Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12240 u 11027 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?
Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12179, 11934 u 11011 u jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12180, 11936 u 11039 u jgħid kemm hija l-ispiża li l-Gvern għad irid iħallas tax-xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ħlasijiet pendenti fuq xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei jammonta għal €5,839,077.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12184, 11929 u 11718 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — spezzjoni ta' post
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12246 u 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?
Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għal kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni:
a)
major complex?
b) major?
ċ) intermediate?
d) minor?
Jista' l-Ministru jgħid:
a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum?
b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa?
ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime?
d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar?
e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw it-trabi tagħhom bħala minn unknown father fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena sa Settembru 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma teżistix statistika ta' single mothers taħt il-15-il sena li kienu ddikjaraw unknown father għal dawn l-aħħar 15-il sena, sena b'sena.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' missier, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li fuq talba tiegħu qiegħed jitlob biex ibnu jiddaħħal fir-Residenza San Vinċenz De Paule fuq parir ta' professur, peress li huma puplettiku/trux/mutu?
Dħul tal-Gvern mit-taxxa u VAT fuq pertrol u diesel, elettriku, gass u pitrolju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali li l-Gvern daħħal f'taxxa u VAT separati mill-petrol, diesel, elettriku, gass u pitrolju fl-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm min din l-ispiża kienet:
fuq mediċini inpatients
fuq mediċini outpatients
salarji
bonuses
overtime
ikel?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?
Nefqa tal-Gvern bħala reklamar għat-turiżmu lokalment u internazzjonalment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont totali sena b'sena fl-aħħar 15-il sena li l-Gvern nefaq bħala reklami għat-turiżmu lokalment u internazzjonalment?
Reklamar lokali u internazzjonali fil-kamp tat-turiżmu mediku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont totali li l-Gvern nefaq f'reklamar lokali u internazzjonali sena b'sena fl-aħħar 15-il sena fil-kamp tat-turiżmu mediku?
Nefqa tal-Gvern fuq pensjonijiet, servizzi soċjali u sptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11025 u jgħid kemm huwa l-ammont totali f'sena li l-Gvern jonfoq biex jamministra:
a) il-pensjonijiet?
b) is-servizzi soċjali?
ċ) l-Isptar Mater Dei?
d)l-Isptar Boffa?
Kemm hemm nies impjegati f'kull settur imsemmi hawn fuq biex jamministraw dawn is-servizzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-estimi finanzjarji għal din is-sena in-nefqa tal-Gvern sabiex jamministra is-Sigurtà Soċjali (inkluż il-pensjonijiet) hija ta’ € 5,935,000. Din l-ispiża tinkludi l-ispejjeż amministrattivi inkluż il-pagi kif ukoll in-nefqa kapitali. L-ammont ta’ impjegati fid-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali hu ta’ 312 u minn dawn madwar 32 jaħdmu fis-sezzjonijiet tal-pensjonijiet.
Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.