Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11039 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — ħlas tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża li l-Gvern għad irid iħallas tax-xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11040 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — ħlas tal-makkinarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad irid iħallas il-Gvern tal-makkinarju li xtara għall-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat il ma fadal l-ebda ħlasijiet pendenti fuq makkinarji li nxtara għall-Isptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #11041 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid, Furjana u Mosta — nies fil-polyclinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew il-polyclinic ta' Raħal Ġdid, Furjana u Mosta mis-7.00am sat-8.00pm kuljum fix-xahar ta' Lulju u Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #11042 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Traffikar tad-Droga — każijiet il-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar tad-droga ittella' l-Qorti fis-sena 2008 u sa Lulju 2009? F'kemm-il każ kienu involuti nies ta' nazzjonalità barranija u minn liema pajjiżi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 122 persuna fuq traffikar ta’ droga, filwaqt li bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena tressqu 98. Minn dawn 61 kienu barranin minn dawn il-pajjiżi - Brazil, Netherlands, Eritrea, Estonia, Ethiopia, Franza, Gambia, Guinea Bissau, Ungerija, Italja, Liberia, Libja, Malaysia, Nigeria, Somalia, Sudan, Switzerland, Ingilterra, Bulgaria, Burkina Faso, Dominican Rep, Ghana, Ivory Coast, Panama, Romania.
Leg 11 PQ #11025 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq pensjonijiet, servizzi soċjali u sptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali f'sena li l-Gvern jonfoq biex jamministra: a) il-pensjonijiet? b) is-servizzi soċjali? ċ) l-Isptar Mater Dei? d)l-Isptar Boffa? Kemm hemm nies impjegati f'kull settur imsemmi hawn fuq biex jamministraw dawn is-servizzi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11026 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Rapport dwar il-Ġustizzja Riparatriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jimplimenta r-rakkmdanazzjonijiet tar-rapport dwar il-ġustizzja riparatriċi? Qabel ma dan ir-rapport se jiġi implimentat, jaf il-Gvern kemm hija l-ispiża biex jiġu attwati l-64 rakkmandazzjoni magħmula mit-Task Force?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, bi preparazzjoni għal-proċess ta’ implementazzjoni, il-Ministeru bħalissa qed jagħmel analiżi dettaljata ta’ l-implikazzjonijiet kollha tar-rakkommandazzjonijiet li saru fir-rapport. L-analiżi qed tħares lejn l-aspetti l-aktar rilevanti li jinkludu l-impatt fuq il-qasam organizzattiv, dak operattiv kif ukoll dak finanzjarju.
Leg 11 PQ #11027 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Arblu quddiem garaxx

Question

Jista' l-Ministru jara li l-arblu li qiegħed quddiem garaxx li dettalji tiegħu qedgħin jinbagħtu separatament, li huwa ta' ostaklu, jitressaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Enemalta ma jirriżultax li l-arblu msemmi qiegħed jostakola l-entratura tal-bini.
Leg 11 PQ #11029 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar nurses li jaħdmu mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Boffa, fir-Residenza San Vincenz De Paule u fil-polyclinics tal-Gvern? Kemm huwa l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala pagi lin-nurses fix-xhur minn Jannar 2008 sa Awwissu 2009 f'kull sptar u polyclinic? Kemm minn dan l-ammont kien overtime? Kemm minn dan l-ammont kien f'allowances?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11035 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-audits ta' kemm jiswew is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tas-Saħħa, humiex lesti? Il-Gvern se jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju li sar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11015 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ ta' refużjoni ta' pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jingħata r-refużjoni tal-pensjoni li hija dovuta lilu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #11017 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali li ma telgħux il-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar 12-il xahar, kemm kien hemm każijiet ta' immigranti illegali li kienu ħadu l-freedom u li kellhom jidhru l-qorti u ma ttellgħux u l-kawżi ġew posposti? X'passi ttieħdu kontra dawn l-immigranti illegali? Kemm minn dawn l-immigranti qatt ma nstabu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx taħt forma ta' statistika.
Leg 11 PQ #11019 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sedqa — informazzjoni dwar nies li jattendu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nies li jattendu s-Sedqa minħabba droga u li qed jieħdu l-assistenza soċjali? Ta' liema età huma? Kemm huwa l-ammont totali ta' assistenza soċjali li tali nies ħadu tul is-sena 2008 u fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2009? Jista' jgħid jekk dawn in-nies jeħdux metadone mingħand il-Gvern, kemm huwa l-ammont totali ta' metadone li l-Gvern ta matul is-sena 2008 u fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Aġenzija Sedqa ma żżommx rendikont tal-klijenti li jattendu s-Sedqa minħabba d-droga u li jieħdu assistenza soċjali. L-ammont totali ta’ metadone li ngħatat mill-Aġenzija fl-ewwel tmien xhur tal-2008 u tal-2009 huwa kif jidher hawn taħt: 2008: January: 991.250 Lts February: 898.558 Lts March: 917.551 Lts April: 893.959 Lts May: 912.575 Lts June: 886.127 Lts July: 953.739 Lts August: 992.595 Lts September: 997.54 Lts October: 1044.90 Lts November: 1041.89 Lts December: 1094.01 Lts 2009: January: 1109.279 Lts February: 1019.583 Lts March: 1124.474 Lts April: 1080.564 Lts May: 1152.461 Lts June: 1114.522 Lts July: 1167.665 Lts August: 1154.503 Lts .
Leg 11 PQ #11023 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjoni ta' l-Invalidità — applikazzjonijiet rifjutati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li qed tintuża biex tiġi aċċettata jew rifjutata applikazzjoni għall-Pensjoni tal- Invalidità? Jista' jgħid jekk hux minnu li t-tobba jiddeċiedu mingħajr ma jaraw jew jeżaminaw lill-pazjenti u joqogħdu biss fuq ir-rapporti tal-isptarijiet u ċ-ċertifikati? Jaħseb li tali proċedura tmur kontra l-etika tal-professjoni medika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11024 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Family Therapy Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu s-servizzi tal-Family Therapy tal-Aġenzija Appoġġ? Fiex jikkonsisti llum l-staff compliment biex jitmexxa dan is-servizz tant importanti għall-familji fid-diffikultà? Kemm hija l-waiting list u kemm ġeneralment, il-familja tistenna biex tingħata l-ewwel appuntament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10345 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzoni Enemalta — tneħħija ta' wire perikoluż

