Jista' l-Ministru jara li tinħareġ is-somma ta' €842 li għandu jieħu f'taxxa b'lura, cheque li kellu joħroġ f'Diċembru lill-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-refund in kwistjoni għandu joħroġ fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana ta' 81 sena, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li hija bedridden fejn din tgħix waħidha, applikat għar-Residenza San Vinċenz de Paule u għadha fuq waiting list peress li skont il-familjari mhux l-ewwel darba li jsibuha fl-art għax hi mhix kapaċi li tiekol u tixrob waħidha u tuża wkoll ħrieqi tal-inkontinenza? Jista' xi ħadd mid-dipartiment jara li jittieħdu passi dwar dan il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni tal-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret fid-9 ta’ Diċembru 2010. Il-każ tagħha kien diskuss mill-admissions board ta’ San Vinċenz de Paule fit-23 ta’ Diċembru 2010 u din l-anzjana ġiet approvata għad-dħul ġewwa r-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule. Hija kienet infurmata b’din id-deċiżjoni fit-23 ta’ Diċembru 2010 u ġiet imqiegħda fil-lista ta’ stennija tal-każijiet urġenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22529 u jara li jitmexxa l-każ ta' sussidju tat-telephone ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li ilha xhur li applikat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-każ tal-anzjana msemmija din applikat għas-sussidju tat-telephone nhar it-18 ta` Ottubru 2010. Sussegwentament, dan is-sussidju ngħata lill-istess anzjana b'seħħ lura mill-1 ta' Ottubru 2010. Skont l-informazzjoni li għandna mill-kumpanija tal-telefonija din l-istess anzjana għandha kreditu ta' Ewro u disa u tletin ċenteżmu (Euro 1.39). Għaldaqstant l-istess kumpanija tal-telefonija lanqas biss bagħtitilha l-kont kurrenti tat-telefon.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22567 u jgħid kemm kienu l-pazjenti u fejn intbagħtu bejn il-lejla tal-5 u 6 ta' Jannar 2011 meta ġew trasferiti għall-homes privati minħabba n-nuqqas ta' spazju fl-Isptar Mater Dei? Kemm qed iħallas il-gvern għal dawn is-sodod? Kemm se jdumu hemm u kemm se jintalbu jħallsu l-familjari? Din l-iskema se tibqa' jew hija miftuħa għal ftit taż-żmien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-għaxija tal-Erbgħa 5 ta’ Jannar 2011 ġew trasferiti 18-il pazjent, li minnhom 14 ittieħdu Casa Arkati u l-4 l-oħra ttieħdu Villa Messina. Il-pazjenti trasferiti kollha għandhom bżonn kura fit-tul. Għal dawn is-sodod il-gvern iħallas rati varji skont id-dipendenza tal-persuna, kif stipulat bil-ftehim li għandu l-gvern mal-istess djar privati. Il-pazjenti ser jikkontribwixxu skont il-provvedimenti tal-Avviz Legali 259 tal-2004. Dawn is-sodod kienu parti mill-ftehim diversi li għandu l-gvern fl-iskema tal-Private Public Partnership sabiex ikun jista’ juza’ sodod fi djar privati tal-anzjani.
