Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ għad-dħul tas-servizz tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef ix-xogħol għad-dħul tas-servizz tal-ilma (new service) fir-residenza indikata separatament? Peress li din il-kopja ilha li applikat ħames xhur, jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

roti modifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regolamenti għar-roti li ġew modifikati għall-mutur jew moped tal-petrol? Kemm trid tkun l-età? Hemm xi tip ta' test? Jekk isir inċident, min hu responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Studenta li rċeviet stipendju anqas mis-soltu

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irċeviet stipendju inqas mis-soltu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

La darba studenta tal-Università tikkwalifika biex tieħu stipendju, dan ma jitnaqqasx. Madankollu, jista’ jkun li jekk din l-istudenta tikkwalifika għall-għotja supplimentari, huwa dan il-ħlas li għadha ma rċevitx peress li l-għotja supplimentari titħallas fl-aħħar ta’ Jannar, b’lura minn Ottubru ta’ qabel jew minn liema data jkun approva l-Bord.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12641 u jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13459.
Leg 11 PQ #13649 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Drydocks — ex-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema li kienu mal-Malta Drydocks u spiċċaw bl-early retirement scheme qed: a) Jirreġistraw għax-xogħol? b) Jaħdmu hawn Malta bħala impjegati? ċ) Jaħdmu għal rashom? d) Jaħdmu ma' kumpaniji barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, skont l-istatistika miżmuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, mill-ħaddiema li spiċċaw bl-Early Retirement Scheme mill-Malta Drydocks: A) 2 qed jirreġistraw għax-xogħol; B) 29 qed jaħdmu bħala impjegati; C) 11 qed jaħdmu bħala self employed ; u D) ma tinżammx statistika dwar persuni li jaħdmu ma’ kumpaniji barra minn Malta.
Leg 11 PQ #13718 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13621, 13462, 13176, 12933 u 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal-gamma scan? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stmat li ser jiswa lill-Gvern kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Single mothers — tfal reġistrati b'unknown father

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 13475 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12272 peress li jien ma staqsejtx informazzjoni speċifika għal single mothers taħt il-15-il sena, jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' persuni li rreġistraw it-trabi tagħhom bħala of unknown fathers fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13720 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13623, 13461, 12946 u 12643 u jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13721 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13468, 13180, 12491 u 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13722 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13624, 13456, 13178, 12944 u 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li: (a) L-ammont totali ta’ flus li Malta ħadet mill-Unjoni Ewropea u li daħal fil-Fond Konsolidat sal-31 ta’ Ottubru 2009 kien ta’ €490,308,515. Dan minbarra flejjes li setgħu ħadu kumpaniji privati, għaqdiet mhux governattivi u organizazzjonijiet oħra b’mod dirett mingħand il-Kummissjoni Ewropea jew mingħand aġenziji tal-Unjoni Ewropea. (b) Il-listi ta’ proġetti ko-finanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru http://www.ppcd.gov.mt . Il-ħlasijiet isiru dejjem fir-rigward ta’ nefqa relatata ma’ proġetti approvati. (c) Ir-rata ta’ ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2004-2006 hi ffissata fil-miżuri differenti tal-Programmi differenti (primarjament il- Programme Complement tas- Single Programming Document ) li wkoll jinstabu fuq l-istess sit elettroniku msemmi hawn fuq. Ir-rata ta’ ko-finanzjament telgħet għal 85% tal-ispiża pubblika għall-perjodu 2007-2013. (d) Hu magħruf li matul il-perjodu 2004-2006 madwar 11,000 persuna ħadu taħriġ permezz ta’ proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Minbarra dawk li jsibu mpjieg ġdid permezz tal-ħiliet ġodda li jiksbu mit-taħriġ, hemm ukoll dawk li jaħdmu direttament fuq il-proġetti, dawk li jwaqqfu negozju għal rashom u dawk li jiġu ngaġġati minn kuntratturi ta’ xogħol u servizzi li fl-aħħar mill-aħħar iwettqu l-proġetti. Il-kontribut totali lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret Membru sal-31 ta’ Ottubru 2009 kien jammonta għal €305,950,047.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda? Kemm ġew imkabbra fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn ħadu l-għajnuna finanzjarja jew xi forma oħra ta' għajnuna? Kemm kienet din l-għajnuna? Kemm kienu qed iħaddmu nies ġodda sal-aħħar ta' Settembru 2009 u kemm qalu li ser iħaddmu meta ħadu l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13459.
Leg 11 PQ #13625 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13467, 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

