Jista' l-Ministru jara l-kas tas-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li wara li mietlu zijuh spiċċa biex ġie mitlub iħallas is-somma ta' €2352.58? Jista' jiġi spjegat dan il-każ għax mhux ġust li wara li ħa ħsiebu u tah l-għajnuna spiċċa biex irid iħallas dan l-ammont?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali, residenti fir-Residenza San Vincenz de Paule iħallsu kontribuzzjoni tal-Welfare Committee kif ġej:
· 80% (net mit-taxxa) tal-pensjonijiet u bonus kurrenti; flimkien ma’
· 60% (net mit-taxxa) ta’ kull dħul ieħor li resident ikollu.
Filwaqt li l-kontribuzzjoni ta’ 80% mill-pensjoni tinqata’ direttament, l-anzjani jagħżlu kif iħallsu is-60% dovuti fuq dħul ieħor. Hemm anzjani li jħallsu is-somma dovuta f’daqqa u oħrajn li jħallsu kontribuzzjoni fix-xahar.
Il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kien daħal fl-isptar Karen Grech nhar il-21 ta’ Ottubru 2009 u kien ġie trasferit għar-Residenza San Vinċenz de Paule fil-21 ta Jannar 2010 fejn miet fit-18 ta’ April 2010. Għalhekk skont id-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali Nru 259 tal-2004, dan l-anzjan kien dovut iħallas kontribuzzjoni bir-rata ta’ 80% tal-pensjoni tiegħu. Il-ħlas li għalih qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huma flus dovuti lill-Gvern minn meta daħal l-Isptar Karen Grech sakemm miet. Bħal ma hija prattika normali, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet jinħadmu b’lura u l-anzjani jew il-qraba tagħhom ikunu notifikati mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali rigward il-kontribuzzjonijiet. Din il-persuna kienet ġiet notifikata darbtejn, fit-22 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Frar 2010. Id-Dipartiment għas-Servizzi Soċjali kien informa wkoll lill-qarib tiegħu, permezz ta’ notifiki datati 25 ta’ April 2010 u 14 ta’ Mejju 2010. Peress li ħlas isir b’lura, in-neputi tad-defunt kien jaf li xi parti mill-pensjoni kellha titħallas b’lura.
Jista' l-Ministru jsegwi l-kaz ta' tifel ta' disa' snin, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li dan ħajtu dejjem l-isptar anke qatgħulu parti minn idejh u issa akkwista lift, jista' jintbagħtlu perit biex jaraw fejn se jeħel dan il-lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar tista’ toffri għajnuna lill-persuni li japplikaw u jikkwalifikaw taħt id-diversi skemi li toffri. F’każ ta’ istallazzjoni ta’ lift, l-Awtorità tad-Djar toffri għajnuna taħt skema E jew L skond il-każ. Minħabba li diġà saru talbiet minn residenti għall-istallazzjoni ta’ lift kemm fil-blokk imsemmi kif ukoll oħrajn simili fl-istess inħawi, l-Awtorità tad-Djar kienet għamlet diversi spezzjonijiet fejn, f’kull każ, ġie kkonfermat li mhuwiex teknikament possibbli li jiġi akkomodat lift fil-partijiet komuni ta’ dawn il-blokki.
Tista' l-Ministra tara li jsir transfer tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li fuq ordni tal-Professur ma tistax taħdem f'dak il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15817, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jbati b'diżabilità fl-ispina ta' dahru u jixtieq li jkollu no parking quddiem id-dar tiegħu minħabba l-istess diżabilità, iżda minħabba li dan għandu l-garaxx ħdejn il-bieb, in-no parking li jixtieq ma ġietx aċċettata kemm mill-Awtorità dwar it-Trasport, kif ukoll mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kif qal tajjeb l-Onorevoli Interpellant il-każ in kwistjoni diġà kien ikkunsidrat taħt l-istrutturi u policies eżistenti, kemm mill-Board għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni B’Diżabbiltà kif ukoll f’appell magħmul għand ir-Review Panel immexxi mill-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà u fiż-żewg każi it-talba kienet micħuda skont il-policy għaliex l-applikant għandu garage mad-dar. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li mhux ir-rwol tiegħi bħala Ministru li nintervjeni f’deċiżjonijiet bħal dawn.
Madankollu jien infurmat li f’dan il-każ partikolari l-Board imsemmi qabel kien kiteb lil kunsill lokali konċernat u irrakkomandalu li jinżebgħu linji sofor doppji fuq naħa waħda tal-
garage
in kwistjoni sabiex ikun faċilitat id-dħul u l-ħruġ tal-applikant bil-karozza tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda tal-aħħar budget għall-iskema tal-micro credit lin-negozji żgħar peress li ilha mwegħda u li anke kien hemm konferma li se tingħata fl-aħħar ta' April u għad m'hemmx risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed isir dak kollu possibbli sabiex l-iskema tiddaħħal kemm jista’ jkun malajr.
