Informazzjoni dwar ċentri ta' matul il-jum għal persuni b'saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli taż-żewġ ċentri ta' matul il-jum li hemm f'Raħal Ġdid u ż-Żejtun għall-persuni li jieħdu kura għas-saħħa mentali? X'attivitajiet qed jiġu organizzati f'dawn iċ-ċentri? Se jinfetħu aktar ċentri bħal dawn? X'għandu wieħed jagħmel biex jattendi f'dawn iċ-ċentri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Iċ-ċentri ta’ matul il-jum ta’ Raħal Ġdid u ż-Żejtun jaqghu taħt ir-responsabbiltà tal-management ta’ l-isptar Monte Karmeli.
F’dawn iċ-ċentri jiġu organizzati ħarġiet u għajnuna fi gruppi zgħar biex wieħed jitgħallem jaqra, jikteb, jgħodd, isajjar u
social skills
. Minn żmien għal żmien jiġu organizzati
Open Days
biex persuni li jgħixu fil-
catchment areas
ta’ dawn iċ-ċentri ikollhom l-opportunità li jagħmlu mistoqsijiet dwar is-saħħa mentali u jiġu esibiti
crafts
li jkunu għamlu il-persuni li jattendu l-istess ċentri.
Barra minn hekk isiru wkoll
sessions
individwali mas-
social worker
,
occupational therapist
u
trainee psychologist/counsellor
.
Biex wieħed jattendi jrid ikollu riferta mingħand il-psikjatra tiegħu.
Informazzjoni rigward uffiċjali li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra f'liema stadju wasal l-istrutturar jew ir-ristrutturar tal-entitajiet uffiċjali kemm governattivi u kemm dawk para-governattivi (government appointed bodies) li jamministraw l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta?
Jista' l-Prim Ministru jippreżenta f'din il-Kamra l-pjanijiet, kemm jista' jkun dettaljati dejjem jekk jeżistu, dwar l-Aġenzija dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur u dwar l-awtorità li prospettivament se tkun responsabbli għall-Fair Trade, liema entitajiet ġew imsemmija mill-Onor. Tonio Fenech qabel u matul id-diskors tal-Budget 2010, li dak iż-żmien kien responsabbli midd-Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni (DKK)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Preżentement qed titħejja l-liġi biex tiġi mwaqqfa l-Awtorità li se tkun responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni. Din għandha tiġi ppreżentata fil-ġimgħat li ġejjin għall-konsultazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15932 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellha s-sussidju fuq it-telephone maqtugħ? Jista' jara x'ġara u jirakkmanda lil din il-persuna x'tagħmel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-każ ta’ din l-anzjana kien ir-raġel tagħha li kien qiegħed jibbenefika minn dan is-servizz. Wara li dan ġie nieqes f’Ġunju tal-2009, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità kien staqsa lil din l-anzjana jekk kellhiex fil-pussess tagħha il-karta r-roża sabiex tkun tista’ tibqa’ tibbenefika mis-sussidju fuq il-linja tat-telefon. Minkejja diversi tentattivi minn naħa tad-Dipartiment, l-anzjana qatt ma tat tweġiba, la permezz tat-telefon u lanqas bil-miktub. Għaldaqstant id-Dipartiment kellu jwaqqaf s-sussidju fuq il-linja.
Jekk l-anzjana għandha fil-pussess tagħha il-karta r-roża dejjem tista’ terġa’ tapplika sabiex tibbenefika minn dan is-sussidju.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ dwar talba minn famlija, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għal bdil ta' post ma' post ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din l-applikazzjoni daħlet ftit tal-ġimgħat ilu. L-inkwilin ta’ post tal-Gvern qiegħed jitlob post b’anqas taraġ. S’issa l-awtorità m’għandiex post li jwieġeb għal ħtiġijiet tal-applikant.
Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' enforcement, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament, fuq talba li saritlu minn numru ta' residenti?
Jista' l-Prim Ministru jara li wara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed twaqqa iċ-ċnut tal-għelieqi għal tlett u erba' filati u issa li qed jiġri huwa li l-għelieqi tal-bdiewa ġew esposti fejn qed jidħlu ħafna ilmenti li dawk li huma ma' triq qed jidħlulhom u jieħdu l-prodotti u anke qed jisirqu pipes u makkinarju tat-tisqija? Jista' jgħid jekk hemmx xi rimedju biex jkollok xi forma ta' ilquħ u sigurtà?
