Jista' l-Ministru jara li jibdel is-servizz ta' telecare ta' anzjana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kull darba li dan it-telecare ikun bil-ħsara jgħidulha li dan għandu diffett?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-anzjana msemmija kienet ċemplet lit-Telecare Centre xi tliet ġimgħat ilu biex tinfurmhom li għandha it-telecare set bil-ħsara. Id-Dipartiment irrapporta din il-ħsara lill-kumpanija GO peress li s-settijiet tat-telecare huma kollha proprjeta tagħhom.
It-technician tal-GO ċempel lill-anzjana fuq is-sett tagħha u din weġbitu.
Fit-8 ta’ Ġunju 2010 it-Telecare Centre reġa’ għamel kuntatt mal-anzjana biex jistaqsuha jekk reġgħatx għandha ħsara u din irrispondiet li s-set tat-telecare ma jkunx il-ħin kollu bil-ħsara. It-Telecare Centre reġa’ kellem lit-technician tal-GO u dakinhar stess tagħha telecare set ieħor.
Direttur Ġenerali tal-GRTU — aggressjoni waqt laqgħa pubblika
Question
Billi minn rapporti fl-istampa jirriżulta li kien hemm min aggredixxa fiżikament lis-Sur Vince Farrugia, Direttur Ġenerali tal-GRTU waqt il-laqgħa pubblika ta' konsultazzjoni fuq l-impatt ambjentali tal-iżvilupp propost għal Ħondoq ir-Rummien, liema laqgħa saret fl-Iskola tal-Qala Għawdex nhar il-Ħamis 27 ta' Mejju, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi mill-Pulizija kontra l-agressur jew agressuri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sabiex il-Pulizija tkun tista' tipproċedi kriminalment dwar l-allegat inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, huwa meħtieġ li jkun hemm ir-rapport kif ukoll il-kwerela tal-parti offiża.
B'referenza għall-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li hija armla u bla tfal u li għandha boathouse fuq art tal-gvern u t-tifel ta' oħtha dar biha, jista' l-Ministru jgħid jekk dan għandux dritt li din il-boathouse issir fuq ismu bil-kunsens tal-armla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-prassi li jimxi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern f’dawn il-każijiet, it-trasferiment dirett ta’ din il-boathouse jista’ jsir biss lill-persuni li bil-Liġi huma kkunsidrati li huma l-werrieta jew l-eredi tal-persuna li preżentament għandha l-kirja u li legalment għandhom id-dritt biex jiġu rikonoxxuti f’din il-kirja. Kull trasferiment ieħor jsir biss permezz ta’ sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17841 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan ta' 80 sena li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li ma jistax jibqa' jgħix waħdu? Jista' jagħti attenzjoni xierqa lil dan il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ġiet ammessa f’Casa Serena taħt l-iskema tal-Public Private Partnership.
Tista' l-Ministru tara li tiġi rranġata rampa fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li bi ftit tibdil anzjana li tinsab fil-wheelchair tkun tista' toħroġ flimkien ma' bintha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Perit tal-Awtorità tad-Djar għamel spezzjoni fil-post fejn ikkonferma li m’hemm l-ebda mod bir-regoli stabbiliti ta’ aċċessibilità kif tista’ ssir rampa bit-tul neċessarju għall-użu bil- wheelchair minħabba li l-ispazju fl-entratura huwa ristrett wisq. L-Awtorità tad-Djar tista’ tagħti aċċessibilità sħiħa biss fejn il-post jippermetti. Ir-residenta fil-blokk in kwistjoni kienet ġiet infurmata li mhux teknikament possibbli li ssir rampa.
Jista' l-Ministsru jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-prezz ta' kull metru kwadru li l-gvern iħallas ta' art esproprijata għal skopijiet pubbliċi kemm meta l-art tkun fl-outside development zone kif ukoll meta hi fl-ischeme?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jingħata aktar kumpens lill-anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li bagħat flus lit-tifel tiegħu ġewwa Scotland u għax il-postal order ntilef, huwa ħa biss kumpens ta' €34.64? Jista' jidħol fil-każ biex isir ġustizzja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' single parent li talbet t-tobba tagħha jagħmlulha MRI u sal-lum għadha ma ngħatatx l-appuntament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-appuntamenti għall-MRI jitmexxew skont l-urġenza tal-każ u mhux fuq il-bażi ta’ first come first served. Il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tista’ tmur għand it-tabib li rreferiha għall-MRI u jekk it-tabib iħoss li l-każ huwa urġenti, għandu jikkuntattja lill-Konsulent Radjologu fid-Dipartiment tal-Medical Imaging tal-Isptar Mater Dei biex jiddiskutu l-każ u tittieħed l-azzjoni neċessarja.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14855, jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-flus dovuti lil din il-familja? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment qiegħed jivverifika l-informazzjoni li ngħatat dwar is-sidien tal-proprjetà li saret referenza għaliha fil-mistoqsija parlamentari 14855. Kif jintemm dan il-proċess u jiġi aċċertat min huma s-sidien reali ta’ din il-proprjetà, il-flus dovuti bħala kumpens jitħallsu minnufih lis-sidien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17630 u 17488 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14855, jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-flus dovuti lil din il-familja? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17488.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17631 u 17494 u jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17525 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u tara li jsir transfer tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li fuq ordni tal-Professur ma tistax taħdem f'dak il-post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-Direttorat tal-People Management and Support Services fi ħdan il-Ministeru tiegħi qatt ma rċieva talba dwar xi trasferiment mingħand il-persuna li indika l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan ta' 80 sena li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li ma jistax jibqa' jgħix waħdu? Jista' jagħti attenzjoni xierqa lil dan il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 17632 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u mistoqsija patrlamentari 17490 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilha u tara li l-ħaddiema tal-gvern ssegwu l-kaz ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu problema bis-sufun?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija li għandha problema fis-sufun qatt ma għamlet talba lill-Awtorita’ tad-Djar dwar dawn il-ħsarat. Għaldaqstant ser ssir spezzjoni fil-jiem li ġejjin sabiex jiġi investigat il-każ u tiġi solvuta din il-problema mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jiġi rivedut il-każ ta' mara li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għandha bżonn il-home help, liema persuna hija ċertifikata li għandha problemi kbar? Jista' jara li din il-persuna tingħata servizz mhux bi pjaċir imma bi dritt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant reġa ġie rivedut mill-Bord tal-Home Help nhar il-Ħamis 3 ta’ Ġunju 2010. Il-Bord talab li jsir assessment ieħor minn professjonisti fil-qasam mediku biex ikollu stampa ċara tas-sitwazzjoni u l-bżonnijiet ta’ din il-persuna. Il-Bord jerġa’ jirrevedi dan il-każ kif ikollu dan ir-rapport għad-dispożizzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17488 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14855, jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-flus dovuti lil din il-familja? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17494 u jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17490 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-ħaddiema tal-gvern ssegwu l-kaz ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu problema bis-sufun?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tad-Djar.