Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13171 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħat-Tarxien — bus shelter fi Triq iż-Żejtun

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12936, 12413, 12184, 11929 u 11718 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u dan il-bus shelter għadu ma sarx.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali reġa’ intervjena mal-Awtorità dwar it-Trasport sabiex dan il-każ jingħalaq fl-iqsar żmien possibbli. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed isegwi l-każ biex jassigura li t-trasferiment isir b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u bl-inqas inkonvenjent possibbli.
Leg 11 PQ #13175 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12934, 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm minn din l-ispiża kienet: a) fuq mediċini inpatients? b) fuq mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13176 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12933 u 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal -gamma scan ? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stamt li ser jiswa lill-Gvern, kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13178 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12944 u 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettal għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz ta' teletext fuq TVM

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 12634 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilha u tgħid għaliex is-servizz tat-teletext spiċċa minn fuq TVM? Jista' jgħid jekk hux ser jerġa' jibda? Għaliex tneħħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Servizz waqaf minħabba raġunijiet tekniċi. Il-PBS qed tipprova ssib soluzzjoni kummerċjali biex terġa’ tkun f’pożizzjoni biex tagħti dan is-servizz lill-pubbliku.
Leg 11 PQ #12946 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12643 u jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemmm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12947 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-nurses u medical council — tobba u nurses

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12642 u ċioe: Ġaladarba jidher li f'Malta hawn nuqqas ta' tobba u nurses u li kemm il-Gvern kif ukoll il-privat isibuha diffiċli biex isibu dawn il-professjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma jiftaħx il-possibilità li jiġu tobba u nurses mill-Filippini u l-Indja u li għandhom standard tajjeb ħafna? Għala l-medical council u l-kunsill tan-nurses jagħmlu ostakli kbar għal dawn il-professjonisti? Xi kriterji jintużaw biex jingħataw permessi għal tobba u nurses li ma jiġux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra. Separate Cover:

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12641 u jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12949 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12501, 12240 u 11027 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13125 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polyclinics — spiża tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12935, 12650 u 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12939 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — tariffi għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12269 u jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għal kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni: a) major complex? b) major? ċ) intermediate? d) minor?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12940 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12941 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12942 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paule — dħul ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieħeb mistoqsija parlamentari 12273 u jara li jitmexxa l-każ ta' missier, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li fuq talba tiegħu qiegħed jitlob biex ibnu jiddaħħal fir-Residenza San Vinċenz De Paule fuq parir ta' professur, peress li huma puplettiku/trux/mutu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12943 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — audits

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12498, 12249 u 11035 u jgħid l-audits ta' kemm jiswew is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tas-Saħħa, humiex lesti? Il-Gvern se jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju li sar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma saru l-ebda audits fid-Dipartiment tas-Saħħa. Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-"Costing Exercise" li sar fl-iSptar Mater Dei. Dan l-eżerċizzju huwa komplut u r-riżultati se jiġu ppubblikati iktar 'il quddiem.
Leg 11 PQ #12944 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett ntnefqgħu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettal għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12933 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal -gamma scan ? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stamt li ser jiswa lill-Gvern, kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12934 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm min din l-ispiża kienet: a) fuq mediċini inpatients? b) fuq mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12935 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polyclinics — spiża tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12650 u 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.