B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10030, tista' l-Ministru tara li jsir appuntament quddiem l-iStatementing Moderating Panel f'dan is-sajf biex għas-sena skolastika ġdida l-affarijiet imorru għall-aħjar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet reġistrata f’Ġunju 2009. Il-ġenituri jingħataw appuntament biex jidhru quddiem l-iStatement Moderating Panel meta jkun imisshom skond il-lista ta’ reġistrazzjoni.
It-tifel jista' jingħata l-għajnuna li għandu bżonn mir-riżorsi li hemm preżenti fl-iskola skond l-“
Inclusive Education Policy 2000
” sakemm l-i
Statementing Moderating Panel
jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament li din qed tirċievi kont tad-dawl għoli ħafna paragunat mas-snin ta' qabel? Dan l-aħħar kienu bidlu l-arloġġ tad-dawl ukoll. Din tixtieq li xi ħadd mill-Korporazzjoni Enemalta jerġa' jmur jara jekk hemmx xi ħsara fl-arloġġ l-ġdid. Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċċessarji biex din il-problema tissolva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara stħarriġ li sar mill-Korporazzjoni irriżulta li f’18 ta’ Frar 2009 inbidel l-arloġġ tad-dawl. Fit 23 ta’ Lulju mar il-Meter reader biex jieħu ir-reading u sab konsum ta’ 588 units tad-dawl. Jekk tqabbel dan il-konsum mal-kontijiet ta’ qabel, dan hu l-istess konsum li taħli is-soltu għall- istess perijodu. Il-kont ikoppri minn l-20 ta’ Jannar 2009 sa 23 ta’ Lulju 2009 u l-ammont hu ta’ €122.69 u għandha kreditu ta’ €38.11
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-iskema tas-sussidju fuq irranġar ta' gallariji spiċċatx jew le? Jekk iva, huwa veru dak li qalu fl-aħħar elezzjoni li min kellu applikazzjoni għal sussidju fuq irranġar ta' gallariji xorta ser jieħu dan is-sussidju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema tas-sussidju fuq irranġar ta' gallariji għalqet fil-15 ta' Jannar 2008. Ix-xogħlijiet kellhom jitlestew sa mhux aktar tard minn sena minn meta tkun ħarġet il-LETTER OF INTENT u din kienet ħarġet fil-25 ta' Frar 2008. Dan huwa skond il-kundizzjoni nru 5 li tinsab fl-istess ktejjeb/applikazzjoni. Dawk kollha li rċevew il-Letter of Intent u onoraw il-kundizzjonijiet miktuba fl-applikazzjoni se jieħdu dan is-sussidju.
Jista' l-Ministru jara jekk l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament għandux dritt li jgħix fil-post?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m’għandha l-ebda records jew informazzjoni sabiex tkun tista tagħti risposta għal din il-Mistoqsija. Il-fond indikat mhux proprjetà ta’ l-Awtorità tad-Djar.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' facilitator għat-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' tagħti dettalji ta' l-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-familja ingħata appuntament għall-quddiem l-iStatementing Moderating Panel fis-27 ta’ Awwissu fil-5 ta’ wara nofsinhar.
Il-proċedura ta’ wara li t-tifel ġie
statemented
ġiet spjegata lill-ġenituri waqt il-laqgħa mal-i
Statementing Moderating Panel
. L-i
statement
jintbagħat lid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi biex jiġi pproċessat u wara tintbagħat kopja tal-i
statement
lill-ġenituri.
National Standards of Out of Home Child Care — dokumenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9465, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokumenti b'verżjoni għat-tfal u għall-adulti tan-National Standards of Out of Home Child Care?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali lesta u ġiet stampata il-verżjoni għat-tfal tan-National Standards of Out of Home Child Care, filwaqt il-verżjoni għal adolixxenti u adulti qegħdha tiġi stampata u tkun tista tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati hekk kif tiġi mgħoddija lid-Dipartiment.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9314, jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tipi ta' reati kriminali rapportati lill-pulizija fl-aħħar ħames snin,2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat id-drenaġġ tar-residenza ta' persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li wara numru ta' spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sanità ta' Raħal Ġdid qalulhom li bil-liġi hija l-Awtorità tad-Djar li hija obbligata li tirranġah? Jista jara li l-każ jingħata l-attenzjoni meħtieġa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsara tinsab għand terzi persuni. Il-persuna kkonċernata għandha tinforma lil din l-inkwilina tal-ħsara li qed toħloq ħalli tagħmel it-tiswijiet neċessarji.
