Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm lill-Iskola Margerita College - Verdala Secondary School ta' Bormla, milli jitranġaw żewġ lifts, liema żewġ lifts qed iżommu student partikolari, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jinsab fis-siġġu tar-roti b'diżabilità milli juża dawn il-lifts sabiex jitla' għal-lezzjonijiet, liema lifts ilhom bil-ħsara minn Ġunju ta' din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ż-żewġ lifts reġgħu bdew jaħdmu mill-lum.
Servizzi mogħtija mil-fondazzjoni għas-servizzi tal-ħarsien soċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali? Kemm hemm impjegati jaħdmu f'dawn is-servizzi? X'inhija l-waiting list ta' kull servizz mogħti minn din il-fondazzjoni? Kemm kienu l-fondi mogħtija s-sena l-oħra għal kull servizz mogħti lill-klijenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm familji li qed jibbenefikaw mill-proġett Home Start li ilu mwaqqaf minn April 2006? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-familji? Fil-preżent dan is-servizz għandu waiting list?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2010 il-programm Homestart ta’ għajnuna lill-11 il-familja b’total ta’ 23 tifel/tifla. Fil-preżent qegħda tingħata għajnuna lill-10 familji b’15 il-tifel/tifla. Dawn il-familji jiġu mill-Cottonera, Kalkara, Fgura, Żabbar, Xgħajra. Fil-preżent hemm 2 familji li qed jistennew is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet fil-Qorti ta' missirijiet li telqu mid-dar minħabba li sseparaw u mhux qed jagħtu manteniment tat-tfal lill-ex-partner/mara tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Qorti tal-Maġistrati, Malta u Għawdex hemm 179 każ pendenti kontra missirijiet li ma tawx manteniment tat-tfal lill-ex partner/mara tagħhom però mhux possibbli jingħad jekk dawn il-persuni telqux mid-dar minħabba li sseparaw.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19624 u jgħid kemm għadda żmien mill-applikazzjoni sal-lum ta' kull proġett li jinvolvi spiża ta' €2.5 miljun jew aktar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu fost oħrajn dwar liema applikazzjonijiet qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19622 u jgħid kemm-il proġett li jinvolvi spiża ta' €2.5 miljun u aktar, hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu fost oħrajn dwar liema applikazzjonijiet qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tara l-każ tat-tifel, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li l-ġenituri tiegħu qed jitolbu biex jkollu facilitator il-ġurnata kollha peress li qed ikollu ħafna problemi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istatementing Moderating Panel ma rċieva l-ebda talba biex jerġa jara lit-tifel.
L-istudent għandu sapport mill-‘Learning Support Assistant’ li qegħda il-ħin kollu fil-klassi.
Jista' l-Ministru jara li xi ħadd jispezzjona l-arloġġ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għaliex din irċeviet kont tal-ilma ta' €1,228.74 minħabba li jidher li kien hemm xi problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra
Jista' l-Ministru jara li xi nies mid-dipartiment jiċċekjaw fuq kont tad-dawl u tal-ilma li rċieva l-persuna, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li minkejja li ma jgħix fil-post rċieva kont ta' €583.47?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra
Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Komptitzzjoni — tender għall-anażli ekonomika dwar it-trasport tat-tfal tal-iskola
Question
F'Jannar ta' din is-sena d-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ħareġ tender għall-analiżi ekonomika dwar it-trasport tat-tfal tal-iskola. Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) min rebaħ din it-
tender
;
b) kemm ġie jiswa;
ċ) x'kien ir-riżultat;
d) jekk hemmx abbuż ta' dominanza jew kartell f'dan is-suq; u
e) kif se jibbenefika l-konsumatur Malti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li dan it-tender ma ngħatax u l-investigazzjoni għadha għaddejja.
Dipartiment tal-Konsumaturi u tal-Kompetizzjoni — compliance orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħareġ compliance orders id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni mill-2007 sal-lum? Għal liema setturi ħarġu? Kemm minnhom ġew appellati? X'kien ir-riżultat tal-appell u kemm weħlu multi f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ħareġ 355 compliance order lil diversi ħwienet u stabbilimenti. 22 ġew imressqa l-Qorti fejn 4 minnhom weħħlu multa li flimkien jammontaw għal €422. Id-Dipartiment ma ġiex notifikat bi proċeduri ta’ appell fir-rigward ta’ dawn il-każijiet.
Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati ż-żewġ gallarijiet li huma perikolużi tal-flat, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fejn ir-raġel jgħix bir-relief?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalkemm ma saritx talba lill-Awtorità tad-Djar mill-inkwilini tal-post imsemmi biex isiru t-tiswijiet imsemmija, l-awtorità qed tagħmel survey tal-istat tal-gallarijiet kollha tal-blokk in kwistjoni sabiex tikkwantifika t-tiswijiet meħtieġa. Mandanakollu, l-inkwilini huma mħeġġa biex minnufih jissottomettu l-applikazzjoni meħtieġa taħt Skema SM sabiex it-talba tagħhom tkun tista’ tiġi pproċessata skont il-Policy tal-Awtorità tad-Djar għal tiswijiet f’postijiet mikrija mingħand il-gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il proġett li jinvolvi spiża ta' €2.5 miljun u aktar, hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' Sinjur li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li ilu jistenna mal-Awtorità tad-Djar xhur biex ikollu risposta, liema każ jinsab quddiem l-appell minħabba li din hija persuna b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Independent Revisory Board tal-Awtorità tad-Djar ser jiltaqa fil-jiem li ġejjin u dan il-każ se jiġi diskuss dakinhar.
Ftehim dwar pazjenti li jidħlu l-isptar u l-polyclinics
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim bilaterali fuq is-saħħa bejn il-Gvern Ingliż u dak Malti jinkludix dawk il-pażjenti li jidħlu l-isptar u l-polyclinics bil-card E111? Jekk le, x'inhu l-ammont ta' flus li l-Gvern Malti daħħal mill-Gvern Ingliż u x'inhu l-ammont ta' claim pendenti li għandu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-ftehim bilaterali fuq is-saħħa bejn il-gvern Ingliz u dak Malti jkopri ukoll pazjenti li jipprezentaw EHIC (ex-EIII) fl-isptarijiet Maltin u viċi-versa.
Survey dwar uniformijiet, kotba u stationery tat-tfal tal-iskola
Question
F’Mejju tal-2008, id-Dipartment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni nieda studju/survey dwar l-uniformijiet, il-kotba u stationery tat-tfal tal-iskola, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? X’ħareġ minn dan ir-rapport? Kif qed jibbenifika l-konsumatur Malti? X’metodi xjentifiċi ntużaw f’din l-analiżi? Jista’ jgħid jekk hemmx kartell f’dan is-settur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi kwalunkwe informazzjoni li tintalab mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta tkun mogħtija taħt kunfidenzjalità. Għalhekk, f’dan l-istadju u fil-kuntest ta’ l-istħarriġ li qed ikompli iwettaq l-Uffiċċju f’dawn is-swieq partikolari mhux għaqli li dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Rigward il-metodoloġija użata fir-rapport ninsab infurmat illi l-Uffiċċju għażel li jikseb informazzjoni permezz ta’ kwestjonarju. Din is-sistema ippermettiet lill-Uffiċċju jikseb risposti minn numru kbir ta’ nies filwaqt li b’din is-sistema ġiet assigurata il-privatezza ta’ min qed jirrispondi kif ukoll ippermettiet lill-ġenituri li jirrispondu b’imparzjalità il-mistoqsijiet mressqa quddiemhom.
Din is-sistema ġiet ippreferuta mill-Uffiċċju minn sistemi oħra, bħal ma ngħidu aħna permezz ta’ intervisti jew telefonati, minħabba l-fatt li jieħdu ħafna aktar ħin, ikun hemm element ta’ żbilanċ, f’studji bħal dawn dan huwa aktar magħruf bħala
interviewer bias
, u ma hemm protezzjoni għall-privatezza tal-individwu.
In-natura tal-mistoqsijiet magħmula mill-Uffiċċju kienu dawk li fl-istatistika huma magħrufa bħala “
closed
” u “
open
”
format
.
Ġew magħmula żewġ kwestjonarji wieħed għall-iskejjel u l-ieħor għall-ġenituri. It-tnejn magħmula b’tali mod illi l-informazzjoni pprovduti jikkolaboraw ma’ xulxin. Fil-każ tal-kwestjonarju indirizzat il-ġenituri tat-tfal dawn ġew magħmula bil-malti u bl-inġliż għall-konvenjenza tal-ġenituri.
