Tista' l-Ministru tara jekk il-familja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema familja għandha l-gallarija fi stat perikoluż, għadhiex tista' tapplika għall-iskema ta' sussidju li kienet tgħin lil kulmin xtaq jirranġa l-gallarija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-familja msemmija tista’ tapplika taħt Skema ‘A’ fejn l-Awtorità tad-Djar toffri assistenza lil persuni sidien ta’ darhom li jkollhom bżonn jagħmlu xogħlijiet ta’ rranġar u titjib fir-residenza privata tagħhom. Dawn ix-xogħlijiet ikopru ukoll tiswijiet neċessarji ta’ gallariji.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-gabbani ta' Putirjal? Jista' jgħid, issa li qed jirċievu avviż biex jitilqu minn Putirjal, fejn se jarmaw wara li jitlesta l-proġett ta' Bieb il-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pjanijiet għal din iż-żona għadhom qed ikunu konklużi.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' post tal-gvern, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih qed jidħol l-ilma, meta dan għadu kif inbena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kostruzzjoni tal-bini imsemmi tlestiet f’Novembru 2007 u l-fond inbiegħ lil-benefiċjarji f’Mejju 2008. Minn dak iż-żmien 'il hawn il-benefiċjarji m’għamlu l-ebda llment dwar dħul ta’ ilma, b’hekk jidher ċar li l-fond inbiegħ fi stat tajjeb ta’ bini. Il-benefiċjari huma responsabbli sabiex jagħmlu kwalunkwe tiswijiet li jirriżultaw meħtieġa wara l-bejgħ tal-post hekk kif indikat fi klawżoli 7 u 9 tal-kuntratt tal-bejgħ.
Tista' l-Ministru tara jistax jintbgħat facilitator fil-Kulleġġ St.Thomas Moore Tarxien għal tifel li llum għandu erba' snin u tmien xhur u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li huwa ftit ritardjat, però li ma ġiex dijagnostikat bl-ebda diżabilità fiżika jew mentali, peress li skont l-Educational Psychologist li assessjah, jekk dan it-tifel jingħata facilitator is-sitwazzjoni tiegħu tista' titjieb? Il-Kulleġġ St Thomas Moore aċċetta li dan it-tifel jingħata facilitator.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Learning Support Assistants jintbagħtu ġo l-iskejjel meta l-iStatementing Moderating Panel jara t-tfal u l-ħtieġijiet tagħhom u joħroġ statement of needs.
Fil-kaz imsemmi l-applikazzjoni lil dan il-
panel
waslet f’Novembru 2010, għaldaqstant għadha qed tiġi pproċessata.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20963.
Jista' l-Ministru jara għaliex kont tad-dawl u l-ilma ta' kopja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha ma tirċievih minn Novembru 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21279.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-ground handling fl-Air Malta? Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar il-futur tagħhom? Jekk iva, ma' min? Hemm il-ħsieb li jitnaqqsu ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21629.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li tgħix id-dar u l-kont tad-dawl u l-ilma ġieha esaġerat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-konsum tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, qiegħed fuq l-istess kwota tal-kontijiet preċedenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21436 u jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li tgħix id-dar u l-kont tad-dawl u l-ilma ġieha esaġerat?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21436.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21301 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-każ dwar fidi ta' ċens, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li din il-persuna qed teħel spejjeż żejda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sabiex ikun jista’ jsir il-fidi taċ-ċens gravanti l-proprjeta’ tal-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, huwa meħtieġ li jsiru korrezzjonijiet fil-pjanti tar-reġistrazzjoni ta’ numru ta’ plots li huma fil-viċinanzi, peress li irriżulta li r-reġistrazzjonijiet jirkbu fuq xulxin. Għalkemm it-tekniċi tad-Dipartiment qed jagħmlu ħilithom sabiex dawn ir-reġistrazzjonijiet jiġu rranġati kemm jista’ jkun malajr, iż-żmien meta kollox ikun lest biex jkun jista’ jsir il-kuntatt relattiv, jista’ jieħu aktar fit-tul milli wieħed jixtieq, peress li biex ikunu jistgħu isiru l-korrezzjonijiet meħtieġa minbarra x-xogħol min-naħa tad-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern, huwa meħtieġ ukoll il-kunsens tas-sidien tal-plots tal-viċinanzi.
