Legislature:
Category:
Reset
Active:

Art esproprijata

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-prezz ta' kull metru kwadru li l-gvern iħallas ta' art esproprijata għal skopijiet pubbliċi kemm meta l-art tkun fl-outside development zone kif ukoll meta hi fl-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18285.

Casa Messina Rabat — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jinsab Casa Messina Rabat li jixtieq jibda jgawdi mis-sussidju li l-gvern jagħti lill-anzjani biex joqogħdu f'homes privati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien applika fis-6 t’April 2010 u sarlu s-social assessment fit-23 ta’ Mejju 2010. Fit-3 ta’ Ġunju 2010 il-Bord ta’ Ammissjoni approva l-applikazzjoni ta’ din il-persuna għar-Residenza San Vinċenz de Paule bħala prijorita’ għolja. Din l-applikazzjoni tqegħdet fil-lista ta’ stennija. Meta din il-persuna ikun immissha biex tiġi ammessa fir-Residenza San Vincenz de Paule, din tingħata l-possibilita mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ li tibqa’ f’Villa Messina u tkun tista tibbenefika mill-iskema tas-sussidju li l-Gvern għandu ma’ Villa Messina, bħala parti mill-Public Private Partnership Scheme, dejjem jekk ikun hemm fondi suffiċjenti.

Raħal Ġdid — irranġar ta' dwal fit-toroq

Question

Jista' l-Ministsru jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-manutenzjoni meħtieġa fid-dwal tat-toroq imsemmija saret fil-31 ta’ Mejju 2010, l-istess ġurnata li ġie rrapurtat.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule, peress li tinsab bi problemi kbar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità fil-31 ta’ Mejju 2010. Fit-2 ta’ Ġunju 2010 il-file intbagħat għand is-Social Work Unit biex isir assessment. Imbagħad il-każ jgħaddi għall-aġġudikazzjoni tal-Bord ta’ Ammissjoni.

Proprjetà tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18277 u 18041 u jara li dawk li bnew ir-residenza privata tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office, ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens? Liema huma dawk il-lokalitajiet fejn għadhom sejrin in-negozjati biex jinfeda ċ-ċens?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju Konġunt kellu skema li permezz tagħha individwi li bnew ir-residenza tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Gvern jistgħu jifdu ċ-ċens, din l-Iskema kienet tħabbret fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002 u biha l-Gvern kien impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta’ dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, diment li huma użati bħala residenza ordinarja u/jew postijiet ta’ villeġġatura u li fl-2004 kienet estiża ukoll għal proprjetajiet simili tal-Gvern li qabel ma kinux jappartjenu lil xi Entitajiet Ekkleżjastiċi. Però b’effett mid-29 ta’ Jannar 2009, din ġiet imwaqqfa u sa ma joħroġ avviż ieħor mhux qed jintlaqgħu aktar applikazzjonijiet għal dan l-iskop. Dan sar sabiex id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern setgħet tirriorganiżża u tipproċessa dawk l-applikazzjonijiet li kienu għadhom pendenti. Qed jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex dawn l-applikazzjonijiet pendenti jinħadmu fl-iqsar żmien possibbli u b’hekk tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar il-possibiltà li titħabbar skema ġdida għal dan il-għan.

Raħal Ġdid — irranġar ta' dwal fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosijiet parlamentari 18282 u 17874 u jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17874.

roundabout ta' Sarè — arblu

Question

B'referenza għall-arblu tad-dawl ħdejn ir-roundabout ta' Sarè ħdejn l-istage li minn Raħal Ġdid tmur għall-Belt, liema arblu ilu tliet snin ma jixgħel minkejja li l-kunsill lokali ilu snin jirrapporta, jista' l-Ministrtu jirrimedja? Jista' jara wkoll l-arblu ta' ħdejn it-traffic lights taċ-ċimiterju għax dalwaqt jaqa'?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawn iż-żewg ħsarat ġew irrapurtati lil-Enemalta nhar it-Tnejn 14 ta’ Ġunju. L-arblu ta’ ħdejn it-traffic lights taċ-ċimiterju ġie rranġat. L-arblu ta’ ħdejn ir-roundabout ta’ Sare’ għandu cable fault. Peress li din l-area hija traffikuża ħafna, qed isiru arranġamenti ma’ Transport Malta u mal-Wardens biex joħorġu l-permessi neċessarji sabiex isiru x-xogħlijiet kemm jista' jkun malajr.

Servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jara jistax jirranġa sabiex il-home help li tmur għand l-anzjana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, it-Tlieta filgħodu tkun tista' tmur wara d-9.30am peress li minħabba problema ta' mobilità qed issibha bi tqila biex tqum kmieni filgħodu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

nfurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għandha servizz tal-Home-Help darbtejn fil-ġimgħa kif ġej: · nhar ta’ Tnejn mill-10.00 a.m. sa 12.00 p.m. u · nhar ta’ Tlieta mit-8.00 a.m. sa l-10.00 a.m. Is-servizz tal- Home-Help jibda mis-7.00 a.m. sas-2.00 p.m. Il-ħin allokat għall-klijenti jitqassam matul dan il-perjodu. Il-ħin kollu tax-xogħol irid jiġi utilizzat u għalhekk mhuwiex possibbli li takkomoda lil kull klijent f’ħinijiet speċifiċi. Dwar dan il-każ partikolari, il-Bord tal- Home-Help jidhirlu li l-ħinijiet allokati lil din il-persuna huma raġonevoli.

Telf ta' postal order ta' anzjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18029 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilha u tara li jingħata aktar kumpens lill-anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li bagħat flus lit-tifel tiegħu ġewwa Scotland u għax il-postal order ntilef, huwa ħa biss kumpens ta' €34.64? Tista' tidħol fil-każ biex isir ġustizzja?

Response (GATT, AUSTIN)

B’riferenza għall-każ imsemmi fejn l-Onor. Interpellant qed isaqsi dwar każ fejn jintilef xi postal order li jintbaghat bil-posta, jien infurmat li Maltapost tat kumpens skont regolamenti internazzjonali maħruġa mill-Universal Postal Union (UPU) f’każijiet ta’ ittra rreġistrata. Dawn ir-regolamenti huma ppublikati fuq il-website ta’ Maltapost u jistgħu jinstabu f’kull uffiċċju tal-Maltapost jew jekk wieħed iċempel lill-customer care ta’ l-istess kumpanija. Mit-tagħrif mogħti però mhux ċar jekk il-każ inkwistjoni huwiex dwar telf ta’ postal order jew inkellha każ fejn flus kontanti intbagħtu b'posta reġistrata u dik l-ittra intilfet fil-posta. Jekk hu il-każ ta’ l-ewwel, allura l-persuna konċernata f’każ fejn l- postal order ma jiġix imsarraf mill-persuna favur min inħareġ l-imsemmi postal order fiż-żmien stipulat applikabbli għal dak l- order partikolari, allura mbagħad il-persuna konċernata tista’ titlob li l-ammont mibgħut tramite il- postal order jitħallas lura lillu. F’każ però fejn intbagħtu flus kontanti b' posta reġistrata, l-massimu li wieħed jista’ jieħu hu l-kumpens ġià imsemmi skond regolamenti internazzjonali maħruġa mill- Universal Postal Union (UPU) f’każijiet ta’ ittra rreġistrata.

Miżata lill-gvern għar-residenza tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-anzjana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament għandha tagħti lill-gvern bħala miżata għax tinsab fir-residenza tal-gvern? Kemm se jibqa' f'idejha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ir-rata tal-kontribuzzjoni/miżata li ġiet applikata hija ta’ 80% minn kull pensjoni, benefiċċju, għajnuna soċjali, bonus jew allowance li tirċievi nett mit-taxxa fuq id-dħul. Il-persuna konċernata ser jibqalha f’idejha €1,400 fis-sena.

