Jista' l-Ministru jara li impjegati tat-taxxi interni jibagħtu ir-return tal-income tax ta' anzjana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li wara li l- kummissarju bagħat return u ma kenitx korretta, talbet li tintbagħtilha formola tal-income tax li ħafna nies diġà irċevew?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali tad-dipartiment diġa’ kkuntattjaw lill-persuna indikata. Minbarra li kellmuha, se tintbagħtilha spjega u dettalji bil-miktub.
Nigbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant biex għal mistoqsijiet bħal dawn kemm jista’ jkun jagħmel użu mill-mezzi u għajnuniet normali li joffri d-dipartiment tat-taxxi interni, bħat-Taxpayer Service tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim li sar bejn il-gvern u l-Palumbo (ex-dockyard) Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan il-ftehim diġà ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u ġie sottomess għad-diskussjoni mill-istess Kamra tar-Rappreżentanti.
Jista' l-Ministru jgħid xi studju hemm għaddej u x'inhu l-pjan tal-gvern biex ma jinħeliex l-ilma tax-xita? Kemm mill-ilma tax-xita jiġi reservat? Hemm pjanijiet għas-south? Jekk iva, x'inhuma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa mill-perjodu bejn l-2007 u l-2008 kien sar MasterPlan dwar l-Storm Water u li serva bħala bażi li fuqu kontinwament saru żviluppi tal-pjanijiet biex kif indikat fl-stess pjan jkunu attwati numru ta’ mizuri biex kemm jista’ jkun possibbli u b’mod vijabli ma jinħeliex l-ilma tax-xita. Il-pjan tal-Gvern hu li fejn hu ekonomikament vijabli, kif ukoll ambjentalment aċċettabli, jsiru proġetti li jwasslu għal dan il-għan.
Barra minn dan il-Ministeru għandu għaddej program ta’ tindif u manutenzzjoni regolari ta’ riservi tal-ilma tax-xita u widien, kif ukoll ser jara li r-regolamenti tal-bini li jirrikjedu li kull-bini ġdid ikollu ħazna għal illma tax-xita li tkun infurzata meta jinħarġu l-permessi għal bini. Ma hux possibli li ngħidu kemm ilma tax-xita jiġi reservat għax barra minn riservi naturali u gibjuni li jappertjenu lil diversi entitajiet tal-Gvern, ħafna ilma tax-xita jiġi maħzun fi bjar privati.
Fir-rigward ta’ pjan għas-South, il-Ministeru qed jistudja l-possibilita li parti mill-ilma tax-xita li ser ikun miġbur fil-mina li ser tinbena għal kontra l-għarar bejn Ħaż-Żabbar u l-kosta li tagħti mix-Xgħajra għal Wied il-Għajn, ikun jinqabad biex jintuża għar-riġenerazzjoni tal-ilma tal-pjan jew għat-tisqijja.
south ta' Malta — applikazzjoni għal bini ta' lukandi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni għal bini ta' lukandi fis-south ta' Malta? Jekk iva, fejn ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-awtorità għandha pendenti quddiemha sitt (6) applikazzjonijiet li jikkonċernaw bini jew alterazzjonijiet/estensjonijiet ta' lukandi, aparthotels, guesthouses li jaqgħu taħt il-pjanijiet lokali għan-nofsinhar ta' Malta u l-bajja ta' Marsaxlokk. ħamsa min dawn huma f'Marsascala u waħda qiegħda f'Ħal Luqa.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "hotel", "lukanda/i", "hostel", "guest house", "aparthotel", jew "tourist".
tisbiħ fis-south ta' Malta — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew flus mill-Unjoni Ewropea biex isir tisbiħ fis-south ta' Malta? Kemm kien l-ammont u għal liema proġett kienu dawn il-fondi? Kemm kienu jammontaw?
Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex ir-restawr tas-swar fil-Kottonera u l-Belt? Jekk iva, meta se jitlestew u kemm ingħataw flus mill-Unjoni Ewropea? Ħareġ xi flus il-gvern għal dan ir-restawr?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma nistax nifhem kif l-Onor Interpellant għadu ma ndunax li beda r-restawr fil-Belt u l-Kottonera.Kif inhu evidenti minn ħafna scaffolding armat f'diversi partijiet ta' swar kemm fil-Belt kif ukoll ġewwa l-Kottonera, ir-restawr tas-swar jinsab għaddej b'ritmu tajjeb. Il-parti l-kbira tax-xogħol hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja, taħt il-programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) b'rata ta' ko-finanzjament ta' 85% tan-nefqa eliġibli, u ċioe €27.4 miljun . Dan il-programm jitlesta fl-2013 u jinkludi ukoll xogħlijiet fl-Imdina u ċ-Ċittadella. Il-gvern qed joħrog 15% tan-nefqa eligibli, flimkien mal-VAT u n-nefqa li mhijiex eligibli.
