Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12936 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħat-Tarxien — bus shelter fi Triq iż-Żejtun

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12413, 12184, 11929 u 11718 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12938 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — spezzjoni ta' post

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12496, 12246 u 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12644 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal -gamma scan ? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stamt li ser jiswa lill-Gvern, kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12647 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm min din l-ispiża kienet: a) fuq mediċini inpatients? b) fuq mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12648 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reklamar lokali u internazzjonali fil-kamp tat-turiżmu mediku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12267 u jgħid x'kien l-ammont totali li l-Gvern nefaq f'reklamar lokali u internazzjonali sena b'sena fl-aħħar 15-il sena fil-kamp tat-turiżmu mediku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-somma li ntefqet fuq reklamar fil-kamp tat-turiżmu mediku hija kif msemmi hawn taħt: 2007 €128,912 2008 €287,227
Leg 11 PQ #12649 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa tal-Gvern bħala reklamar għat-turiżmu lokalment u internazzjonalment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12265 u jgħid x'kien l-ammont totali sena b'sena fl-aħħar 15-il sena li l-Gvern nefaq bħala reklami għat-turiżmu lokalment u internazzjonalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ġiet mwaqqfa fl-1999 u l-informazzjoni li qegħda tingħata tmur lura din is-sena. Qed inpoġġi t-tabella fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12650 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polyclinics — spiża tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12634 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz ta' teletext fuq TVM

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tat-teletext spiċċa minn fuq TVM? Jista' jgħid jekk hux ser jerġa' jibda? Għaliex tneħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12639 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett ntnefqgħu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettal għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12642 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-nurses u medical council — tobba u nurses

Question

Ġaladarba jidher li f'Malta hawn nuqqas ta' tobba u nurses u li kemm il-Gvern kif ukoll il-privat isibuha diffiċli biex isibu dawn il-professjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma jiftaħx il-possibilità li jiġu tobba u nurses mill-Filippini u l-Indja u li għandhom standard tajjeb ħafna? Għala l-medical council u l-kunsill tan-nurses jagħmlu ostakli kbar għal dawn il-professjonisti? Xi kriterji jintużaw biex jingħataw permessi għal tobba u nurses li ma jiġux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12643 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemmm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11928 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq — waħħil ta' isem

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11704 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jordna lid-Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq biex jitwaħħal l-isem ta' sqaq li ġie approvat bl-isem Sqaq Nru 1, Triq Atlone, Paola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12183.
Leg 11 PQ #12247 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarxien — Triq il-Pelikani - lampa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11942, li oriġinarjament saret lill-Ministur għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li terġa' titwaħħal mill-ġdid lampa li nqalgħet minn Triq il-Pelikani, Tarxien sakemm inbena post, peress li għadha ma twaħħlitx b'dannu għar-residenti li jinsabu fi dlam ċappa meta ninsabu fis-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din hija responsabbilità tal-Kunsill Lokali Tarxien u d-Dipartiment ikkonċernat se jgħaddi din it-talba lil Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #12497 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarxien — Triq il-Pelikani - lampa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12247 u 11942, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li terġa' titwaħħal mill-ġdid lampa li nqalgħet minn Triq il-Pelikani, Tarxien sakemm inbena post, peress li għadha ma twaħħlitx b'dannu għar-residenti li jinsabu fi dlam ċappa meta ninsabu fis-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12247.
Leg 11 PQ #12498 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — audits

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12249 u 11035 u jgħid l-audits ta' kemm jiswew is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tas-Saħħa, humiex lesti? Il-Gvern se jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju li sar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12499 Sitting 162 2009-11-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inhaler Atimos — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12185, 11930 u 11769 u jara meta ser jidħol l-inhaler Atimos li ilu out of stock ix-xhur?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tas-Saħħa [Taqsima tal-Procurement] kellu problemi fuq ix-xiri ta’ din il-mediċina, l-aktar minħabba d-delivery period twil li qiegħed jikkwota l-uniku supplier mingħand minn din il-mediċina tista’ tinxtara. Għalkemm, id-Dipartiment ipprova wkoll jixtri dirett mingħand il-manufattur, dan ta’ l-aħħar xorta bagħatna għand id-distriburatur lokali. L-aħħar stokk li rċeva id-Dipartiment tqassam u issa mistennija konsenja oħra. Informat ukoll li d-Dipartiment qiegħed ukoll jipprova jwessa’ l-ispeċifikazzjoni ta’ din il-mediċina biex ma jibqax b’din il-problema.

Ħsarat ta' dawl fil-flat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12188 u jara li jitmexxa l-każ tal-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li hemm ħsarat fid-dawl tal-flat u għaldaqstant il-flat jinsab bla dawl u meta ċemplet lid-dipartiment qalulha li din is-sezzjoni spiċċat? Jista' jara li din il-persuna tiġi kkuntattjata biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara investigazzjonijiet li għamlet l-Enemalta irriżulta li l-ħsara in kwistjoni hija interna fil-flat li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant u għalhekk hija ta' natura privata.