Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11943, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li jitmexxa l-każ ta' ħlas taċ-ċens mill-Joint Office lill-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament huwa dwar rikonoxximent tal-persuna bħala ċensawalista u allura hi tkun tista’ tibda tħallas iċ-ċens lill-Uffiċċju Konġunt.
Ninsab infurmat li dan ir-rikonoxximent sar f’ dawn il-jiem u għalhekk din il-persuna se tkun tista’ tħallas iċ-ċens dovut.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — spezzjoni ta' post
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11942, li oriġinarjament saret lill-Ministur għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li terġa' titwaħħal mill-ġdid lampa li nqalgħet minn Triq il-Pelikani, Tarxien sakemm inbena post, peress li għadha ma twaħħlitx b'dannu għar-residenti li jinsabu fi dlam ċappa meta ninsabu fis-sena 2009?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11029 u jgħid kemm hemm nurses jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Boffa, fir-Residenza San Vincenz De Paule u fil-polyclinics tal-Gvern? Kemm huwa l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala pagi lin-nurses fix-xhur minn Jannar 2008 sa Awwissu 2009 f'kull sptar u polyclinic? Kemm minn dan l-ammont kien overtime? Kemm minn dan l-ammont kien f'allowances?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11035 u jgħid l-audits ta' kemm jiswew is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tas-Saħħa, humiex lesti? Il-Gvern se jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju li sar?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-ispiża fis-sena, bejn wieħed u ieħor, biex jibqgħu miftuħin l-iskejjel primarji ta' Birkirkara, Fgura u Naxxar bejn is-2.30p.m. u s-6 p.m.? Xi proċedura saret biex jinfetħu dawn l-iskejjel u mhux oħrajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża, s’issa, sabiex jingħata s-servizz ta’ ħarsien u appoġġ għat-tfal, Klabb 3-16, f’dawn iċ-ċentri hi kif ġejja (mill-bidu tal-proġett, Ottubru 2009, sal-lum):
Pagi għall-ħaddiema (Kordinaturi,
Home Tutors
,
Play Workers u Cleaners)
-
€1,863.78
Materjal Edukattiv sabiex jintuża waqt dan il-ħin - €
12,007.57
Dekorazzjoni
taċ-ċentri
(
fejn kien hemm bżonn) - €
12,033.17
Total: € 25,904.52
L-għażla fejn jinfetħu dawn iċ-ċentri saret wara diskussjoni fil-Bord tal-Fondazzjoni u diskussjoni mal-Prinċipali tal-Kulleġġi. Fattur importanti fid-deċiżjoni kien l-ispazju eżistenti fl-iskola li qed tintuża għal dan il-għan u kif ukoll il-lokalità sabiex jintlaħqu l-iżjed numru ta’ tfal possibli. Il-Fondazzjoni qed tippjana li tiftaħ żewġ ċentri oħra s-sena d-dieħla. Id-deċiżjoni fejn ser ikunu dawn iċ-ċentri għadha ma tteħdietx.
Tista' l-Ministru tgħid jekk dawk l-istudenti li rċevew iċ-ċirkolari li qed tintbagħat separatament humiex deħlin din is-sena? Jekk le, meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalma ntqal fiċ-ċirkulari li ntbagħtet lill-istudenti, l-MCAST jagħmel l-almu tiegħu biex l-istudenti jkunu jistgħu jibdew mill-aktar fis. Dan iżda ma jiddependix esklussivament mir-rieda tal-MCAST iżda mill-konklużjoni tal-proċess tal-għoti tat-tenders.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li hemm ħsarat fid-dawl tal-flat u għaldaqstant il-flat jinsab bla dawl u meta ċemplet lid-dipartiment qalulha li din is-sezzjoni spiċċat? Jista' jara li din il-persuna tiġi kkuntattjata biex tiġi solvuta din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara li jingħata facilitator lit-tifel, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li ilu li għamel din it-talba min year 2? Tista' tara li jitmexxa l-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Jannar 2009. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha. Il-Bord għamel kuntatt mal-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġà hemm fl-iskola sakemm ikun imissu skont il-lista tar-reġistrazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11027 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?
Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11934 u 11011 u jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11936 u 11039 u jgħid kemm hija l-ispiża li l-Gvern għad irid iħallas tax-xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11926 u 11770 u jgħid kemm mietu nies bil-marda tal-kanċer (kull tip ta' kanċer) għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kellhom età u minn liema lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11927 u 11774 u jgħid x'inhuma l-kriterji biex wieħed ikun intitolat għall-għajuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea mill-paroċċi? Jista' jgħid liema huma l-paroċċi li qed iqassmu dan l-ikel? Hemm xi għaqdiet volontarji li qed iqassmu dan l-ikel? X'kienu l-kriterji tas-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-benefiċjarji ta’ l-iskema huma dawk il-persuni li jaqgħu taħt waħda jew aktar minn dawn il-kriterji, skont kif ej:
· Persuni li ma jistgħux imantnu lilhom infushom u/jew jaqgħu taħt il-livell ta’ għixien bażiku
· Persuni li joqgħodu f’istituzzjonijiet mhux ta’ l-istat bħalma huma orfanatrofji, sheltered homes, eċċ.
· Persuni li jirċievu assistenza mhux kontributorja mid-Dipartiment tal-Politika Soċjali u jinkludu nuqqas ta’ xogħol, diżabilità u benefiċċji mediċi.
Il-benefiċjarji jridu jippreżentaw ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment tal-Politika Soċjali lil dawk l-organizzazzjonijiet tal-karità, li jindika li l-persuna hija eliġibbli għall-għajnuna. Benefiċjarji jistgħu japplikaw f’dawk il-parroċċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jipparteċipaw fl-iskema, kif ukoll permezz tal-YMCA (Malta) u Caritas (Għawdex).
Kopja ta’ dawn il-kriterji tinsab ukoll fuq il-website tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (http://www.agric.gov.mt/paying-agency).
Hemm 29 parroċċa li qed jipparteċipaw fit-tqassim kif ukoll 68 organizzazzjoni li qed jipparteċipaw/jibbenefikaw milll-iskema. Il-YMCA f’Malta u l-Caritas f’Għawdex jieħdu ħsieb it-tqassim tal-prodotti tal-ikel lill-parroċċi u/jew organizzazzjonijiet. L-ismijiet tal-Parroċċi u l-Organizzazzjonijiet jidhru fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kriterji tas-sena l-oħra kienu dawk imsemmija hawn fuq.
Fejn ikun hemm ammont limitat ta’ xi prodotti, l-preċedenza tingħata lill-
· Dawk il-persuni li jippreżentaw ċertifikat mid-Dipartiment tal-Politka Soċjali
· Orfanatrofji
· Istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb dawk il-persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom
Bl-iskop biex is-sistema jkollha monitoraġġ dejjem aktar effettiv f’kull stadju tat-tqassim, tlabt biex l-organizzazzjoni sħiħa tal-operat u l-kriterji ta’ din l-iskema jiġu ri-eżaminati fid-dawl tal-esperjenza ta’ din is-sena biex b’hekk ikun jista’ jsir it-titjib u t-tisħiħ li hemm bżonn.
Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq — kwestjoni dwar isem ta' sqaq
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11928 u 11704 u jordna lid-Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq biex jitwaħħal l-isem ta' sqaq li ġie approvat bl-isem Sqaq Nru 1, Triq Atlone, Paola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ordna l-plakka tal-isem tat-triq u malli tkun lesta, titwaħħal fil-post.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11929 u 11718 u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li terġa' titwaħħal mill-ġdid lampa li nqalgħet minn Triq il-Pelikani, Tarxien sakemm inbena post, peress li għadha ma twaħħlitx b'dannu għar-residenti li jinsabu fi dlam ċappa meta ninsabu fis-sena 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — spezzjoni ta' post
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?