Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru oriġinali ta' residential and commercial units li kellhom jinbnew f'Tigne Point li skont il-kuntratt bejn il-gvern u l-Consortium għandu permess biex jittellà?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt bejn il-gvern u l-Consortium ma jispeċifikax in-numru ta’ residential and commercial units li jridu jinbnew f’Tigne Point.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-lukandi li oriġinarjament kellhom jittellgħu bħala parti mill-proġett ta' Tigne Point seħħewx? Kemm kellhom jimpjegaw nies u kemm fil-fatt qed jimpjegaw? Sa meta kellhom jitlestew dawn il-hotels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm ippjanat li jkun hemm lukanda waħda bħala parti mill-proġett ta’ Tigne’ Point (numru tal-Applikazzjoni PA 621/05).
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-MEPA u l-iżviluppaturi fuq l-aħħar fażi tal-proġett li tinkludi fih il-lukanda.
Dawn id-diskussjonijiet kellhom isiru minħabba li waqt l-eskavazzjonijiet instab il-
Garden Battery
, li kien jeħtieġ li jiġi protett. Dan wassal għal bidliet sostenzjali fil-
Master Plan
.
F’dan l-istadju tal-applikazzjoni ma tintalabx informazzjoni ta’ kemm se tħaddem nies il-lukanda.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Ir-risposta qiegħda tinġabar għaldaqstant se tingħata f’ seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma n-nies li qed jaħdmu llum għall-Proġett tal-MIDI Consortium f'Tigne?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma tistax tagħti informazzjoni rigward kemm hemm nies jaħdmu għall-Proġett tal-MIDI Consortium f’Tignè minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-area ta' Smart City hijiex kunsidrata mill-gvern bħala special designated area jew hijiex parti mill-villaġġi tal-Kalkara u/jew ix-Xgħajra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Smart City (Malta) skont LN 109 ta' 2007 hija Designated Special Area.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali ta' flus li sal-lum il-kumpanija MIDI ħallset lill-gvern? Dan l-ammont jirrifletti s-somma totali li kellha titħallas skont il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont totali ta’ flus li sal-lum il-Kumpanija MIDI plc ħallset lill-Gvern huwa ta’ € 15,505,209.62. Dan l-ammont jirrifletti s-somma totali li kellha titħallas skont il-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid:
Kemm mietu persuni b'overdose tad-droga fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2010?
Kemm ġew ikkundannati persuni b'teħid tad-droga għall-użu personali tagħhom?
Kemm ġew ikkundannati persuni b'pussess?
Kemm ġew ikkundannati persuni bi traffikar?
Kemm iggradwaw persuni minn programmi ta' riabilitazzjoni matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 2 persuni li ġew irrapurtati li mietu b'overdose ta' droga. Matul l-istess perijodu kien hemm ukoll 260 persuna li nstabu ħatja ta' pussess ta' droga, filwaqt li 51 instabu ħatja ta' traffikar ta' droga.
Infurmat ukoll illi l-Pulizija ma jkolliex tagħrif dwar kemm persuni jigradwaw minn programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Enemalta jiċċekkjaw l-arloġġ tad-dawl tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li l-aħħar kont li rċeviet li jkopri mill-20 ta' Frar sat-28 ta' Lulju 2010 kien esaġerat meta kkomparat ma' dak ta' qablu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-arloġġ tad-dawl tal-peruna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, ġie investigat u wara li saret ispezzjoni fuq l-istess meter fil-ġurnata tal-lum 9 ta’ Settembru 2010, il-kont ġie rrevedut u inħareġ kont ġdid sad-data tal-lum.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18605, jista' l-Ministru jara li dan l-anzjan tingħatalu prijorità fid-dħul minħabba l-problema finanzjarja li għandu fejn dan l-anzjan jaqla' pensjoni ta' €650 fix-xahar u fejn qiegħed irid iħallas €1,400 fix-xahar (€650 kull ħmistax) skont kif jidher fl-irċevuta li qed tintbagħat separatament, sitwazzjoni fejn ma jistax ikompli jħallas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant applika fis-6 ta’ April 2010. Is-social assessment sarlu fit-23 ta’ Mejju 2010 u fit-3 ta’ Ġunju 2010 il-Bord ta’ Ammissjoni approva din l-applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule bħala każ ta’ prijorità għolja.
Meta din il-persuna ikun immissha biex tidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule, din tingħata l-possibilità mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ li tibqa’ f’Villa Messina u tkun tista’ tibbenefika mill-iskema tas-sussidju li l-Gvern għandu ma’ Villa Messina bħala parti mill-
Public Private Partnership Scheme
, dejjem jekk ikun hemm fondi suffiċjenti u post disponibbli skont il-ftehim li l-Gvern għandu ma’ Villa Messina.