Ftuħ ta' ħwienet fl-1 ta' Mejju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17810, 17631 u 17494 u jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hu minnu li l-GRTU erba’ t’ijiem qabel l-1 ta’ Mejju ikorrispondiet mal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment iżda l-policy tal-Gvern hi li l-ħwienet ma jiġux imħeġġa jiftħu f’jiem ta’ festi jew fil-jiem tal-Ħadd sakemm ma jkunx hemm l-eċċezzjoni ta’ xi okkażjoni partikolari li tkun ta’ benefiċċju inevitabbli għas-settur tan-negozju. F’dan il-każ ittieħdet id-deċiżjoni li ma tiġix applikata din l-eċċezzjoni. Sadanittant is-Segretarju Parlamentari għal Negozji żgħar u Artijiet ma rċieva l-ebda parir mingħand il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

Proprjetà tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18041 u jara li dawk li bnew ir-residenza privata tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office, ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens? Liema huma dawk il-lokalitajiet fejn għadhom sejrin in-negozjati biex jinfeda ċ-ċens?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17849 u jgħid kemm għoliet il-ħajja f'dawn l-aħħar sitt snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rata annwali tal-inflazzjoni skont l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut dawn l-aħħar sitt snin kienet ta’: 2009 – 2.09 % 2008 – 4.26 % 2007 – 1.25 % 2006 – 2.77 % 2005 – 3.01 % 2004 – 2.79 %
Leg 11 PQ #18281 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nurses jaħdmu mal-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18042 u jara li n-nurses li jaħdmu mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid jibdew jitħallsu doppju meta jkunu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom nhar ta' Ħadd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa għaddejin diskussjonijiet bejn in-nurses li qed jagħtu dan is-servizz ġewwa l-lokalità ta’ Raħal Ġdid u d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità sabiex, waqt li jibqgħu jagħtu s-servizzi fil-komunità lill-pazjenti li jbgħatu bid-dijabete, ikun rivedut il-kuntratt tax-xogħol ta’ dawn in-nurses inklużi l-ħlas dovut lilhom. Id-diskussjonijiet waslu fi stadju avvanzat.

Raħal Ġdid — irranġar ta' dwal fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 17874 u jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Art esproprijata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18011 u jagħti l-prezz ta' kull metru kwadru li l-gvern iħallas ta' art esproprijata għal skopijiet pubbliċi kemm meta l-art tkun fl-outside development zone kif ukoll meta hi fl-ischeme?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-prezz tal-art esproprijata jiġi ffissat skont il-provedimenti tal-Att li jirregola l-Akkwist ta’ Artijiet għal skopijiet pubbliċi (KAP 88). Skond l-ammendi li saru f’din il-Liġi fis-sena 2003, il-prezz tal-Artijiet li jkunu ser jiġu esproprijati f’żona ta’ żvilupp jiġi stabbilit skont il-prezz tas-suq. Dwar l-art li tkun f’ Outside Development Zone din tiġi stmata bħala art agrikola. Fiż-żewġ kazi, l-istimi jsiru mill-Periti mqabbda mid-Dipartiment u m’humiex ibbażati fuq il-metraġġ.

Kumpens fuq twaqqigħ ta' post

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17488 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14855, jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-flus dovuti lil din il-familja? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-flus?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17488.

Twaqqiegħ ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li se jibda jwaqqa' Bieb il-Belt? Meta ħarġet it-tender? Dawk li huma bil-gabbani fejn sejrin? Kulmin jinsab bil-gabbana f'Bieb il-Belt, kollha se jkollhom post ieħor fejn ibiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur fil-fatt għadu ma ntagħżilx għax it-tender, li ħarġet fl-4 ta' Mejju għadha trid tagħlaq fit-28 ta' Ġunju. Rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 14770 u 15299.

Każ ta' anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li dettalji qed jingħataw separatament, li jinsab waħdu d-dar u li għandu 87 sena u issa sar diffiċli biex jibqa' d-dar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li d-dipartiment irċieva l-applikazzjoni tal-anzjan imsemmi fit-13 t’April 2010 u l-file intbagħat għal social assessment. Social Worker marret tagħmel l-assessment fis-17 ta’ Mejju 2010. Il-file intbagħat biex jidher quddiem il-Bord ta’ Ammisjoni, liema każ ser jidher quddiem il-Bord dalwaqt.