Pensjoni ta' l-Invalidità — applikazzjonijiet rifjutati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11023 u jgħid x'inhi l-proċedura li qed tintuża biex tiġi aċċettata jew rifjutata applikazzjoni għall-Pensjoni tal- Invalidità? Jista' jgħid jekk hux minnu li t-tobba jiddeċiedu mingħajr ma jaraw jew jeżaminaw lill-pazjenti u joqogħdu biss fuq ir-rapporti tal-isptarijiet u ċ-ċertifikati? Jaħseb li tali proċedura tmur kontra l-etika tal-professjoni medika?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bis-sistema preżenti, persuna tkun ikkunsidrata li tikkwalifika ghal Pensjoni Ghal Invalidità kemm-il darba tkun tbati minn kundizzjoni jew marda li tirrendiha mhux kapaċi għax-xogħol. Fl-Att dwar is-Sigurtà Socjali hemm Tabelli ta’ Indeboliment (Impairment Tables), li bihom tista’ tiddetermina jekk il-kundizzjoni tal-persuna tirrendihix inkapaċi għax-xogħol.
Biex tiġi determinata jekk persuna tikkwalifikax għal Pensjoni għal Invalidità skond it-Tabelli ta’ Indeboliment (Impairment Tables), it-tobba tal-bord mediku jevalwaw l-evidenza medika pprovduta fuq l-applikazzjoni għal din il-pensjoni flimkien ma’ ċertifikati jew rizultati mediċi li jissottometti l-applikant. Dan il-bord jagħti parir lid-Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali jekk il-persuna tikkwalifikax mill-aspett mediku.
Informat ukoll li dan il-proċess jassigura aktar trasparenza u għalhekk jgħin sabiex id-dritt għall-pensjoni imsemmija jingħata lil min tassew ħaqqu. Dan hu proċess li jiżġura li d-deċiżjoni qed titieħed fuq l-informazzjoni medika dettaljata u mhux fuq sempliċi eżami ta’ ftit minuti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11024 u jgħid fiex jikkonsistu s-servizzi tal-Family Therapy tal-Aġenzija Appoġġ? Fiex jikkonsisti llum l-staff compliment biex jitmexxa dan is-servizz tant importanti għall-familji fid-diffikultà? Kemm hija l-waiting list u kemm ġeneralment, il-familja tistenna biex tingħata l-ewwel appuntament?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s-Servizz tal-Family Therapy tal-Aġenzija Appoġġ huwa servizz professjonali li jingħata lill-membri tal-familja biex jingħataw l-opportunita’ li jiltaqgħu flimkien f’ambjent terapewtiku u jkunu jistgħu jaħdmu fuq ir-relazzjoni ta’ bejnithom. Dan is-servizz jipprovdilhom l-ispazju meħtieġ biex jiddiskutu u jesploraw modi differenti ta’ kif iħarsu lejn is-sitwazzjoni tagħhom u jimxu ‘l quddiem. Kull familja li għaddejja minn xi tip ta’ diffikulta’ tista’ tibbenifika minn dan is-servizz, ħlief familji b’diffikultajiet t’abbuż jew vizzju tal-logħob. Dan għaliex familji b’dawn id-diffikultajiet jiġu referuti għas-servizz ta’ terapija għall-familja li toffri l-Aġenzija sedqa filwaqt li f’każijiet ta’ vjolenza domestika jew abbuż sesswali, l-familja l-ewwel tingħata l-għajnuna biex issolvi l-problema.
Dan is-servizz joffri għajnuna lil a) koppji miżżewġa bi problemi fiż-żwieġ; b) familjii li għaddejin minn separazzjoni jew li għaddew minn separazzjoni; c) familji fejn hemm xi mard serju jew kroniku; d) familji fejn xi membru għandu problemi ta’ saħħa mentali; e) familji fejn hemm problemi ta’ mġiba jew dixxiplina ta’ tfal jew adolexxenti; f) familji fejn fil-passat kie hemm xi tip ta’ abbuż fuq it-tfal jew adulti.
Ħafna drabi l-familja tiltaqa mat-terapista minn għaxar sa ħmistax il darba u l-laqgħat ikunu madwar darba kull tliet ġimgħat, però dan jista’ jvarja minn każ għal każ skond il-bżonn.
L-
istaff complement
biex jitmexxa minn dan is-servizz jikkonsisti minn
a) Leader waħda li għandha s-sigħat tagħha maqsumin bejn is-Servizz tat-Terapija għall-Familja u s-Servizzi Psikologici.
b) 4
part-timers
li magħhom hemm inkluż ukoll il-koordinatrici tas-servizz. Is-sigħat ta’ dawn l-4 ħaddiema jigi ekwivalenti għas-sigħat ta’ 2
full-timers.