B'referenza għall-mistqosija parlamentari 11106 li ngħatat sena ilu, tista' l-Ministru tgħid kemm qed tiġi l-ispiża ta' kull kors mogħti fl-Università ta' Malta? Tista' tindika ukoll kemm hija l-ispiża ta' kull ġurnata għal kull student li jattendi l-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21445.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jara li jitmexxa każ urġenti tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema anzjana ilha ħafna tistenna fuq il-waiting list għal operazzjoni relatata mal-irkoppa u liema anzjana hija nieqsa mid-dawl, u li bħalissa għaddejja minn uġiegħ persistenti relatat ma' disfunzjoni tal-irkoppa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-operazzjonijiet ortopediċi jsiru skont l-urġenza medika tal-każ. Jekk it-tabib tal-pazjenta jemmen li s-sitwazzjoni medika tal-pazjenta tirrikjedi li l-operazzjoni ssir b’urġenza, allura t-tabib għandu jikkuntattja lill-Konsulent Ortopediku tal-pazjenta biex tiġi riveduta l-urġenza tal-każ
Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li l-gvern għandu mikri għandha l-berġa ta' Birżebbuġa, hijiex intitolata li tieħu żieda fil-kera kif stipulat fil-liġi tal-kera, u jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jirritorna ċ-ċwievet tal-berġa lura għand is-sid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment ikun jista’ jikkonsidra żieda fil-kera minn meta ssir talba formali mingħand is-sid. Ma hemm l-ebda ħsieb li ċ-ċwievet jiġu rilaxxjati.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20963.
Jista' l-Ministru jara li kont li ilu ma joħroġ minn Novembru 2009 ta' anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex kemm jista' jkun jitmexxa l-każ u jintbagħtu l-kontijiet imsemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontijiet dovuti lill-konsumatur, inħarġu u ntbgħatu b’termini ta’ kreditu ta’ 120 ġurnata. Dawn il-kontijiet, li għandhom total ta’ €372.88, ikopru l-perijodu bejn il-17 ta’ Settembru 2009 u s-7 ta’ Awwissu 2010.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21285 u 21056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-ground handling fl-Air Malta? Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar il-futur tagħhom? Jekk iva ma min? Hemm il-ħsieb li jitnaqqsu ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ingaġġa tim ta’ esperti mill-kumpanija “Ernst and Young” biex iwettqu analiżi dettaljata tal-mod kif topera l-kumpanija “Air Malta” b’mod li jassiguraw il-vijabilità tagħha.
Dan għandu jwassal għall-pjan ta’ Ristrutturazzjoni li jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur, bl-ewwel proposta għandha tasal għand l-istess Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar, 2011. Dan il-pjan se jkun diskuss fi ħdan il-Kumitat ta’ Ristrutturazzjoni li jinkludi rappreżentanti mill-Gvern, l-Oppożizzjoni u l-
Unions
ikkonċernati.
Għalhekk, f’dan l-istadju għadhom ma ttieħdux deċiżjonijiet definiti fuq setturi partikolari. Il-pjan ta’ ristrutturar m’għandux jikkonċerna xi taqsima partikolari mill-kumpanija biss iżda għandu jħares b’mod ħolistiku lejn kif il-kumpanija tista’ ttejjeb l-operat tagħha.
Jista' l-Ministru jara għaliex hemm nuqqas ta' endoscopy fil-ward S4 tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jużaw dan l-endoscopy ?Meta se jasal Malta? Kemm ilhom neqsin? Kemm ġew ordnati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li endoscopy hija tip ta’ proċedura medika u mhux xi apparat mediku kif qiegħed jiftiehem mill-Mistoqsija Parlamentari. Apparti minn hekk, ma jsirux endoscopies fil-Ward S4. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li din l-anzjana rċeviet iċ-cheque fuq oħtha l-mejta u issa l-meter dar fuqha imma minkejja li mliet il-karti, għadha ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċekk lil din il-persuna qed jinħadem biex jinħareġ bil-korezzjoni neċessarja.