Jista l-Ministru jara l-każ ta' anzjan, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li dan kellu approvat il-mediċina Duphalac fejn il-professur, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, approvalu kollox u meta mar l-isptar biex jagħtuh il-mediċina qalulu li mhux intotolat għaliha filwaqt li meta reġa' kellem lill-professur qallu li huwa suppost intitolat għaliha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiżerija ma tkunx tista’ tiddispensa l-mediċini sakemm ma jkolliex f’idejha l-permess maħruġ mill-istess Medicines Approval Section jew l-applikazzjoni tkun skont il-protokoll, fejn il-pazjent ikun jista’ jingħata stokk għal xahar sakemm l-applikazzjoni tiġi proċessata mill-Medicines Approval Section.
Skont id-
database
tal-
Medicines Approval Section
, il-permess għall-
lactulose
għall-pazjent konċernat skada fis-6 ta’ Mejju 2010 (Referenza 56576). Ukoll, skont id-
database
, it-talba tal-konsulent konċernat intbagħtet lura lill-konsulent fid-19 ta’ Awwissu 2010 (Referenza numru 141446).
Fil-każ ta’ dan il-pazjent, il-konsulent applika għall-mediċina għall-kundizzjoni medika. Skont iċ-ċirkulari DH 61/2010, din il-kundizzjoni ma tikkwalifikax lill-pazjent biex jieħu din il-mediċina b’xejn.
Jista' l-Ministru jara l-ilment tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li suppost għandha erba' sigħat fil-ġimgħa għajnuna minn helper, imma ġara li din il-helper weġġgħet u mhux qed tidħol għax-xogħol, u din l-anzjana minflok erba' sigħat qed jagħtuha sagħtejn biss, filwaqt li xorta tħallas għall-erba' sigħat? Jista' jara li din il-problema tiġi rimedjata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-helper li soltu tmur għand l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qegħda bis-sick leave fit-tul. Din l-anzjana għandha servizz approvat ta’ erba’ siegħat fil-ġimgħa, iżda minn dawn bħalissa qegħda tingħata servizz ta’ sagħtejn fil-ġimgħa minħabba numru limitat ħafna ta’ relievers li jidħlu bħala sostituti f’każ ta’ sick leave jew vacation leave.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna anzjana li tgħix waħedha u li tibbenefika mis-servizz tal-
helper
tħallas €2.33 fil-ġimgħa. Din hija rata fissa, irrispettivament min-numru ta’ siegħat li tkun qed tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li sar mill-Consortium MIDI sal-lum huwiex skont il-kuntratt mifthiem bejn il-gvern u l-istess Consortium? Liema huma l-partijiet tal-proġett li sal-lum għadhom ma ġewx esegwiti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol li sar mill-Consortium MIDI sal-lum huwa skont il-kuntratt miftiehem bejn il-Gvern u l-Consortium. Skont il-kuntratt, ix-xogħol kollu jrid ikun komplut sas-sena 2023.
Ix-xogħol li fadal jsir ġewwa Tigne jikkonsisti fil-bini ta’:
- Tigne North 1 minbarra l-basement
- Tigne North 2 minbarra l-basement, u
- l-kumplament ta’ Tigne North 3
Fir-rigward ta’ ‘
Manoel Island
’, għad irid isir ix-xogħol kollu minbarra l-Fortizza Manoel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar kunsenja ta' dawn il-medicini:
a) Lescol 40mg tablets
b) Aircort inhaler
ċ) Gaviscon tablets
d) Oilatum emollient
e) Trusopt eyedrops
f) Travatan eyedrops
g) Paxetin 20mg
li ssibhom fl-ispiżeriji tal-gvern? Il-prezzijiet jinkludu l-prezz totali tal-kunsenja ta' kull mediċina partikolari msemmija? Kemm-il numru ta' kaxxi ta' mediċina fiha (u n-numru ta' pilloli f'kull kaxxa jekk inhuma pilloli)?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li qed tgħix ma bintha, li dettalji qed jingħataw separatament, biex is-sussidju tal-anzjana immur fuq il-bint peress li ċekkijiet 20/10 €76.62 u 19/6 €72.08 ma jistgħux jissarfu, biex issir l-arranġament u jissarfu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-Kont tal-persuna kkonċernata huwa żbaljat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni valida ta' kif meta tħejja il-pjan lokali tan-Nofsinhar ta' Malta, is-sit fi triq il-Belt Valletta, Għaxaq (kopert b'applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġiex ikkunsidrat bħala committed area of containment meta fl-istess triq erba' siti oħra (koperti bil-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li qed jintbagħtu separatament) ġew ikkunsidrati tali fl-istadju tat-tħejjija tal-pjan lokali? Jafx li s-sit in kwistjoni li tħalliet barra kienet ġiet committed ferm qabel ġew committed l-erba' siti l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-eżerċizzju sabiex jiġu identifiakti numru ta’ Areas of Containment twettaq waqt il-proċess tal-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta u pjanijiet lokali ohra li ġew approvat fl’ 2006.