Informat ukoll li l-
waiting list
ta’ familji li qegħdin jistennew sabiex jingħataw s-servizz ta’
Family Therapy
hi dik ta’ 51 familja. Din il-figura tkopri sal-31 ta’ Awwissu 2009.
Ġeneralment familja tistenna minn 8 sa 12-il xahar fuq il-
waiting list
għall-ewwel appuntament u dan jiddependi minn laqgħat fejn jiġu evalwati l-każijiet li jkunu daħlu. Dan id-dewmien huw dovut għall-ammont ta sitwazzjonijiet li jokkupaw il-
waiting list
. Madanakollu f’sitwazzjonijiet urġenti, kemm jista’ jkun l-Aġenzija tipprova talloka ħaddiem minnufih
Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11011 u jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11038 u jgħid kemm hija l-ispiża totali ta' mediċini li l-Gvern xtara fis-sena 2008 u fl-ewwel sitt xhur tal-2009?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispiża totali ta'mediċini li nxtraw fil-perjodu indikat huwa hekk :
2008 - €72,469,300
2009(Jannar-Ġunju) - €25,952,440.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11039 u jgħid kemm hija l-ispiża li l-Gvern għad irid iħallas tax-xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11041 u jgħid kemm nies attendew il-polyclinic ta' Raħal Ġdid, Furjana u Mosta mis-7.00am sat-8.00pm kuljum fix-xahar ta' Lulju u Awwissu 2009?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11770 u jgħid kemm mietu nies bil-marda tal-kanċer (kull tip ta' kanċer) għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kellhom età u minn liema lokalità?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11774 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma l-kriterji biex wieħed ikun intitolat għall-għajuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea mill-paroċċi? Jista' jgħid liema huma l-paroċċi li qed iqassmu dan l-ikel? Hemm xi għaqdiet volontarji li qed iqassmu dan l-ikel? X'kienu l-kriterji tas-sena l-oħra?
Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq — waħħil ta' isem
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11704 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jordna lid-Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq biex jitwaħħal l-isem ta' sqaq li ġie approvat bl-isem Sqaq Nru 1, Triq Atlone, Paola?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11718 u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11772 u jara x'jista' jsir mid-Dipartiment tad-Djar fir-rigward tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li fejn toqgħod hemm pipe li qed iżomm fuqu tankijiet tal-ilma li jinsabu fi stat perikoluż? Jista' jordna li jsiru x-xogħlijiet neċessarji?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistemi ta’ plumbing inklużi installazzjoni ta’ tankijiet tal-ilma m’humiex meqjusa bħala parti mill-istruttura tal-bini li għaliha hu responsabbli s-sid. Dawn it-tip ta' xogħlijiet minn dejjem kienu responsabbiltà tal-inkwilini u għaldaqstant l-inkwilini huma fid-dmir li jieħdu passi immedjati biex jaraw li t-tankijiet ikunu installati kif suppost sabiex ma jkunx hemm periklu li jikkaġunaw ħsarat fl-istruttura tal-bini.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Divizjoni dwar il-Manutenzjoni tad-Djar spiċċatx jew le? Jekk iva, għaliex? X''ser isir minn dawk li jitolbu dan is-servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li r-responsabbilità dejjem kienet taqa’ taħt l-Awtorità tad-Djar u hekk ser jibqa jsir. L-inkwilini jridu japplikaw għall-għajnuna taħt id-diversi skemi li qed tħaddan l-Awtorità u wara li jsir il-means testing, tingħata l-għajnuna skont is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-inkwilini.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex wieħed ikun intitolat għall-għajuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea mill-parroċċi? Jista' jgħid liema huma l-paroċċi li qed iqassmu dan l-ikel? Hemm xi għaqdiet volontarji li qed iqassmu dan l-ikel? X'kienu l-kriterji tas-sena l-oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal reserved parking mill-Awtorità dwar it-Trasport u għadha ma rċeviet xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ in kwistjoni diġà ġie riżolt.
Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara għaliex wara li skond ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6038, il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament kellha tiġi mitluba tħallas €50.90, meta maret l-Awtorità tad-Djar talbuha tħalas €2043?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-15 t’Ottubru 2009, il-persuna kkonċernata ġiet infurmata illi ċ-ċens ta’ € 50.90 jista’ jinfeda bejn il-15 ta’ Jannar 2010 u l-14 ta’ Jannar 2011 għall-prezz ta’ € 1,018 u għall-ammont ta’ € 2,043 jekk jinfeda qabel din id-data.
Informat ukoll li l-prezz ta’ € 1,018 hu l-istess ammont indikat fit-tweġiba parlamentari numru 6,038. Fil-bidu ta’ Jannar 2010, l-Awtorità tad-Djar ser tinforma lil din il-persuna biex jekk hi interessata tista’ tifdi ċ-ċens tagħha għall-prezz ta’ €1,018.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies bil-marda tal-kanċer (kull tip ta' kanċer) għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kellhom età u minn liema lokalità?