Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14770 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tneħħija tal-gabbani ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-gabbani ta' Bieb il-Belt hux se jitneħħew? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' jagħti raġuni għaliex se jitneħħew u meta huwa maħsub li se jitneħħew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-gabbani ser jiġu rilokati fil-post il-ġdid tal-Bus Terminus u dan jiġri meta jiċċaqlaq it-Terminus.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed jidħol l-ilma fid-dar tagħha u ħadd ma qiegħed jieħu r-responsabilità dwar dan, kemm min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll min-naħa tas-Sanità ? Jista' jara li l-każ jiġi solvut għall-ġid ta' dan il-konsumatur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jidher li l-Koporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma diġà ippruvat issolvi dan il-każ qabel, iżda rriżulta li l-kampjun li ttieħed jindika ilma li mhuwiex ġej mis-sistemi tal-ilma jew tad-drenaġġ tal-KSI. Fil-fatt, il-każ għadda f’idejn id-Dipartiment tas-Saħħa li investiga ir-residenzi tal-madwar. Peress li għadda ftit taż-żmien, il-KSI se terġa’ tinvestiga il-każ billi: a) jittieħed kampjun ieħor, b) għal darb’oħra jiġu spezzjonati s-sistemi tal-ilma u d-drenaġġ tal-lokal.

Gamma Department — spiża tal-mammogram

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14189, fejn il-Ministru ta l-ispiża ta' kull mammogram li qed isir mill-Health Screening Unit, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif din l-ispiża ġiet allokata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-breakdown għal din l-ispiża ġiet allokata billi l-ispiża rikurrenti proġettata għaċ-Ċentru Nazzjonali għall-Breast Screening għas-sena 2010, li huwa ta' madwar nofs miljun ewro, ġiet diviza bin-numru ta’ mammograms stmat għal din is-sena, jiġifieri madwar 14-15,000. Dan m’għandux x’jaqsam ma’ l-ispejjeż tal Gamma Department. Iċ-Ċentru għall-Breast Screening hu Line Item għalih fil-Budget 2010.

roti modifikati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14286 u 14081 u jgħid jekk jeżistux regolamenti għar-roti li ġew modifikati għall-mutur jew moped tal-petrol? Kemm trid tkun l-età? Hemm xi tip ta' test? Jekk isir inċident, min hu responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-materja li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant hija regolata bir-Regolamenti tal-2004 dwar Ċikletti bil-Pedali u Muturi b'Qawwa Baxxa kif pubblikati b'Avviż Legali 129 ta' 2004.
Leg 11 PQ #14597 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

assistant care workers — opportunità ta' promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14288 u 14078 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għall-assistant care workers li qegħdin fi Scale 16?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għalissa m'hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għal assistant care workers li qegħdin fi Skala 16.
Leg 11 PQ #14598 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Paola Health Centre — reception desk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14290 u 14075 u jara meta se jsir ir-reception desk tal-Paola Health Centre peress li dan ilu jiġi mwiegħed aktar minn ħames snin? Jista' jara ukoll li jingħataw computers għar-receptionist biex jitħaffef il-proċess tal-applikanti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li diġà beda x-xogħol biex isir ir-reception desk fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u mistenni jitlesta fi żmien ta' ftit ġimgħat. Il-computer għar-receptionist ġie ordnat u se jkun istallat fi ftit żmien.
Leg 11 PQ #14599 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina IVABRADINE

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14291 u 14076 u jgħid meta se tiġi introdotta l-mediċina IVABRADINE (Procoralan) fuq skeda V, liema mediċina tiswa €66.62 fix-xahar, minħabba l-fatt li persuni asmatiċi jsostnu li permezz ta' din il-mediċina qed isibuha aktar faċli sabiex jitilgħu taraġ u jagħmlu attivitajiet oħra bla tbatija ta' xejn? Peress li l-Gvern ħabbar lista ġdida ta' mediċini fil-budget li kellhom jiġu introdotti, jista' jgħid jekk l-IVABRADINE hix se tkun waħda minhom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Mediċina Ivabrsdine (Procoralan) m'hiex waħda mill-mediċini ġodda li se jiġu introdotti fuq Schema V. Informat ukoll li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt ma rċieva l-ebda talba sabiex din il-mediċina tiġi introdotta fuq il-formolarju tal-gvern.
Leg 11 PQ #14610 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz ta' lifter fi Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm is-servizz ta' lifter fis-Sala S4, Ward Green, 3rd Floor, Sptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14611 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paul — demensia ward