F’dan il-proċess il-MEPA kkunsidrat diversi siti, fejn skond ir-records tagħha, fl-inħawi kien hemm xi tip ta’ permessi jew licenzji għal xi tip ta’ użu definit u
clusters
ta’ użi. Fil-proċess ġew aggrupati dawn il-
clusters
, u ngħataw parametri tal-ippjanar permezz tal-Policy SMCO 05 fil-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta (2006). Ma kenitx l-intenzjoni ta’ dan il-proċess li joħloq żoni ġodda ta’ żvilupp industrijali f’art ODZ imma li jiġu rikonoxxuti zoni ta’ attivita li ħafna minnhom jafu il-bidu tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-liġi ta’ L-ippjanar ta’ l-iżvilupp tal-1992. L-iskop ewlieni kien li jiġi kontenut u rregolat aħjar l-iżvilupp li diġa kien qed iseħħ. Dan huwa ukoll konformi mal-kunċett ta’ “committed areas” li huwa indikat fil-Pjan ta’ Struttura eżistenti.
Is-sit in kwistjoni li jikkonċerna l-applikazzjoni PA 6318/06, kien suġġett għal diversi applikazzjonijiet ta’ żvilupp u Appelli, li fil-maġġoranza tagħhom ġew rifjutati. Skond ir-
records
tad-Direttorat tal-MEPA, jidher illi ma’ hemm ebda permess approvat għall-użu rikjest ta’
Open Storage Area
jew liċenzja tal-pulizija kemm qabel kif ukoll wara l-proċess tal-Areas of Containment. L-uniku permess fuq is-sit huwa għal garage ta’ daqs ta’ 40 metru kwadru u ħajt biex idawwar is-sit.
Ta’ min jirrimarka li dan is-sit ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-
Policy Areas for Open Storage Guidelines
(2005) għall-possibilta ta’ użu bħala
Open storage
. Għaldaqstant l-iżvilupp propost fl-applikazzjoni msemmija ma jissodisfax l-imsemmija
policies
ezistenti.
Direttur Ġenerali tal-GRTU — Aggressjoni waqt laqgħa pubblika
Question
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 18165 u 19232, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-pulizija ma ħaditx passi kriminali kontra l-aggressur jew aggressuri, tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, Direttur Ġenerali tal-GRTU in vista li l-artikolu 373 Kap. 9, Liġijiet ta' Malta jagħti s-setgħa lill-pulizija eżekuttiva li tista' tmexxi l-azzjoni kriminali ex officio ġaladarba l-offiż naqas li jirrinunzja espressament għaliha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn kif irrapurtat mill-Pulizija li kienu preżenti fuq il-post, flimkien mal-fatt li l-persuna msemmija, la għamlet rapport u lanqas kwerela sabiex il-Pulizija tieħu passi. Għal kuntrarju, meta ġiet mitkellma mill-Pulizija espremiet ruħa li ma riditx tieħu passi kriminali dwar dan il-każ. Għaldaqstant il-Pulizija irrispetat din ix-xewqa ta’ l-allegat vittma, kif isir f’każi oħra bħal dawn.
Jista' l-Ministru jara li hekk kif ġiet irranġata t-triq tal-ħabs meta ġie l-Papa, issa wkoll isib il-fondi biex tkompli tiġi rranġata Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid, quddiem l-Għassa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara jekk il-bridge tal-Marsa (ħdejn id-dħul ta' Marsa Sports Ground) huwiex għoli skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid għaliex it-tabella ta' kemm hu għoli l-bridge għadha ma twaħħlitx? Meta se titwaħħal din it-tabella?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-għoli tal-bridge tal-Marsa kien iddisinjat skont specifications Ewropej u hemm sinjali li jindikaw l-għoli tal-bridge fuq iż-żewġ karreġjati.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18165, jikkonferma l-Ministru li għal dik il-laqgħa pubblika kien hemm preżenti uffiċjali tal-Pulizija biex tinżamm l-ordni? La darba xi ġurnalisti preżenti rrappurtaw fl-istampa l-inċidenti li fih il-persuna msemmija ġiet aggredita fil-pubbliku waqt il-laqgħa, il-pulizija ma kellhiex tieħu passi minn jeddha, mingħajr ma toqgħod tistenna rapport?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18165.
Jista' l-Ministru jirrimedja l-każ tal-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab f'Serena Home biex tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li l-mara tiegħu qed issibha diffiċli li tmur tara lil dan l-anzjan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-każ tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tressaq quddiem il-Bord ta’ Ammissjoni għal San Vinċenz fid-29 ta’ April 2010 wara li saret l-applikazzjoni fit-13 ta’ April 2010. Dan il-każ ġie approvat bħala High Priority.
Skont ir-rapport mill-Konsulent Ġerjatriku, din il-persuna hija indipendenti fil-mobilità u tista’ timxi bil-bastun u bl-għajnuna ta’ persuna waħda, kif ukoll kapaċi tiekol waħedha u tinħasel għalkemm għandha bżonn xi ftit għajnuna għal
toileting
.