Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14588 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Laboratorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14311 u jgħid kemm swew lill-Gvern il-laboratorji tal-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14589 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — ħlas ta' maintenance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14312 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance fl-Isptar San Luqa fis-sena 2006?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14326 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

immigranti illegali identifikati morda bit-TB li jgħixu fl-open centres jew fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-immigranti illegali li ġew identifikati morda bit-TB mis-sena 2002 sas-sena 2009, ġew mogħtija l-freedom u llum qed jgħixu fl-open centres jew fil-komunità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hija l-prassi li qabel immigrant joħroġ miċ-Ċentru tad-Detenzjoni irid jgħaddi minn eżami mediku u dan jgħodd ukoll għal immigrant li jkun marid bit-TB. Immigrant li mal-wasla tiegħu f'Malta jinstab li jkun marid bit-TB jibda jingħata l-kura mill-ewwel u ma jiġix rilaxxat miċ-Ċentru tad-Detenzjoni qabel ifieq.
Leg 11 PQ #14327 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

immigranti illegali fid-detention centre — proporzjon ta' ikel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-immigranti illegali fid-detention centre ta' Lister Barracks jieħdu proporzjon ta' ikel bħal zokkor u tè aktar minn dawk li jieħdu fil-Barracks ta' Ħal Safi u l-Barracks ta' Kandja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proporzjon ta’ ikel bħal zokkor u tè provdut fiċ-ċentri ta’ detenzjoni kollha jitqassam abbażi ta’ l-ammont ta’ immigranti li jokkupaw kull ċentru. Infatti, kull meta xi immigranti jiġu rilaxxati miċ-ċentri tad-detenzjoni, l-ammont ta’ ikel meħtieġ jiġi kkomunikat lil kuntrattur li jforni l-ikel ħalli ma jipprovdix iżjed ikel milli jkun hemm bżonn.
Leg 11 PQ #14328 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

suldati — vista tal-għajnejn u nuċċalijiet b'xejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni s-suldati mhumiex qed jiġu moqdija biex jagħmlu vista tal-għajnejn u nuċċalijiet b'xejn bħall-pulizija meta l-Prim Ministru f'mistoqsija parlamentari kien stqarr li s-suldati għandhom dritt għal dan is-servizz daqs il-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-Regolamenti Dwar In-Nomini u L-Kondizzjonijiet Tas-Servizz Tal-Forza Regolari Tal-Forzi Armati Ta’ Malta jagħtu d-dritt lill-uffiċjali u l-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta għal trattament mediku bla ħlas minn uffiċjal mediku nominat għal dak l-iskop, f’ċentru mediku mgħammar għal dak l-iskop. Meta tali kura ma tkunx tista’ tiġi pprovduta f’dan iċ-ċentru allura l-individwu jintbagħat l-isptar Mater Dei. Suldati jikkwalikaw għal nuċċali b’xejn skont il-kriterji maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #14329 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

immigranti illegali fid-dentention centres li jgħeddu jew iħebbu għas-suldati — proċedura legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jiġġustifika l-fatt li l-immigranti illegali fid-dentention centres li jgħeddu jew iħebbu għas-suldati u li jkunu tressqu quddiem spettur biex jiġu imħarrka jingħataw il-libertà mingħajr kundizzjoni li jridu jiffirmaw l-għassa tal-pulizija? X'inhi r-raġuni li meta l-istess immigranti li suppost jidħlu l-Qorti u ma jidhrux, kollox jibqa' għaddej mingħajr ma ssir ġustizzja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi huwa minnu li meta immigranti illegali fiċ-ċentri tad-detenzjoni jgħeddu jew iħebbu għas-suldati dawn jiġu mressqa quddiem spettur biex jiġu mħarrka. L-immigranti imbagħad jerġgħu jintbagħtu fiċ-ċentri tad-detenzjoni u jekk ikunu għadhom ma ġewx mogħtija l-libertà dawn jitressqu l-Qorti fiż-żmien stipulat.
Leg 11 PQ #14349 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonant — talba għal ħlas lura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7046 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienu qalulu li ħa promotion imma qatt ma ħa żieda u li qed jitlob ħlas lura tas-sena 2005 għax kienu qalulu li dawn il-flus se jingħataw wara l-collective agreement?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #14405 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpens fuq twaqqih ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tingħata l-kumpens dovut fuq post li l-Gvern kien waqqa' fis-snin sebgħin? Jista' l-Gvern jara li jżomm mal-ftehim li kien sar?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14315 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ħlas minn gvernijiet tal-Unjoni Ewropea għal kura medika għat-turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern Malti minn gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika għat-turisti taħt l-iskema E111 fl-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14316 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ħlas mill-Gvern Malti lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika ta' Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern Malti lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika ta' Maltin li kienu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u għamlu użu mill-iskema tal-E111?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ħaddiema tas-sanità — spezzjoni fuq garage

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tas-sanità jispezzjonaw il-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li minnu ħerġin ħafna ġrieden?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14323 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali li kellhom jitilgħu l-Qorti u ma nstabux

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il immigrant illegali li kellu jitla' l-qorti ma telax u baqa' ma nstabx? X'passi jittieħdu f'każijiet bħal dawn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11017.
Leg 11 PQ #14324 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li jgħixu Malta imma mweldin barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies joqogħdu Malta u Għawdex u li twieldu barra minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Minsteru konċernat.
Leg 11 PQ #14325 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

NGOs li jaħdmu mal-immigranti illegali — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema u kemm huma l-NGOs li jaħdmu mal-immigranti illegali? Kull NGO imsemmija, kemm ħadet għajnuna ta' flus mill-gvern u mill-Unjoni Ewropea separatament? Kemm kien l-ammont f'kull każ mis-sena 2002 sas-sena 2009 sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-NGOs u Għaqdiet oħra li b'xi mod jaħdmu mal-immigranti illegali huma s-segwenti:- Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk l-ammonti li ngħataw lill-NGOs kemm minn fondi Ewropej kif ukoll mill-Gvern matul is-snin indikati mill-Onorevoli Membru.
Leg 11 PQ #14309 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — ħlas pagi, allowances u overtime lin-nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn in-nurses kienu ta' nazzjonalità mhux Maltija u kemm ħallas il-Gvern lil dawn in-nurses bħala akkomodazzjoni u allowances oħra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14310 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — ħlas ta' pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn it-tobba, konsulenti u speċjalisti kienu ta' nazzjonalità barranija? Kemm ħallas il-gvern lil dawn għal akkomodazzoni u allowances oħra? Dawn kienu eżenti mill-ħlas tal-income tax?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14312 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — ħlas ta' maintenance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance fl-Isptar San Luqa fis-sena 2006?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14313 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — spiża ta' maintenance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance tal-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14314 Sitting 186 2010-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar ċesarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqum ċesarja (kollox inkluż) lill-Gvern? Kemm saru ċesarji fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.