Residenza San Vinċenz de Paule — talba biex persuna tidħol fid-dimentia ward
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22616 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tbati mid-dimentia u li applikat għar-Residenza San Vinċenz de Paule u minkejja li applikat fl-2007 xorta ma kellhiex risposta peress li bħalissa hija tinsab f home privata għax mhix tajba biex toqgħod id-dar u minkejja kollox f din il-home m'hemmx kura għal min ibati bid-dimentia u x-xewqa tal-familjari hija li tidħol f'San Vincenz de Paule Dimentia Ward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa m’hemmx postijiet vakanti fid-Dementia Ward. Jekk jiġi vakanti post f’din is-sala, jkun jista’ jidħol pazjent ieħor jekk jissodisfa l-kriterji ta’ dħul għal din is-sala. Kull talba li ssir biex xi ħadd jidħol fid-Dementia Ward tiġi evalwata minn team mediku multidixxiplinarju.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22264, jista' l-Ministru jara li l-problema li ilha għaddejja minn Frar tiġi solvuta darba għal dejjem, fejn bejjiegħ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minkejja li għandu l-permess kollu li hu mitlub skont il-liġi, dan spiċċa bla kaxxa safra u dan meta hemm post fejn issir, però jidher li hemm xi disgwid u issa anke l-armonija u l-ħbiberija li kien hemm bejn il-bejjiegħa qed tonqos peress li fis-17 ta' Jannar 2011, kull kaxxa safra inżebgħet bl-iswed fejn il-problema kibret għax is-sitt bejjiegħa ħadd ma jaf fejn se jarma? Jista' l-Ministru jibgħat lil min hu konċernat biex iġib kollox għan-normal u tiġi miżbugħa din il-kaxxa għax kulħadd qed jgħid li din ma taqax taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sit in kwistjoni mhux approvat bħala post ta’ open air market (monti) u allura ma jistax ikun hemm postijiet fissi għall-bejjiegħa.
Sadanittant, Transport Malta se tkun qed tieħu passi biex jitneħħew il-kaxxi sofor li nżebgħu illegalment f'dan il-post.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22333, issa li jidher li dawn is-sinjuri għamlu l-applikazzjoni, tista' l-Ministru tara fiex wasal il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni in kwestjoni issottomettew l-applikazzjoni tagħhom għall-post alternattiv nhar it-23 ta’ Diċembru, 2010 u għaldaqstant għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jara għaliex anzjana armla, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qatt ma ħadet iċ-cheque tal-enerġija u meta marret l-Arms Ltd bagħtuha s-social service, is-social service bagħtuha t-Teżor u issa t-Tezor reġa' bagħatha l-Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara investigazzjonijiet li saru min-naħa tal-ARMS Ltd., irriżulta li l-konsumatur kien ġie fl-uffiċini tagħha f’Settembru tas-sena li għaddiet, sabiex jaġġorna n-numru ta’ persuni mniżżla bħala residenti fil-propjetà tiegħu, u mhux biex jistaqsi rigward ċ-ċekk tal-enerġija.
Il-konsumatur issa ġie miżjud fil-lista, sabiex dan jirċievi ċ-ċekk tal-benefiċċju tal-enerġija.
Jista' l-Ministru jara li xi ħadd mid-dipartiment jirranġa s-servizz tat-telecare tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilu bil-ħsara ġimgħat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ħsara fuq in-numru tat-telephone imsemmi ġiet irrappurtata nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Jannar 2011. Mis-sistema kompjuterizzata ta’ ħsarat fuq is-sistema tat-telefonija fissa ta’ GO irriżulta li l-ħsara ma kienitx fuq il-linja ta’ GO iżda kienet ikkaġunata mis-set tat-Telecare.
Nhar it-Tnejn, 17 ta’ Jannar 2011 intbagħat tekniku ta’ GO fuq il-post biex jiċċekkja n-natura tal-ħsara u sab li l-‘
cradle switch’
tas-sett tat-
telecare
ta’ dawn l-abbonati kien iġġammjat u kellu jinbidel. Iżda meta t-tekniku mar jibdel is-
set
tat-
telecare
, l-abbonati oġġezzjonaw għaliex ma riedux
set
tat-
telecare
kif kien provdut iżda riedu set ta’ tip ieħor.
Il-kumpanija GO irnexxielha ssib
set
tat-
telecare
bħal dak li xtaqu l-abbonati. Nhar it-Tlieta 18 ta’ Jannar, 2011 it-tekniku reġa mar lura fuq il-post biex jibdel is-
set
bil-ħsara ma’
set
kif xtaqu l-abbonati Is-servizz issa ġie għan-normal.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni dijabetiċi li jkollhom il-kartuna r-roża għandhomx dritt għal-Lantus Solostar insulina u jekk il-gvern iġġibx minnha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-insulina glargine (Lantus®) tinsab fil-Formularju tal-Gvern u tingħata b’xejn lil dijabetiċi Tip I li għandhom kartuna roża, flimkien mal-pinen Autopen®24 jew Clickstar®.
