Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-kas tar-residenta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fis-Sala Papa Giovanni, fir-Residenza San Vincenz de Paule li ilha titlob ħafna biex jaqtgħulha difrejha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sas-7 ta’ Lulju 2010 ma kien hemm l-ebda talba li tindika li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kellha bżonn ta’ intervent mill-podiatrists ġewwa San Vinċenz. Il-proċedura normali hija li jekk ir-residenti jew qraba tagħhom jinnotaw xi problema kull ma jridu jagħmlu hu li jinformaw lin-Nursing Officer tas-sala konċernata u l-azzjoni meħtieġa tittieħed fl-aqsar ħin possibli.
Il-każ ta’ din il-persuna qiegħed jiġi segwit.
Tista' l-Ministru tara li tiġi milqugħa t-talba tal-persuna, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jixtieq jibdel l-post ma' persuna oħra li lesta li tibdillu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li għaliha qegħda ssir referenza tista’ tbiddel ma’ post ieħor tal-Gvern basta jkunu għaddew tlett snin mid-data tal-kuntratt.
Tista' l-Ministru tara fiex waslet it-talba li tinsab quddiem il-periti tal-gvern biex il-post, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jinsab fi sqaq isir privat peress li hemm persuna marida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija Parlamentari ma tikkonċernax l-Awtorità tad-Djar peress li l-propjeta’ hija privata.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tas-Sinjura, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tagħmel korrespondenza mal-perit u l-Awtorità tad-Djar, minħabba l-urġenza tax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sinjura msemmija ser tirċievi appuntament għat-22 ta’ Lulju 2010, sabiex tiffirma ftehim mal-Awtorità tad-Djar ħalli hija tkun tista tmur tibbenefika minn għotja taħt skema SM, biex tirranġa l-strutturi fir-residenza tagħha mikrija lilha m’għand il-gvern.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15298, ninforma lill-Ministru li s-Sinjur mar l-Housing fejn qalulu li ma jistax japplika għax jaqbeż il-kwota meta skond dan is-Sinjur huwa għandu paga minima u qed jorqod fil-karozza. Jista' għaldaqstant il-Ministru jirreferi l-każ lid-dipartiment biex l-impjegati jaraw kif jistgħu jagħtuh l-aħjar għajnuna u parir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 15298. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinforma lil din il-persuna tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar bid-dokumenti necessarji sabiex jingħata informazzjoni ta’ kif tista’ l-Awtorità tad-Djar tkun ta’ għajnuna għalih.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18699 u jikkonferma jekk huwiex minnu li fl-Isptar Monte Carmeli jinstabu għaxar pazjenti bil-kondizzjoni tal-iscabies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli oriġinarjament kien hemm tmien pazjenti li kellhom l-iscabies. Bħalissa għad fadal biss żewġ pazjenti li mistennija jiġu rilaxxati mill-kwarantina fil-jiem li ġejjin. Kemm it-tobba kif ukoll l-infection control nurses ħadu l-prekawzjonijiet kollha biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Uffiċjal tal-Edukazzjoni — Taqsima - Bżonnijiet Speċjali
Question
B'referenza għall-Uffiċjal tal-Edukazzjoni ( Taqsima - Bżonnijiet Speċjali) li rriżenjat mill-kariga tagħha meta kien fadlilha aktar minn sena ta' ħidma, tista' l-Ministru tgħid jekk din il-persuna reġgħetx applikat għal xogħol ta' għalliema, li allura jkollha terġa' tibda minn skala 9, kif il-proċedura normali timponi jew ġietx mogħtija trasferiment żbaljat biex b'hekk tkun tista' ssostni l-iskala tas-salarju tagħha bħala Uffiċjal tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jeħtieġ li l-Onor. Interpellant jagħti iktar informazzjoni dwar l-uffiċċjal tal-edukazzjoni li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija tiegħu.
Tista' l-Ministru tara tistax tiġi milqugħa t-talba tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar tliet snin l-ebda talba minn dawk l-impjegati li kienu jaħdmu mad-Dipartiment għall-Standards fil-Ħarsien Soċjali sabiex jibqgħu jaħdmu wara li jagħlqu l-wieħed u sittin (61) sena ma ġiet milqugħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mill-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17631 u 17494 u jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?
Proprjetà tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office
Question
Jista' l-Ministru jara li dawk li bnew ir-residenza privata tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office, ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens? Liema huma dawk il-lokalitajiet fejn għadhom sejrin in-negozjati biex jinfeda ċ-ċens?
Proprjetà tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18041 u jara li dawk li bnew ir-residenza privata tagħhom fuq art li kienet tal-Knisja u issa saret tal-Joint Office, ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens? Liema huma dawk il-lokalitajiet fejn għadhom sejrin in-negozjati biex jinfeda ċ-ċens?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17494 u jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18275.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 17874 u jara li jiġi rranġat id-dawl li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta, fi Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq Għajn Dwieli u Triq Fr Charles Plater peress li ilhom bla dawl ġimgħat sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17874.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' home help ta' żewġt aħwa anzjani li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li xhur ilu applikaw għall-home help?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-każ tal-anzjani li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, is-sezzjoni tal-Home Help kienet irċeviet rapport mediku bid-data tat-28 ta’ Settembru 2009, liema rapport kien f’isem iż-żewġ anzjani u ma kienx jindika ta’ min huma l-kundizzjonijiet mediċi li t-tabib inkluda f’dan ir-rapport.
Fl-1 t’Ottubru 2009, is-sezzjoni bagħtet 2 formoli tar-rapporti mediċi biex jimtlew mit-tabib kif suppost, jiġifieri għal kull klijent. Iżda dawn qatt ma ntbgħatu lura lid-dipartiment. Fl-1 ta’ Frar 2010 iż-żewġ anzjani ġew ikkuntatjati u s-sezzjoni reġgħet bgħatet 2 formoli oħra biex jimtlew mit-tabib u li wkoll qatt ma waslu lura lid-Dipartiment.
Is-sezzjoni tal-
home help
ma tistax tipproċedi b’din l-applikazzjoni qabel ma dawn id-dokumenti jaslu lura lid-Dipartiment, mimlija kif suppost.
Jista' l-Ministru jara kif jista' jiġi rimedjat il-każ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li bidlula l-kamra ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule u issa qegħda tagħmel f'qalbha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant inbidlitilha l-kamra minn Room 15 għal Room 14 minħabba li kienet qed tkun diżorjentata matul il-lejl u kienet qed tiddisturba residenti oħrajn fl-istess kamra. Din il-persuna indikata ġiet trasferita għall-kamra biswit fejn hemm persuni oħra bl-istess kundizzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab ma' oħtha ta' 82 sena u peress li hija problema għaliha li tgħix id-dar u anke għamlet żmien in respite, tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule minħabba l-każ ġenwin tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant daħlet fir-Residenza San Vinċenz de Paule nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2010.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18596 u jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu bħalissa fil-proġett ta' Bieb il-Belt meta t-tender għadha ma nfetħitx u xorta beda x-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratturi li qegħdin jaħdmu bħalissa fil-proġett ta’ Bieb il-Belt huma:
Polidano Brothers Site Wide Enablement Works
3 Bees Joint Venture Exploratory works at Opera House site
Dawn ix-xogħlijiet ingħataw wara sejħiet pubbliċi għall-offerti.