Awtorità tad-Djar — ħruġ ta' ilma minn kamra tal-banju
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jiġi rimedjat l-inkonvenjent li qiegħdin isofru inkwilini tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba ħruġ tal-ilma mill-kamra tal-banju tal-post indikat? Jista' jara li tingħata attenzjoni lil dan il-każ peress li l-post kien mogħti mill-Awtorità tad-Djar u l-inkwilin inkwistjoni qiegħed bir-relief?
Jista' l-Ministru jerġa' jara li jitmexxa l-każ tal-famlija, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li għadha tinsab bla dawl anke wara li diġà żaruha uffiċjali mill-Awtorità tad-Djar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn ġie rifjutat li terġa' tinħareġ kartuna roża lill-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, wara li l-kartuna roża li kellha skaditilha, ma tafx fejn għamlitha u talbet biex tinħarġilha oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' żewġ anzjani, li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament peress li dawn ilhom ma jirċievu kont tal-Go ix-xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-kumpanija GO hija kumpanija kummerċjali, il-Gvern m’għandu l-ebda dritt li jintervjeni fl-affarijiet kummerċjali, la ta’ din u lanqas ta’ kumpaniji kummerċjali oħra. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-istess kumpanija direttament.
Sptar San Luqa — pagi, allowances u overtime lin-nurses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar San Luqa fis-sena 2005?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14081 u jgħid jekk jeżistux regolamenti għar-roti li ġew modifikati għall-mutur jew moped tal-petrol? Kemm trid tkun l-età? Hemm xi tip ta' test? Jekk isir inċident, min hu responsabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14079 u jara li jitħaffef ix-xogħol għad-dħul tas-servizz tal-ilma (new service) fir-residenza indikata separatament? Peress li din il-kopja ilha li applikat ħames xhur, jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-raġuni għalfejn għadu ma ngħatax is-servizz tal-ilma fl-indirizz in kwestjoni hu li m’hemmx mejn tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda tagħmel il-preparamenti meħtieġa biex dan jitqiegħed. La darba joħroġ il-permess għat-tħaffir fit-triq imsemmija isir ix-xogħol u s-servizz ikun jista’ jingħata.
assistant care workers — opportunità ta' promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14078 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għall-assistant care workers li qegħdin fi Scale 16?
uffiċjali governattivi u para-governattivi — ristrutturar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14077 u jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-istrutturar jew ir-ristrutturar tal-entitajiet uffiċjali kemm governattivi u kemm dawk para-governattivi (Government appointed bodies) li jamministraw l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta? Jista' jippreżenta f'din il-Kamra l-pjanijet kemm jista' jkun dettaljati, dejjem jekk jeżistu, dwar l-Aġenzija Consumer Protect u dwar l-Awtorità li prospettivament se tkun responsabbli għall-Fair Trade, liema entitajiet ġew imsemmija mill-istess Ministru qabel u matul id-diskors tal-Budget 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14077.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14075 u jara meta se jsir ir-reception desk tal-Paola Health Centre peress li dan ilu jiġi mwiegħed aktar minn ħames snin? Jista' jara ukoll li jingħataw computers għar-receptionist biex jitħaffef il-proċess tal-applikanti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14076 u jgħid meta se tiġi introdotta l-mediċina IVABRADINE (Procoralan) fuq skeda V, liema mediċina tiswa €66.62 fix-xahar, minħabba l-fatt li persuni asmatiċi jsostnu li permezz ta' din il-mediċina qed isibuha aktar faċli sabiex jitilgħu taraġ u jagħmlu attivitajiet oħra bla tbatija ta' xejn? Peress li l-Gvern ħabbar lista ġdida ta' mediċini fil-budget li kellhom jiġu introdotti, jista' jgħid jekk l-IVABRADINE hix se tkun waħda minhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13625, 13467, 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta'
a) MRI?
b) CT?
ċ) X-ray?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-eżerċizzju tal-costings qiegħed jiġi aġġornat. Il-figuri mitluba jingħataw fil-ħin opportun.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13718, 13621, 13462, 13176, 12933 u 12644 u jgħid:
a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal-gamma scan?
b) Kemm swiet kull gamma machine?
ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena?
d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura?
e) Kemm huwa stmat li se jiswa lill-Gvern kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-kuntratt għall-bini tal-Isptar Mater Dei kien ingħata mill-Gvern lill- Konsorzju SMJV (Skanska-Malta Joint Venture). Eventwalment il-kuntratt inbidel f’wieħed ta’ Design and Build għal somma fissa (lump sum). Mill-istess natura tagħha din is-somma mhijiex maqsuma f’dipartimenti jew kmamar individwali. Għalhekk l-informazzjoni dwar kemm ġie jiswa il-bini tad-dipartiment tal-Gamma Scan ma tistax tingħata.
L-ewwel Gamma Unit kienet ordnata minn għand il-kumpanija Inso S.p.a. li meta tefgħu l-offerta tagħhom, bi żball kienu ikkwotaw il-valur ta’ din il-Gamma Unit għall-valur ta’ €0.00. Għalkemm kien jidher car li dan kien żball min-naħa tal-kumpanija, ma kellhomx għażla ħlief li jaċċettaw dan l-iżball u l-offerta tagħhom kellha tiġi aċċettata mill-gvern.
It-tieni Gamma Unit kienet ko-finanzjata mill-International Atomic Energy Agency (IAEA). Id-Dipartiment ħallas USD 187,586 jew 43% tal-ispiża globali li kienet tammonta għal USD 435,106. Din il-Gamma Unit, apparti l-i
scanner
innifsu, kienet tinkludi
treadmill
għall-
stress testing
,
ECG gating equipment
u skambji ta’ esperti inkluż taħriġ ta’
physicist
u
radiographer
f’centri barra minn Malta.
Informat ukoll li l-manutenzjoni tal-apparat kollu tad-Dipartiment tal-Medical Imaging jiġi jiswa € 1,130,505 fis-sena. L-informazzjoni dwar l-ispiża ta’ kull servizz mogħti mill-isptar Mater Dei tkun imxandra fil-ħin opportun. L-ispiża tal-
mammograms
li qegħdin isiru mill-Health Screening Unit hija ta’ bejn 30 u 35 ewro kull wieħed.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13720, 13623, 13461, 12946 u 12643 u jgħid:
a) kemm hemm
gamma scans
fl-Isptar Mater Dei?
b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa?
ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009?
d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż?
e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges?
Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?
Jista' l-Ministru jara li tinfetaħ it-toqba tad-drenaġġ ta' bitħa interna fil-flats, li qed jinbagħtu separatament, peress li wara x-xita, din qed tfur bl-ilma? Jista' jara ukoll li jinstab rimedju għas-switches ta' dan il-flat peress li mhux qed jiffunzjonaw tajjeb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jara meta se jsir ir-reception desk tal-Paola Health Centre peress li dan ilu jiġi mwiegħed aktar minn ħames snin? Jista' jara ukoll li jingħataw computers għar-receptionist biex jitħaffef il-proċess tal-applikanti?
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi introdotta l-mediċina IVABRADINE (Procoralan) fuq skeda V, liema mediċina tiswa €66.62 fix-xahar, minħabba l-fatt li persuni asmatiċi jsostnu li permezz ta' din il-mediċina qed isibuha aktar faċli sabiex jitilgħu taraġ u jagħmlu attivitajiet oħra bla tbatija ta' xejn? Peress li l-Gvern ħabbar lista ġdida ta' mediċini fil-budget li kellhom jiġu introdotti, jista' jgħid jekk l-IVABRADINE hix se tkun waħda minhom?
uffiċjali governattivi u para-governattivi — ristrutturar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-istrutturar jew ir-ristrutturar tal-entitajiet uffiċjali kemm governattivi u kemm dawk para-governattivi (Government appointed bodies) li jamministraw l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta? Jista' jippreżenta f'din il-Kamra l-pjanijet kemm jista' jkun dettaljati, dejjem jekk jeżistu, dwar l-Aġenzija Comsumer Protect u dwar l-Awtorità li prospettivament se tkun responsabbli għall-Fair Trade, liema entitajiet ġew imsemmija mill-istess Ministru qabel u matul id-diskors tal-Budget 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturar qiegħed fi stadju avvanzat u aktar dettalji f’dan ir-rigward jingħataw ‘l quddiem.
assistant care workers — opportunità ta' promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għall-assistant care workers li qegħdin fi Scale 16?