Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13622 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-nurses u medical council

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13460, 12947 u 12642 u ċioe: Ġaladarba jidher li f'Malta hawn nuqqas ta' tobba u nurses u li kemm il-Gvern kif ukoll il-privat isibuha diffiċli biex isibu dawn il-professjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma jiftaħx il-possibilità li jiġu tobba u nurses mill-Filippini u l-Indja u li għandhom standard tajjeb ħafna? Għala l-medical council u l-kunsill tan-nurses jagħmlu ostakli kbar għal dawn il-professjonisti? Xi kriterji jintużaw biex jingħataw permessi għal tobba u nurses li ma jiġux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kemm il-Kunsill Mediku kif ukoll dak ta’ l-Infermiera jikkonsidraw applikazzjonijiet minn tobba u infermiera minn barra l-Unjoni Ewropea skont il-liġijiet Ewropej kif ukoll dawk Maltin. Fil-każ tal-Kunsill Mediku jekk il-kwalifikà primarja ta’ l-applikanti tkun kompatibbli skont il-kriterji stabbiliti u ma’ dawk tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, jingħataw l-opportunità li jagħmlu eżami jew perjodu ta’ adaptation . Il-Kunsill ta’ l-Infermiera jassigura li kull infermier, li jiġi rreġistrat, irid ikollu ċertu livell ta’ edukazzjoni kemm tejoretika kif ukoll prattika skont kif stabbilit fil-liġi. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop aħħari ta’ kull kunsill regulatorju huwa li jassigura l-kompetenza ta’ kull professjonist fil-kura tas-saħħa u dan għall-ġid u l-interess tal-pazjent. Il-kunsilli mhux qegħdin hemm biex jagħmlu ostakli għal dawn il-professjonisti iżda biex jiżguraw li jiġu reġistrati biss dawk li għandhom il-kwalifiki kollha li tirrikjedi l-liġi.
Leg 11 PQ #13623 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13461, 12946 u 12643 u jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13624 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13456, 13178, 12944 u 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13462 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13176, 12933 u 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal-gamma scan? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stmat li ser jiswa lill-Gvern kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13463 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13175, 12934, 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Kemm minn din l-ispiża kienet: a) fuq mediċini inpatients? b) fuq mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Każ ta' reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13170, 12937 u 12490 u jara li jitmexxa l-każ ta' reserved parking ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13465 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — spezzjoni ta' post