Wara li saret l-ewwel analiżi l-Uffiċċju kien fassal numru ta’ rakkomandazzjonijiet ħalli is-suq in kwestjoni jopera aħjar. Biex insemmmi bħala eżempju dwar x’inhuma il-benefiċċji li qed igawdi minnhom il-konsumatur Malti nista’ ngħid illi il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa dawk il-passi li huma xierqa sabiex jattwaw ir-rakkomandazzjonijiet proposti mill-Uffiċċju għal kompetizzjoni ġusta. Id-direttorat għal servizzi edukattivi tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport għamel regolamenti lill-iskejjel tal-istat dwar l-uniformijiet bl-iskop li l-ispiża ghalihom tkun kontrollata fiwaqt li jkunu assigurata il-kwalità u il-valur għall-flus li wieħed iħallas għalihom. Kien deċiż ukoll li l-uniformijiet il-ġodda jidħlu biss fl-ewwel sena tal-kindergarten meta il-ġenituri xorta waħda jixtru uniformi ġdida għal uliedhom u studenti li diġa għandhom uniformi jibqaw jużawha. L-għaxar kulleġġi tal-istat imxew mar-regolamenti u ħarġu offerti pubbliċi biex jingħażlu il-kumpaniji biex jissuplixxu dawn l-uniformijiet. Hekk il-kulleġġi tal-istat għandhom l-identità tagħhom li tiddistingwihom minn kulleġġi oħra. F’din l-għażla kienu evitati disinji kumplikati biex ikunu evitati spejjeż inutili u tkun faċilitata il-kompetizzjoni bejn il-ħwienet biex il-ġenituri issibuha aktar faċli jixtruhom. Fit-tfassil tal-uniformijiet jew partijiet minnhom ġew evitati karrateristiki partikolari li jistgħu iżidu l-prezz tal-uniformi bħal ma huma “
embroidery
” u “
embossment
” fuq il-ħwejjeġ. Meta jkunu introdotti partijiet ġodda tal-uniformi flok l-oħrajn li qdiemu, dan għandu jsir b’mod gradwali fuq numru ta’ snin biex il-ġenituri ma jitgħabbewx bi spejjeż f’daqqa. Saret lista ta’ dawk il-partijiet mill-uniformi li huma essenzjali. Il-prezz ta’ kull parti mill-uniformi għandu jkun kunsidrat qabel jingħażel. Il-fattur detterminanti fl-għażla tal-materjal għandu jkun il-valur għall-flus imħallsa. Jekk skola tagħżel
supplier
esklusiv għal uniformijiet tagħha għandu jsir kuntratt ta’ bejn 3 u 5 snin u f’każ li l-iskola ma tkunx sodisfatta bil-prodott tkun tista’ tħassar il-kuntratt.
Is-sistema tal-kulleġġi introdotta mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tilħaq l-iskop tar-rakkomandazzjoni preċiżament minħabba l-fatt illi din tintegra numru ta’ swieq żgħar f’suq ikbar. Fil-proċess għas-sejħa għall-offerti maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jieħu konsiderazzjoni ta’ kemm hu il-prezz ta’ item tal-uniformi.
L-uffiċċju ukoll, sabiex tħeġġeġ il-kompetizzjoni inkoraġixxa dawk l-intrapriżi, li għalkemm ma rebħux xi waħda mis-sejħiet għall-offerti maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, xorta jistgħu joffru
items
ta’ uniformi lill-konsumaturi basta tali
items
ikunu konformi mal-
policy
addotata mill-kulleġġi.
Fir-rigward tas-suq tal-kotba, l-uffiċċju kiteb l-iskejjel kollha sabiex fil-lista tal-kotba li huma jibgħatu lill-ġenituri iniżlu fiha ukoll l-ISBN number u dan ħalli il-ġenituri ikollhom il-faċilità li jekk iridu jottjenu il-kotba mingħand bnadi oħra.
Rigward l-aħħar mistoqsija mill-Onorevoli Interpellant jiena nfurmat li sa issa ma ġie iddentifikat ebda kartell.
tender dwar analiżi għall-proviżjoni tal-Wholesale broadband internet
Question
F’Lulju tal-2009 id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ħareġ tender dwar analizi ekonomika għall-proviżjoni tal-wholesale broadband internet (telekommunikazzjoni), jista’ l-Prim Ministru jgħid min rebaħ dan it-tender? Kemm ġiet tiswa din l-analiżi? X’kien ir-rizultat? Jekk hemmx abbuż ta’ dominanza jew kartell f’dan is-suq? Kif qed jibbenifika l-konsumatur Malti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li dan it-tender ma ngħatax. Minkejja din l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha għaddejja.