġa għal dawn in-nies biex tittaffielhom it-tbatija li qed isofru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9464 u 9272 u jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata dak mitlub minnha? Tista' din il-persuna tiġi aġġornata bl-aħħar żviluppi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li saru u għadhom qed isiru diversi tentattivi sabiex il-persuna konċernata tingħata t-trasferiment li qed titlob. Informat ukoll li s'issa għad ma nstabx la post fejn din il-persuna tista' taħdem bil-kundizzjonijiet li tixtieq u lanqas sostitut għaliha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9499 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitmexxa l-każ fuq il-kunsens tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qiegħed ikun hemm ħafna problemi ta' telf ta' ittri?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ ic-cheque li jmiss lill-persuna indikata separatament peress li għandha bżonn il-flus fuq każ mediku?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Persuni b'diżabilità — ġbir ta' ħrieqi minn postijiet 'il bogħod
Question
Peress li persuni b'diżabilità li għandhom is-sussidju fuq il-ħrieqi jridu jmorru jiġbruhom minn post 'il bogħod minn fejn jabitaw u għax huma b'diżabilità jkollhom jħallsu għat-trasport, jista' l-Ministru f'ġieħ il-ġustizzja u s-solidarjetà jara li jsir xi ħaġa għal dawn in-nies biex tittaffilhom it-tbatija li qed isofru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9363, 9233, 8615, 8427, 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol? Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li oriġinarjament il-persuna konċernata ma kienetx ingħatat opportunita’ ta’ interview minħabba li meta isottometit l-applikazzjoni tagħha hija ma kienetx issottometit ir-referenza ta’ l-esperjenza tagħha ma’ persuni b’diżabilita’. Din ir-referenza hija meħtiega u parti mid-dokumentazzjoni neċessarja ta’l-applikazzjoni hi li tindentifka il-kwalifiki tagħha. Dan id-dokument kien mitlub fis-sejħa ta’ l-applikazzjoni. Kien għalhekk li hija intbagħtet l-ewwel ittra nhar il-11 ta’ Frar 2009.
Informat ukoll li madankollu meta il-persuna konċernata ikkommunikat ma’ l-ufficju tar-risorsi umani (nhar is-16 ta’ Frar 2009) hi ġiet infurmata bin-nuqqas ta’dan id-dokument importanti. Sussegwentament s-Sinjura pprovdiet id-dokument ta’ referenza u għalhekk ingħatat interview għax b’hekk ġiet eliġibli. Wara dan is-Sinjura ingħatat interview nhar 11 ta’ Marzu 2009. Madankollu hi ma’ laħqitx il-livell meħtieġ għal dan il-post u ġiet infurmata b’dan b’ittra datata nhar it-12 ta’ Marzu 2009. Wara talba mingħand din il-persuna l-Bord ta’ l-intervisti ltaqa’ magħha nhar il-21 t’ April 2009 u infurmha x’kienu ir-ragunijiet il-għaliex hija ma kienetx intgħażlet għall-post.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam soċjali u li ngħataw fondi s-sena l-oħra? Kemm flus ingħataw? Liema huma dawk l-għaqdiet li se jibbenefikaw mill-fondi din is-sena u kemm se jingħataw flus?
Response (FENECH, TONIO)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5503. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’informazzjoni qed jitlob.
Adult Training Centres — klijenti li jagħmlu xogħol produttiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità (klijenti) li jattendu l-Adult Training Centres u qed jagħmlu xogħol produttiv? Fejn qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol u fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Qegħdin jitħallsu dawn il-persuni b'diżabilità tax-xogħol li huma jwettqu u kemm qed jitħallsu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bħalissa hemm 449 klijenti li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-jum. Il-klijenti taċ-ċentri ma jagħmlux xogħol produttiv (xogħol ta’ natura kummerċjali). Madanakollu hemm klijenti li ja[dmu part-time u jattendu ċ-ċentru ta’ Matul il-jum fil-ġranet li ma jkunux xogħol fihom.
Informat ukoll li fiċ-Ċentri ta’ matul il-jum isiru programmi għall-klijenti biex jakkwistaw
employability skills.
F’dawn it-tip ta’programmi fihom isir “out work” e.ż. kumpaniji jitolbu lill-klijenti jippakjaw ittri għal
mailshots
. Għal dan ix-xogħol iċ-ċentri jingħataw donazzjoni li tintuża għall-benefiċju tal-klijenti. Ikun hemm xi nies li jgħatu donazzjonijiet għal xi crafts jew oġġetti li jsiru waqt il-programmi taċ-ċentri. Huwa mportanti li jiġi sottolinjat il-fatt illi dawn il-klijenti jaċċettaw minn rajhom li jieħdu sehem fil-programm. Id-donazzjonijiet li jingħataw kollha jintużaw għall-benefiċju tal-klijenti e.ż. biex issir xi ħarġa speċjali għall-klijenti.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — liġijiet li huma iddraftjati
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm liġijiet li huma iddraftjati u li qegħdin quddiem l-Avukat Ġenerali biex jaħdem fuqhom? Liema huma dawn il-liġijiet u kemm ilhom li waslu fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali? Hemm indikazzjoni meta dawn il-liġijiet se jiġu ippreżentati għad-diskussjoni fil-Parlament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-materja tad-domanda tikkonċerna r-relazzjoni ta’ avukat u klient bejn l-Uffċċju ta’ l-Avukat Ġenerali u l-Ministeru jew Dipartiment kkonċernat u għalhekk ma inhix liberu li nagħti l-informazzjoni rikjesta apparti l-fatt li l-Uffiċċju ta’ l-Avukat Generali jkollu diversi abbozzi ta’ liġijiet fi stadji diversi ta’ żvilupp li kontinwament jinbidel minn żmien għall-ieħor.
Jista' l-Ministru jara li jsir bank fejn in-nies ipoġġu bil-qegħda fl-istage ta' Birżebbuġia u ta' Ħal Għaxaq faċċata ta' Montebello tyres, din hija triq arterjali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9466 u 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8644 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitqassmu l-bozoz energy saver li kienu mwiegħda mill-Gvern lil kull familja Maltija u Għawdxija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9364.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9272 u jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata dak mitlub minnha? Tista' din il-persuna tiġi aġġornata bl-aħħar żviluppi?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9237 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4745, jista' l-Ministru jgħid jekk in-National Standards of out-of-home child care humiex ippubblikati u osservati għall-benefiċċju tat-tfal li qegħdin fid-Djar Residenzjali jew huma fostered? Jekk le, għaliex dan id-dewmien kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-dokument ta' konsultazzjoni għall-istandards nazzjonali tal-kura residenzjali tat-tfal ġie mniedi fi Frar 2008. Sussegwentament, beda proċess ta' konsultazzjoni estensiv mal-partijiet kollha f'dan is-settur. Is-suġġeriment li rċevejna ġew inklużi f'dawn l-standards. Dan id-dokument għadda minn working group ieħor biex jinkludi l-foster care services. B'dan il-mod ġie mħejji dokument wieħed għall-'out-of-home-care' kolha.
Informat ukoll li meta dan id-dokument tlesta, saret verżjoni għat-tfal u ġiet stampata. Il-verżjoni għall-adulti qed tiġi stampata.