Trasferiment ta' Anzjana minn dar tal-anzjani għal oħra
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab Casa Arkati u jgħid jekk hijiex se tibqa' hemmhekk għal dejjem jew inkella hix se tiġi trasferita għar-Residenza San Vinċenz de Paule fuq ix-xewqa tal-istess anzjana u tal-istess applikazzjoni li hija għamlet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija waħda minn dawk il-pazjenti li kienet ġiet trasferita mill-Isptar Mater Dei għal Casa Arkati fis-6 ta’ Jannar 2011 taħt l-iskema tal-public private partnership meta kien hemm influss qawwi ta’ pazjenti bl-influwenza li kellhom bżonn jiddaħħlu fl-Isptar Mater Dei.
Din l-anzjana kienet applikat biex tidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule fit-30 ta’ Diċembru 2010. L-
assessment
tas-
Social Worker
wasal fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità fid-19 ta’ Jannar 2011. Dan il-każ ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni għar-Residenza San Vincenz de Paule u tqiegħed fuq il-lista ta’ stennija.
Din l-anzjana issa jinħtieġilha tagħmel talba lid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ biex tiġi trasferita minn Casa Arkati għar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule. Dan it-trasferiment jiddependi mill-postijet vakanti f'din ir-residenza kif ukoll mill-bżonnijiet kliniċi tal-anzjana.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22350, wara x-xogħol li sar u l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ntalbu biex jneħħu s-siġar imma peress li dan huwa post tal-gvern, dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-agrikoltura jagħmlu dan ix-xogħol biex jitnaqqas l-inkonvenjent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din hija responsabbiltà tal-kunsill lokali u għalhekk nitolbu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jiġi segwit il-każ ta' single parent b'żewġt itfal, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha kont pendenti mal-Arms Ltd fejn jidher li hemm każ ġenwin fejn din tinsab fi problemi kbar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għaddewli ARMS Ltd, jidher li hemm xi diskrepanzi fil-qari tal-meter. Il-kont li ħareġ l-ARMS huwa bbazat fuq il-qari li għadda l-konsumatur, u għalhekk huwa żbaljat.
Għaldaqstant, l-ARMS Ltd ħadet passi sabiex issir spezzjoni b’mod immedjat u jekk jkun hemm ħtieġa, issir ukoll reviżżjoni tal-kont.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' housing fejn is-sinjura, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ħafna drabi tkellmet ma' tal-housing fejn dejjem jgħidluha li qiegħda fuq il-bord u din ma tistax tibqa' tħallas l-ammont ta' kera tal-privat ta' €300 b'żewġt itfal ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti parir lis-sinjura biex tmur l-uffiċċju tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ħaditx iċ-cheque bħala kumpens tal-għoli fid-dawl u l-ilma u minkejja li dan l-individwu mar kemm-il darba jilmenta għand l-Arms Ltd, dan baqa' bla risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li wara investigazzjonijiet li saru min-naħa tagħna, irriżulta li fir-residenza tal-koppja anzjana, hemm biss persuna waħda mniżżla.
Għaldaqstant, iċ-ċekk għandu jinħareġ fuq persuna waħda. F’każ li n-numru ta’ residenti hekk kif indikat fis-sistema tagħna m’huwiex korrett, l-individwu huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-ARMS permezz tal-
freephone
jew email, sabiex il-formoli neċessarji jiġu mimlijja u pproċessati u n-numru ta’ nies fir-residenza, jiġi aġġornat.
Mount Carmel Hospital — skema ta' rehabitational working
Question
Jista' l-Ministru jara jekk il-ħaddiema li kienu fuq skema ta' rehabiltation working f'Mount Carmel Hospital u kienu jieħdu minn din l-iskema €189 u kienu jieħdu flus anke tar-relief, kellhomx dritt li jieħdu tar-relief u tal-iskema? Dettalji ta' min qed jistaqsi qed jintbagħtu separatament.