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10018 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li wire perikoluż tal-Korporazzjoni Enemalta quddiem residenza, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi mibdul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10513.
Leg 11 PQ #22 Sitting 141 2009-09-28 Written · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single parent — ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' sinjura li hija single parent u s-sena l-oħra kienet taħdem u issa qiegħda tgħix bir-relief u qed ikun diffiċli għaliha biex tħallas il-kera li minn €23.29 ġiet €116,50? Jista' jara li ssir xi ħaġa biex din is-sitwazzjoni tissolva?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera ta’ l-applikanta inħadmet skond id-dħul li kellha s-sena l-oħra. Dan id-dħul eċċeda l-ammont ta’€ 18, 454 għalhekk il-persuna ma’ kkwalifikatx għall-sussidju fuq il-kera. Ir-reviżjoni tal-kera tinħadem kull sentejn għalhekk ir-reviżjoni li jmiss hi fis-sena 2011.
Leg 11 PQ #23 Sitting 141 2009-09-28 Written · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Smart City — trab

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jsib xi tip ta' rimedju għat-trab li qed jintefa' fit-Triq il-Kanpanella Fgura, minħabba l-proġett Smart City peress li dan it-trab qiegħed jkun ta' problema għal dawk li jbatu bl-ażma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntrattur li qed jaħdem fuq il-proġett tal-mina ġdida li tagħti lejn id-direzzjoni tal-Kalkara qed juża’ temporanjament art viċin l-entratura tal-mina sabiex ikun immaniġġjat terrapien inert (stock piling) li qed ikun skavat mill-istess mina. Dan il-materjal qed jinżamm fil-post sakemm jinġarr għall-sit liċenzjat għar-rimi ta' skart jew riċiklar. Għaldaqstant kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettiq kontra sid l-art biex l-użu jitwaqqaf jekk ma jittieħdux il-miżuri ta' kontrol neċessarji mill-kuntrattur f'ċirkostanzi simili ħalli jitnaqqas l-inkonvenjent. Wieħed jifhem illi waqt ġranet ta' riħ xi trab li qed ikun iġġenerat mill-munzelli maħżuna jtir fl-arja u joħloq inkonvenjent lir-residenti. Għaldaqstant l-ilment sejjer jingħadda lis-Sezzjoni inkarigata mill-imaniġġjar ta' siti ta' kostuzzjoni (CSM) u Littering sabiex jittieħdu azzjonijiet skond l-Avviżi Legali 295/07 u 344/05 rispettivament.

Trasport lill-Persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li s-sinjura li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament tiġi provduta b'trasport li għandu ikun wieħed permenanti (indipendentement minn kull gvern tal-ġurnata) u mhux wieħed għal ftit taż-żmien biss?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant ikun iżjed ċar fil-Mistoqsija tiegħu ħalli nkun nista' nwieġbu tajjeb. L-Onor Interpellant huwa mitlub ukoll iġib il-kunsens tal-persuna konċernata.