Il-Gvern diġà ħoloq il-fond ta’ 10 miljun ewro sabiex jassigura t-twettieq tal-iskema kif maħsuba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14855, jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-flus dovuti lil din il-familja? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-gvern ssegwu l-kaz ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu problema bis-sufun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16770 u 16397 u jgħid kemm kien l-ammont tal-flus miġbura mit-taxxi tal-poplu f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16397.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15808, jista' l-Ministru jara li wara l-aħħar ċertifikat tal-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, id-dipartiment jerġa' jirrevedi l-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Bord tas-servizz tal-Home Help reġa’ ikkunsidra dan il-każ nhar il-Ħamis 13 ta’ Mejju 2010. Il-Bord hu tal-opinjoni li l-kundizzjoni medika imsemmija xorta waħda ma timpedix lil din il-persuna milli tagħmel xogħol domestiku ħafif fid-dar. Il-Bord innota ukoll li din il-persuna qed tistenna xi riżultati mediċi. Għaldaqstant dan il-każ se jerġa’ jiġi revedut meta l-bord ikollu għad-dispozizzjoni tiegħu dawn ir-riżultati.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ għall-operazzjoni tal-irkoppa tal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatmaent? Fiex wasal il-każ peress li ilu ħafna żmien jistenna u minħabba t-tbatija li għaddej minnha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li każi għall-operazzjoni tal-irkoppa jitmexxew skond l-urġenza tal-każ. Jekk il-kundizzjoni tal-imsemmi pazjent iggravat, dan għandu jirrikorri għand il-konsulent Ortopediku tiegħu, fejn il-konsulent jerġa' jevalwa l-każ u l-urġenza tal-operazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda tal-aħħar budget għall-iskema tal-micro credit lin-negozji żgħar peress li ilha mwegħda u li anke kien hemm konferma li se tingħata fl-aħħar ta' April u għad m'hemmx risposta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-flus miġbura mit-taxxi tal-poplu f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-total tat-taxxa fuq id-dħul minn personal income tax miġbura fl-2008 kien ta’ €735.9 miljun filwaqt li fl-2009 l-ammont laħaq €739.4 miljun. In-numru ta’ taxpayers f’dawn is-sentejn kien ta’ 159,444 u 130,120 rispettivament.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-iskema li tixtri d-dar/appartament fejn togħqod li jkun tal-gvern għadhiex fis-seħħ? Jekk le, meta din se terġa' tiftaħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandiex skema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post. Mhux ippjanat li din l-iskema terġa’ tkun fis-seħħ fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jara kif ħmistax ilu anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irrapportat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jibagħtulha l-meter reader u dan għadu ma ntbagħatx jaqra l-meter?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ilment hawn imressaq mill-Onorevoli interpellant, ġie investigat u ttieħdet l-azzjoni neċessarja.
Il-konsumatriċi ġiet ikkuntatjata u ġie stabilit li l-problema kienet rigward il-kirjiet ta’ l-arloġġ tad-dawl. Minn naħa tagħna għamilna l-investigazzjonijiet meħtieġa u saru l-aġġustamenti neċessarji, kif ukoll ħareġ kont attwali fejn dawn l-aġġustamenti ġew inklużi fl-istess kont. Il-konsumatriċi ġiet infurmata.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li se jispiċċaw jeħdulu mill-pensjoni flus biex iħallas arretrati u dan l-anzjan se jispiċċa ma jibqagħlu xejn għalih personali? Dan l-anzjan irid iħallas ukoll €13,67 fix-xahar u din se jkollha tħallashom it-tifla. Peress li dan la għandu flus il-bank u lanqas għandu pensjoni oħra, tista' l-Ministru tara x'jista' jsir dwar dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna oħra nkarigata mill-anzjan biex tavviċina l-uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Anzjana — Talba għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament li kienet fir-Residenza San Vinċenz de Paule imbagħad marret iż-Żejtun Home, u min hemm kellha titlaq għax il-flus ma servewhiex biex tixtri il-pilloli? Issa li reġgħet applikat għall-home tal-gvern, jista' jgħin fil-każ u jagħti l-aħħar tagħrif?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-1 ta’ April 2010 il-każ tal-anzjana imsemmija reġa’ tressaq quddiem l-Admissions Board fejn ikkonferma d-deċiżjoni li l-anzjana għandha tiġi rikoverata ġewwa residenza għall-anzjani bħala każ urġenti. Il-Board irrakkomanda li l-anzjana għandha tiddaħħal ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule minħabba l-kundizzjoni medika tagħha. L-anzjana ġiet infurmata b’din id-deciżjoni fis-7 ta’April 2010. S’issa din l-admission għadha pendenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16770 u 16397 u jgħid kemm kien l-ammont tal-flus miġbura mit-taxxi tal-poplu f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16793 u jara kif ħmistax ilu anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irraportat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jibgħatulha l-meter reader u dan għadu ma ntbagħatx jaqra l-meter?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16793.