Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-iżviluppi dwar il-kaxxi tal-logħob? Meta se joħorġu il-permessi għall-ħwienet tal-kaxxi tal-logħob li huma pendenti? Kemm ilhom li applikaw? Kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti li qed jistennew li jinħarġilhom il-permess? F'liema lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-ground handling fl-Air Malta? Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar il-futur tagħhom? Jekk iva ma min? Hemm il-ħsieb li jitnaqqsu ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga l-każ fejn persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma fuq three phase meta d-dawl qiegħed fuq single phase ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20634, 20272 u 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-individwu, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li ġie involut f'ħabta ma karozza li hija tad-Dipartiment tal-Anzjani u t-tort huwa tas-sewwieq ta' din il-vettura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-proċedura f’każi bħal dawn hija li d-Dipartiment jistenna r-rapport uffiċjali tal-Pulizija. Sal-lum, r-rapport ghadu ma wasalx. Minħabba li l-vetturi tal-Gvern m’għandhomx polza ta’ l-assikurazzjoni, d-Dipartiment jibgħat ir-rapport lis-surveyors tal-Works Department biex dawn jagħtu l-parir tagħhom dwar il-ħabta u jagħtu stima tal-ispejjeż tal-karozza maħbuta (mhux il-vettura tal-Gvern). Jekk ikun jidher ċar li t-tort huwa tad-Dipartiment, jittieħdu l-passi neċessarji biex l-individwu jiġi rifondut tal-ispejjeż kif dejjem ġara f’każi bħal dawn fil-passat. Hija prassi li d-Dipartiment iħallas fuq l-istima li jtuh is-surveyors tal-Works Department.
Din il-karozza bl-ebda mod ma tintuża mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jara li l-Arms Ltd tibgħat il-kont tad-dawl u l-ilma lill-famlija li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi l-kont sitt xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-familja msemmija inħarġilha l-kont tad-dawl u l-ilma.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' familja li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, liema familja ilha tgħix fir-residenza tagħha għal 47 sena sħaħ peress li ma rċevewx il-voucher intitolati għalih tad-dawl u l-ilma meta r-residenti kollha tat-triq tagħhom irċevew dawn il-vouchers?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara li ARMS Ltd u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali analizzaw l-ilment tal-familja kkonċernata, dawn se jingħataw l-energy allowance u li issa bdew jinħarġu.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' ġuvni li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, liema ġuvni ilu jgħix fir-residenza tiegħu għal aktar minn ħames snin u jgħid għal liema raġuni ma rċeviex il-vouchers li hu intitolat għalih tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-energy allowance għal din il-persuna se jinħareġ wara li l-ilment li għamel ġie vverifikat u approvat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il parental skills programme ġie organizzat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali s-sena l-oħra? Fejn ġew organizzati dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent każijiet pendenti quddiem l-Avukati Legali? Min huma l-avukati li fil-preżent qed joffru għajnuna legali lill-persuni fil-bżonn? Kemm qed jitħallsu dawn l-avukati u kemm-il siegħa jaħdmu matul il-ġimgħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 16239 u 17697 rispettivament.
Jista' l-Ministru jara li xi ħadd jispezzjona l-arloġġ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għaliex din irċeviet kont tal-ilma ta' €1,228.74 minħabba li jidher li kien hemm xi problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq qed jiġi investigat.
Fil-ġranet li ġejjin se ssir inspezzjoni sabiex jiġi kkonfermat jekk hemm xi anomalija fis-servizz ta’ l-ilma.
Jista' l-Ministru jara li xi nies mid-dipartiment jiċċekjaw fuq kont tad-dawl u tal-ilma li rċieva l-persuna, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li minkejja li ma jgħix fil-post rċieva kont ta' €583.47?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli interpellant ġie investigat.
Il-fond imsemmi kien ilu ma jinqara minn Settembru 2006. Il-
meter
reader
mar bosta drabi sabiex jieħu l-qari però ma kienx jingħata aċċess. Peress li dan il-post ma kienx qed jinqara il-kontijiet li ħarġu minn Settembru 2006 sa Settembru 2009 kienu jkopru kirjiet ta’ l-arloġġi biss filwaqt li l-kont minn Settembru 2009 sa Jannar 2010 kien bażat fuq stima.
Madanakollu, f’Awwissu 2010 il-konsumatur tana l-qari u għaldaqstant ħareġ kont minn Jannar 2010 sa Awwissu 2010 bażat fuq il-qari tal-konsumatur. F’kelma waħda, dan hu konsum akkumulat.
Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru, saret inspezzjoni fuq il-post u rriżulta li l-konsumatur kien tagħna qari ħażin. Il-kontijiet ġew irreveduti u mibgħuta lill-klijent stess.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20286 u jara li xi nies mid-dipartiment jiċċekjaw fuq kont tad-dawl u tal-ilma li rċieva l-persuna, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li minkejja li ma jgħix fil-post rċieva kont ta' €583.47?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20286.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija paralemtari 20285 u jara li xi ħadd jispezzjona l-arloġġ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għaliex din irċeviet kont tal-ilma ta' €1,228.74 minħabba li jidher li kien hemm xi problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni miġbura waqt din l-ispezzjoni qed tiġu analizzata, u se jittieħdu l-passi neċessarji ladarba dawn ikunu finalizzati.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20272 u 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tinvestiga r-raġuni għala studenti ġodda li għadhom kif daħlu għall-kors tal-Arts and Design fl-MCAST għadhom ma rċevew l-ebda ammont ta' kreditu fl-ismart card tagħhom, meta studenti oħra li qed jattendu korsijiet oħra fl-MCAST diġà rċevew dak li hu dovut lilhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li bħalissa qed jattendu għall-kors tal-
Arts and Design
fl-MCAST u li huma eliġibbli għall-
smartcard
ingħataw l-
ismartcard
.
Studenti li qed jagħmlu korsijiet f’Livell 1, jiġifieri fl-istess livell ta’ min qiegħed fil-V klassi tas-sekondarja, mhux meqjusa li daħlu fil-livell Post Sekondarju u allura mhux intitolati għal stipendju.
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn studenti li bħalissa qed jattendu għall-kors tal-Arts and Design fl-MCAST ġew infurmati mill-għalliema tagħhom li mhumiex se jirċievu l-istipendji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li bħalissa qed jattendu korsijiet offruti mill-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST f’livelli li jikkwalifikaw biex jirċievu stipendju se jirċivuh bħal studenti oħra. Bħal kull sena, l-ewwel stipendju joħroġ fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru għal kulħadd.
Studenti li qed jagħmlu korsijiet f’Livell 1, jiġifieri fl-istess livell ta’ min qiegħed fil-V klassi tas-sekondarja, mhux meqjusa li daħlu fil-livell Post Sekondarju u allura mhux intitolati għal stipendju.