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13169, 12938, 12496, 12246 u 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tneħħija ta' perikolu minn proprjetà, bħal dik indikata fl-interpellanza, ma taqax taħt ir-responsabbilità tal-MEPA. L-obbligu tal-Awtorità hu biss li tawtorizza lill-applikant biex mingħajr dewmien jagħmel xogħolijiet rimedjali t'emerġenza sabiex jitnaqqas jew jitneħħa xi perikolu eżistenti mingħajr il-ħtieġa ta' permess ta' żvillupp. Dan skont provvedimenti maħruġa fl-Ordni ta' l-2002 dwar l-Iżvillupp (Tneħħija ta' Perikolu) tal-Avviż Legali 258/02. Minn investigazzjoni dwar din il-proprjetà li ssemmiet, jirriżulta illi fil-fatt awtorizzazzjoni sabiex jinħattu soqfa perikolużi mis-sit in kwistjoni inħarġet mill-Awtorità fis-16 ta' Marzu, 2006 wara talba li kienet saret minn perit. Pero` assolutament mhux il-kompitu tal-MEPA li tneħħi hi stess il-perikolu. Ninforma wkoll illi kien hemm applikazzjoni għal żvillupp fuq is-sit, ( to demolish derelict house ), li qatt ma ġiet konkluża għax l-applikanta kienet talbet biex din l-applikazzjoni tiġi rtirata ( withdrawn ) fis-17 ta' Marzu ta' l-2006.
Leg 11 PQ #13466 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — tariffi għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13183, 12940 u 12269 u jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għall-kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni: a) major complex? b) major? ċ) intermediate? d) minor?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ħlas li jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li mhumiex intitolati għal kura b'xejn huma kif ġej: € Consultation at Emergency 46.59 Consultation at Out Patient 34.94 It-tariffi tal-Gvern għall-operazzjonijiet imsemmija huma kif ġej: € Major Complex Op (Above Major) 6405.78 Major Op 2329.37 Intermediate Op 1048.22 Minor Op under local anaesthesia 256.23 Minor Op under general anaesthesia 465.87 Informat ukoll li dawn il-ħlasijiet u tariffi huma skond il-provedimenti ta’ Legal Notice 201/2004. Wara li ġie finalizzat l-eżerċizzju ta' ' costings ' fl-isptar Mater Dei, dawn it-tariffi qegħdin jiġu riveduti u għandha toħroġ Legal Notice bit-tariffi ġodda dalwaqt.
Leg 11 PQ #13467 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-eżerċizzju tal-costings qiegħed jiġi aġġornat. Il-figuri mitluba jingħataw fil-ħin opportun.
Leg 11 PQ #13456 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13178, 12944 u 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13457 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polyclinics — spiża tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13125, 12935, 12650 u 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ispiża medja biex iċ-Ċentri tas-Saħħa li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant inżammu miftuħa bejn is-7.00 a.m. u t-8.00 p.m. kuljum fix-xahar ta’ Lulju u Awwissu huma kif ġej: Centru tas-Saħħa tal-Furjana: €3156 kuljum Centru tas-Saħħa tal-Mosta: €3184 kuljum Centru tas-Saħħa ta’ Rahal Gdid: €3459 kuljum Informat li dawn ma jinkludux il-bonuses u special allowances .
Leg 11 PQ #13458 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12949, 12501, 12240 u 11027 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ammont ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċini b'xejn bħala putpatients huwa hekk :- Sptar Mater Dei Spiżerija (mediċini b'xejn) €10,877,605 Dipartiment tal-Outpatients €34,349,103 Sptar Monte Carmeli Mediċini lill-pazjenti outpatients €408,159 Sptar Boffa Outpatients u mediċini b'xejn €1,074,606 Spiża biex ġie offrut is-servizz farmaċewtiku €38,930.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12948 u 12641 u jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks jistgħu jagħtu informazzjoni li tmur lura sal-2004 meta ż-żewġ kumpanniji ġew imwaqqfa. Ta min jinnota li l- Malta Enterprise ikollha biss rekords ta’ proġetti ġodda ta’ dawk l-intrapriżi li jitolbu assistenza mill- Malta Enterprise , u għalhekk kollha ikunu ħadu xi forma ta assistenza. Mill-2004 sa llum ġew approvati 60 proġett ġdid. Mill-istess żmien sa llum 185 –il intrapriża, minn dawk irreġistrati mal- Malta Enterprise , għamlet espansjoni tal-operat. Id-dettalji huma murija sena b’sena f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Assistenza kollha mogħtija mill-2005 sa Settembru 2009 mill- Malta Enterprise hija murija sena b’sena f’Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13460 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-nurses u medical council

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12947 u 12642 u ċioe: Ġaladarba jidher li f'Malta hawn nuqqas ta' tobba u nurses u li kemm il-Gvern kif ukoll il-privat isibuha diffiċli biex isibu dawn il-professjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid għala l-Gvern ma jiftaħx il-possibilità li jiġu tobba u nurses mill-Filippini u l-Indja u li għandhom standard tajjeb ħafna? Għala l-medical council u l-kunsill tan-nurses jagħmlu ostakli kbar għal dawn il-professjonisti? Xi kriterji jintużaw biex jingħataw permessi għal tobba u nursesli ma jiġux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13461 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12946 u 12643 u jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13179 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paule — dħul ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12942 u jara li jitmexxa l-każ ta' missier, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li fuq talba tiegħu qiegħed jitlob biex ibnu jiddaħħal fir-Residenza San Vinċenz De Paule fuq parir ta' professur, peress li huwa pupletiku/trux/mutu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna msemmija kienet approvata bħala urġenti fil-31 ta' Ottubru 2008 kif ukoll rikonfermata bħala urġenti nhar id-26 ta' Marzu, 2009.
Leg 11 PQ #13180 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1241 u 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13182 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13183 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — tariffi għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12940 u 12269 u jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għal kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni: a) major complex? b) major? ċ) intermediate? d) minor?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13169 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — spezzjoni ta' post

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12938, 12496, 12246 u 11945 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li qed jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħmel inspection tal-post, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan iħoss li huwa ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.