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anjzana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fl-Isptar Karen Grech tistenna biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-sala tad-demensia mill-aktar fis fuq talba tagħha u tal-familja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13624 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13456, 13178, 12944 u 12639 u jgħid: a) X'inhu l-ammont totali ta' flus li Malta ħadet sal-aħħar ta' Ottubru 2009 mill-Unjoni Ewropea? b) F'liema proġett intnefqu dawn il-flus? ċ) Kemm kien is-sehem tal-Gvern Malti f'dawn il-proġetti? d) Kemm hemm nies illum li sabu impjiegi ġodda permezz ta' dawn il-proġetti? e) Kemm kien il-kontribut totali f'kull forma finanzjarja lill-Unjoni Ewropea minn mindu Malta saret membru sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' l-Prim Ministru jagħti risposti fid-dettall għal kull domanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13722.
Leg 11 PQ #14590 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — spiża ta' maintenance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14313 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance tal-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14591 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar ċesarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistosqija parlamentari 14314 u jgħid kemm tqum ċesarja (kollox inkluż) lill-Gvern? Kemm saru ċesarji fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14592 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — ħruġ ta' ilma minn kamra tal-banju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14299 u jara li jittieħdu passi biex jiġi rimedjat l-inkonvenjent li qegħdin isofru inkwilini tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba ħruġ tal-ilma mill-kamra tal-banju tal-post indikat? Jista' jara li tingħata attenzjoni lil dan il-każ peress li l-post kien mogħti mill-Awtorità tad-Djar u l-inkwilin in kwestjoni qiegħed bir-relief?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija kienet diġa bbenefikat minn għand l-Awtorità tad-Djar sabiex tistalla kamra tal-banju ġdida. Il-policy tal-Awtorità tad-Djar ma tippermettix li persuna terġa' tibbenefika minn għajnuna fuq l-istess xogħlijiet. Għalhekk, hija fir-responsabilità tal-persuna msemmija illi tfittex lil min għamel ix-xogħol fil-kamra tal-banju.

Awtorità tad-Djar — post li għadu bla dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14300 u jara li jerġa' jitmexxa l-każ tal-famlija, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għadha tinsab bla dawl anke wara li diġà żaruha uffiċjali mill-Awtorità tad-Djar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14594 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

operazzjoni tal-katarretti — spiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14307 u jgħid kemm tiswa operazzjoni tal-katarretti lill-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14595 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — pagi, allowances u overtime lin-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14308 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar San Luqa fis-sena 2005?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ħallas is-somma ta' Lm8,280,299.89 għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar San Luqa fis-sena 2005, maqsumin hekk :- Pagi - Lm5,696,574.05 Allowances - Lm2,386,237.82 Overtime - Lm 197,488.02
Leg 11 PQ #14584 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq apparati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14100, 13625, 13467, 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14585 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14190, 13720, 13623, 13461, 12946 u 12643 u jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14586 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — ħlas pagi, allowances u overtime lin-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14309 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn in-nurses kienu ta' nazzjonalità mhux Maltija u kemm ħallas il-Gvern lil dawn in-nurses bħala akkomodazzjoni u allowances oħra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14587 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — ħlas ta' pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14310 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn it-tobba, konsulenti u speċjalisti kienu ta' nazzjonalità barranija? Kemm ħallas il-gvern lil dawn għal akkomodazzoni u allowances oħra? Dawn kienu eżenti mill-ħlas tal-income tax?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.