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li se jagħmel il-proġett ta' Bieb il-Belt u l-kumplament peress li fil-media ingħad li l-proġett se jibda jekk mhux beda ukoll? Issejħet offerta ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur fuq ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għadu ma ġiex imqabbad. Dan għandu jsir wara li tinħareġ sejħa għall-offerti (tenders).
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-kataretti mill-1 ta' Jannar sal-lum u kemm hemm bħalissa jistennew fuq il-waiting list?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register ta’ l-Isptar Mater Dei f’Jannar u Frar 2010 kien hemm 312 operazzjonijiet tal-kataretti li ġew irreġistrati. L-informazzjoni dwar kemm saru operazzjonijiet matul Marzu 2010 għadha mhux finalizzata. In-numru ta’ nies li kienu qegħdin fuq il-lista ta’ stennija fl-aħħar ta’ Marzu 2010 biex isirilhom l-operazzjoni tal-kataretta ammontaw għal 5436.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti b'overdose fl-emerġenza ġewwa Mater Dei mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li skont tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal- A & E Module tal-Patient Administration System, mill-1 ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Marzu 2010 kien hemm 58 kaz li ġew fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u li ġew irreġistrati li kienu ħadu overdose ta’ xi tip ta’ droga/mediċina.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15814 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura , Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jinforma lil din il-Kamra jekk jeżistux xi tip ta' kimiċi fil-bozoz energy savers, liema kimiċi huma valenużi, li jistgħu jkunu ta' detriment għas-saħħa ta' min qed jużahom meta dawk jinkisru fid-dar? Aktar dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 13975.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15523 u jgħid kemm saret tiswa liċenzja ta' karozza tal-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kellu korrispondenza li kienet tgħid li l-liċenzja kellha tkun ferm inqas milli hija llum? Jista' jagħti spjegazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Skemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn kumpaniji
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15816, li parti minnha ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-iskemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn mal-kumpaniji, bħal per eżempju, tal-monti, tal-linja u tal-Maltacom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara li fil-bandli ta' Triq Ninu Cremona ma' Triq Brittanja, Raħal Ġdid jiġi stallat id-dawl biex jiġu evitati l-abbużi u t-tfal ta' din l-area jkollhom aktar sigurtà?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola illi fil-bandli ta’ Triq Ninu Cremona ma’ Triq Brittanja, kien hemm xi dawl li skont l-Enemalta ma kienx hemm permess għalih. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali ser jieħu l-passi biex japplika ma’ l-Enemalta għal dawl ġdid.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15525, qed jintbagħtu separatament dokumenti u ritratti li juri għaliex din l-omm b'sitt itfal ma kenitx tgħix fil-post minħabba iċ-ċirkostanzi deskritti? Tista' l-Ministru tara li dipartiment jikkonsidra dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad- Djar għadha għaddejha bl-istħarriġ tagħha.
skemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-iskemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn mal-kumpaniji eż. Tarzna, Maltacom, monti, tal-linja, Ship Building, Sea Malta, Korporazzjoni Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Ajruport Internazzjonali ta' Malta eċċ., f'dawn l-aħħar 20 sena, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15816.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15806 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15521, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li risposta ingħatat fis-seduta 206 għall-interpellanza numru 15806.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15805, 15326, 14942, 14594 u 14307 u jgħid kemm tiswa operazzjoni tal-katarretti lill-Gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-eżerċizzju tekniku biex tiġi kkalkulata l-ispiża ta' l-operazzjonijiet b’mod reali jiġifieri fuq bażi ta' actual costs huwa ffinalizzat. Din l-informazzjoni tinħareġ ladarba jiġi emendat l-avviż legali 201/2004 li jirregola t-tariffi ta’ l-isptarijiet għall-barranin li mhumiex intitolati li jirċievu kura b'xejn mis-sistema pubblika tas-saħħa f'Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15794 u jara li terġa' tiġi reveduta talba ta' anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għal home help li din, fl-età li tinsab fiha, tixtieq li jkollha dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 15794.