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dawk il-ħaddiema li jipparteċipaw fir-rehabilitaton work scheme tal-Isptar Monte Karmeli jitħallsu għall-parteċipazzjoni tagħhom fuq l-iskema kif ukoll jibbenefikaw mill-assistenza soċjali skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sakemm:
1.l-ammont totali bejn assistenza soċjali u l-ammont ta’ dħul mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ma jaqbiżx il-paga minima nazzjonali.
2. l-ebda persuna li qegħda tirċievi l-għajnuna għal mard (SKA) ma tista’ tipparteċipa f’din l-iskema.
Jista' l-Ministru jara għaliex anzjana armla, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qatt ma ħadet iċ-cheque tal-enerġija u meta marret l-Arms Ltd bagħtuha s-social service, is-social service bagħtuha t-Teżor u issa t-Tezor reġa' bagħatha l-Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ma tridx taqbeż turn over kumpanija biex ma tagħmilx audit?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Companies Act tagħti eżenzjoni mill-obbligu li kumpannija tagħmel audit tal-kontijiet tagħha meta dawk il-kumpanniji ma jeċċedux tnejn minn tlett kriterji li ġejjin:
Balance Sheet total : €46588
Turnover : €93175
Numru ta’ impjegati : 2
Madankollu, nixtieq nikkjarifika illi din id-disposizzjoni tal-Companies Act hija bla ħsara għal dak li jistghu jipprovdu xi ligijiet oħra, bħal per ezempju l- Income Tax Act.
Taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income kull kumpannija hija obbligata tibgħat
audited accounts
mal-formola tat-taxxa, indipendentement mit-
turnover
tagħha.
Jista' l-Ministru jindaga fuq każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema anzjana tieħu madwar 12-il pillola kuljum, għandha ukoll mard relatat mal-artrite u minħabba f'hekk ma tistax timxi u tagħmel faċendi tad-dar, liema anzjana applikat għas-servizz tal-home help f'Lulju tas-sena 2010, f'Settembru li għadda rċeviet il-karti kollha u saħansitra ġew tal-board, iżda minn dak iż-żmien 'l hawn baqgħet bla risposta? Jista' jara x'inhi r-raġuni li din l-anzjana għadha tistenna dan is-servizz li tant għandha bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni għas-Servizz tal-Home Help tal-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret fil-5 ta’ Ottubru 2010 u mhux f’Lulju 2010. Ir-rapport tas-Social Worker wasal fl-uffiċċju fil-11 ta’ Novembru 2010. Dan il-każ ġie diskuss mill-Bord tal-Allokazzjoni fit-13 ta’ Jannar 2011. Il-każ ma ġiex approvat mill-bord.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21873, għalkemm il-post inxtara sentejn ilu wieħed ma jippretendix li għandu jkun hemm ħsara wara sentejn, tista' l-Ministru tgħid jekk il-kuntrattur għandux ikun responsabbli peress li wara sentejn beda jidħol l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar twettaq ix-xogħol tal-bini billi tqabbad kuntrattur privat permezz ta’ sejħa għal offerti. Hija l-prassi ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li tinkludi klawżola fl-għotja tal-offerta fejn tobbliga lill-kuntrattur jagħmel tajjeb għal ħsara li tinqala fi żmien sentejn mit-tmiem tal-proġett. Fil-fatt, l-Awtorita’ tad-Djar iżżomm 10% tal-flus dovuti lill-kuntrattur għal tul dan il-perjodu bħala garanzija sabiex tiżgura li tiġi onorata din il-klawżola. Fit-tmiem tal-perjodu l-Awtorita’ tad-Djar hi obbligata li tirrilaxxa l-flus dovuti u ma jibqalha l-ebda jedd li tobbliga lill-kuntrattur biex jagħmel tajjeb għall-ħsarat.
Minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar jidher li l-ħsara tikkonsisti fi dħul ta’ ilma mill-bejt u mil-ħajt ta’ l-appogg, normali f’bini ġdid li jkun qed jistrieh. Ix-xogħol ta’ tiswija meħtieġ jaqa’ taħt klassifikazzjoni ta’ manutenzjoni tal-bini li jrid isir mir-residenti hekk kif stipulat fi klawżoli 7 u 8 tal-kuntratt tal-bejgħ.