L-eżerċizzju tal-costings qiegħed jiġi aġġornat. Il-figuri mitluba jingħataw fil-ħin opportun.
Leg 11 PQ #13627 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13463, 13175, 12934, 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Kemm minn din l-ispiża kienet fuq: a) mediċini inpatients? b) mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-informazzjoni dettaljata dwar infieq fuq mediċini inpatients, mediċini outpatients u ikel kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinzammx.
Leg 11 PQ #13628 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Social Service Offices — nies li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jirrimedja l-każijiet ta' nies mill-Gudja li kienu jirreġistraw fis-Social Service Office ta' Raħal Ġdid u issa ġew mitluba jirreġistraw Ħal Luqa Social Services peress li jridu jaqbdu erba' karozzi bi spejjeż żejda, meta dawn ħafna minnhom m'għandhom l-ebda dħul?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali bħalissa għaddejja bi proċess ta’ ristrutturar fl-uffiċċini distrettwali tagħha bil-għan li toffri servizz dejjem aħjar lill-klijenti tagħha. L-abbinar tar-residenti tal-Gudja mal-Uffiċċju Distrettwali ta’ Ħal Luqa flok dak ta’ Raħal Ġdid huwa parti minn dan ir-ristrutturar. Dan qed isir wara li d-Diviżjoni rċeviet bosta ilmenti minn persuni li jirreġistraw fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid, fosthom reġistranti mill-Gudja stess, li kien qed ikun hemm iffullar u dewmien waqt il-ħin tar-reġistrar. Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid joffri servizzi lil medda kbira ta’ nies li jgħixu mhux biss f’Raħal Ġdid imma wkoll f’lokalitajiet oħra fil-qrib. Għalhekk inħass il-bżonn li jittieħed dan il-pass sabiex b’hekk jonqos l-iffullar u d-dewmien tar-reġistrazzjoni u jibbenefikaw ir-reġistranti kollha. Għalkemm sal-lum huwa minnu li ma hemmx rotta diretta tat-trasport pubbliku li tgħaqqad dawn iż-żewg irħula li jmissu ma’ xulxin, dan mistenni jseħħ dalwaqt bir-riforma tat-trasport pubbliku.
Leg 11 PQ #13647 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema full-time, part-time u bil-kuntratt mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien it-total ta' nies full-time mal-Gvern fl-aħħar għaxar snin sal-lum? Kemm kien it-total ta' nies part-time mal-Gvern fl-aħħar għaxar snin sena b'sena sal-lum? Kemm kien hemm nies full-time u part-time mal-korporazzjonijiet fl-aħħar għaxar snin sal-lum? Jista' jelenkahom korporazzjoni, korporazzjoni? Kemm kien hemm nies impjegati mal-Gvern b'kuntratt fl-aħħar għaxar snin sal-lum sena b'sena? Kemm kien hemm nies impjegati mas-segretarjat tal-ministeri u segretarji parlamentari kull sena fl-aħħar 20 sena sal-lum? X'kienet l-ispiża totali kull sena ta' dawn in-nies f'pagi, overtime u allowances?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minħabba li l-ġbir ta’ l-informazzjoni mitluba teħtieġ ammont konsiderevoli ta’ xogħol, qiegħed nillimita l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-snin 2008 u 2009 biss. Dwar persuni part-time f’entitajiet/awtoritajiet pubbliċi, il-figuri tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jiddistingwux bejn persuni part-time tas-Settur Pubbliku u dak privat. Għalhekk dan it-total ma jistax jingħata. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-informazzjoni mitluba għal dawn is-sentejn. Minħabba n-natura tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega għaliex jeħtieġ din l-informazzjoni f’daqshekk dettall.
Leg 11 PQ #13648 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema assenjati mal-kunsilli lokali u mħallsa mill-Gvern Ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema assenjati mal-Kunsilli Lokali u li huma mħallsa mill-Gvern Ċentrali hu kif ġej: Ħaddiema tal-IPSL 146 Ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet 25 Ħaddiema tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali 32 Ħaddiema tal-ETC – (community workers) 93 Total: 296
Leg 11 PQ #13468 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13180, 12491 u 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13475 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single mothers — tfal reġistrati b'unknown father

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12272 peress li jien ma staqsejtx informazzjoni speċifika għal single mothers taħt il-15-il sena, jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' persuni li rreġistraw it-trabi tagħhom bħala of unknown fathers fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13621 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13462, 13176, 12933 u 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal-gamma scan? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stmat li ser jiswa lill-Gvern kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.