Korporazzjoni Enemalta — Tneħħija ta' wire perikoluż
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10345 u jara li wire perikoluż tal-Korporazzoni Enemalta quddiem residenza, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi mibdul?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali Paola ma rċieva l-ebda lment fuq dan il-wire li skont il-Kunsill huwa responsabbiltà ta’ l-Enemalta. Madanakollu, il-Kunsill qed isegwi l-każ ma’ l-Enemalta biex dan il-periklu jitneħħa minnufih.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10277, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jara għala l-ex ħaddiema tat-tarzna li jaħdmu taħt l-iskema APSL qed jitħallsu bħala skilled labour u mhux bħala ħaddiema tas-sengħa partikolari? Jista' l-Ministru jara l-kaz tal-istess ħaddiem, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara għala l-ex ħaddiema tat-tarzna li jaħdmu taħt l-iskema APSL qed jitħallsu bħala skilled labour u mhux bħala ħaddiema tas-sengħa partikolari? Jista' l-Ministru jara l-kaz tal-istess ħaddiem, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Awtorità dwar it-Trasport — eżamijiet u testijiet għal-liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-eżamijiet u t-testijiet għal-liċenzja tas-sewqan mil-Awtorità dwar it-Trasport issiru bil-lingwa Maltija biss meta persuni barranin li jgħixu f'Malta u li jkunu qed jaspiraw li jġibu liċenzja tas-sewqan qed isibuha impossibili li jgħaddu minn dan l-eżami jew test minħabba li ma jitkellmux, ma jiktbux u ma jaqrawx bil-lingwa Maltija? Jikkonsidra li l-awtorità tibda tagħmel dawn l-eżamijiet u testijiet bil-lingwa Ingliża ukoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-eżami li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-fatt isir kemm bil-Malti kif wkoll bl-ingliż.
persuni b'diżabilità — ġbir ta' ħrieqi minn postijiet 'il bogħod
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10004 u 9690 u cioè: Peress li persuni b'diżabilità li għandhom is-sussidju fuq il-ħrieqi jridu jmorru jiġbruhom minn post 'il bogħod minn fejn jabitaw u għax huma b'diżabilità jkollhom jħallsu għat-trasport, jista' l-Ministru f'ġieħ il-ġustizzja u s-solidarjetà jara li jsir xi ħaġa għal dawn in-nies biex tittaffielhom it-tbatija li qed isofru?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta` persuni b`diżabilita’, il-ħrieqi li huma ntitolati għalihom kull xahar huma b`xejn u mhux b`sussidju.
F`dawk il-każijiet fejn dawn l-istess persuni, (jew qraba taghhom), ma jkunux jistgħu jmorru jiġbru l-ħrieqi mingħand il-kuntrattur, il-kuntratturi rispettivi joffru servizz ta` distribuzzjoni ta` dawn il-ħrieqi lil-persuni b`dizabilita` fir-residenzi rispettivi tagħhom.
Dan is-servizz ta` distribuzzjoni jingħata bi ħlas minimu li jvarja, skond min ikun id-distributur, bejn €2.33, €3.5 u €5 għal kull distribuzzjoni madwar Malta kollha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10002, 9632, 9466 u 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-pilloli Phenindione 50mgs waslu fit-tletin ta’Gunju 2009 u tqassmu mid-Dipartiment tal-Procurements.
Korporazzoni Enemalta — tneħħija ta' wire perikoluż
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10018 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li wire perikoluż tal-Korporazzoni Enemalta quddiem residenza, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi mibdul?
Divizjoni tal-Edukazzjoni — Wied il-Għajn - rata ta' assenteiżmu
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kiener ir-rata ta' assenteiżmu mhux ġustifikat ta' studenti li joqogħdu fil-lokalità ta' Wied il-Għajn u li jattendu fl-iskejjel primarji, sekondarji u fl-iskejjel speċjali fis-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Tista' tgħid kemm minn dawn il-każijiet ittellgħu l-qorti? Kemm minn dawn l-istudenti qed jiġu segwiti regolarment mis-social workers tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilu u jara li jsir bank fejn in-nies ipoġġu bil-qegħda fl-istage ta' Birżebbuġia u ta' Ħal Għaxaq faċċata ta' Montebello tyres,li hija triq arterjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill- ADT.
Informazzjoni dwar nies li qegħdin fuq xi tip ta' benefiċċju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies minn Paola, Tarxien, Marsa, St.Lucija, Gudja u Għaxaq li huma taħt relief, pensjoni tad-diżabilità, pensjoni tal-mard u supplimentari u boarded out?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jingħata facilitator lil tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fuq parir professjonali għandu bżonn urġenti ta' din l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni ġiet reġistrata f’Ġunju 2009. il-ġenituri jingħataw appuntament biex jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel meta jkun imisshom skond il-lista ta’ reġistrazzjoni.
It-tifel diġa’ qed jingħata l-għajnuna li għandu bżonn mir-riżorsi li hemm preżenti fl-iskola.