Barra minn dan ghaddej xogħol ieħor ta' restawr fuq is-swar fil-Belt u l-Kottonera, kemm minn ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr fi ħdan l-Ministeru tiegħi, kif ukoll minn kuntratturi privati wara ħruġ ta' sejħiet għall-offerti. Dawn qed ikunu finanzjati minnfondi tal-Gvern Ċentrali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħiseb li jsiru tisbiħ ta' roundabouts fis-south ta' Malta? Jekk iva, liema huma u meta se jibdew? Liema huma dawk li bħalissa qed isir tisbiħ fuqhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fl-aħħar xhur tas-sena li għaddiet beda u tlesta x-xogħol ta' tisbiħ fir-roundabout ta' ħdejn l-MCAST f’Raħal Ġdid u l-by pass ta' Wied il-Għajn. Wasal biex jitlesta ukoll ix-xogħol fir-roundabout barra Santa Lucia. Saret applikazzjoni lil MEPA sabiex isir x-xogħol ta' tisbiħ fir-roundabout ta' Għajn Dwieli. Il-permess ġie approvat fil-ġranet li għaddew u qegħdin isiru tħejjijiet biex jidba x-xogħol. Barra minn dan ix-xogħol hemm ippjanati li jsir xogħol fil-junction ta' Bir-id-deheb, Triq Garibaldi u Triq il-Kunsill tal-Ewropa Luqa/Marsa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi pjani li jsiru flyovers fis-south ta' Malta? Jekk iva, liema huma u meta se jibdew? Jista' jpoġġi pjanti fuq il-Mejda tal -Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sal-lum m'hemm l-ebda deċiżjoni finali biex isiru flyovers fis-south ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li fin-naħa tas-South isiru aktar yacht marinas? Jekk iva, fejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-rapport “Development of Yachting Facilities in Malta” li kienet ippublikat l-Awtorità Marittima ta’ Malta f’April ta’ 2009 u li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir minn Ground Pace Grasso f Raħal Ġdid u jekk hux minnu li se tinbena skola sekondarja? Tista' tpoġġi l-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra u x'se jsir mill-iskola sekondarja li hemm eżistenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Ground Pace Grasso f’Raħal il-Ġdid ser tinbena Skola Sekondarja. Il-pjanti għadhom qed jiġu ppreparati u l-Gvern għadu qed jistudja diversi għażliet dwar l-użu tal-Iskola Sekondarja eżistenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex isaħħaħ it-turizmu fis-south ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-turiżmu f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin għaddej minn bidla importanti fejn qed jonqsu t-turisti li jiġu bħala parti minn tour filwaqt li qed jiżdiedu t-turisti li jagħmlu l-bookings tagħhom b’mod indipendent. Dan qed igħin biex it-turiżmu jinfirex iżjed, hekk kif it-turist hekk imsejjaħ ‘indipendenti’ qed juża aktar karozzi tal-kiri, trasport pubbliku u mezzi oħra bħal open top buses biex jara partijiet ta’ Malta u Għawdex li fil-passat forsi ma kienux jattiraw daqstant turisti.
Hemm lokalitajiet fin-nofs in-nhar ta’ Malta li qegħdin jaraw aktar attivita’ ekonomika b’riżultat ta’ din il-bidla. Dan anke minħabba attivitajiet li qed jorganizzaw kunsilli lokali, anke bl-għajnuna tal-Gvern u tal-Awtorita’ tat-Turiżmu biex jattiraw viżitaturi lejn il-lokal.
Il-Gvern permess ta’ l-entitajiet u ministeri tiegħu qed jinvesti fi proġetti infrastrutturali sabiex jattira u jkabbar l-attivita’ turistika fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Fost dawn ta’ min isemmi l-proġett ta’ tisbiħ ta’ Marsaxlokk u tal-
Promenade
taż-Żurrieq, il-bini taċ-Ċentru tal-Viżitaturi u Tinda ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, il-proġett ta’ restawr tas-Swar tal-Kottonera.
Il-Gvern jara potenzjal kbir għall-iżvilupp ta’
boutique hotels
f’lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dan it-tip ta’ lukandi żgħar jistgħu joffru prodott uniku u fl-istess ħin jiġġeneraw xogħol u kummerċ fil-lokalitajiet. L-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu qed tħejji leġislazzjoni biex tirregola dawn it-tip ta’ akkomodazzjoni. Permezz tat-
Tourism Grant Scheme,
ingħataw fondi, lill-intrapriżi biex jgħinuhom jiftħu lukandi ta’ dan it-tip. Hemm potenzjal kbir f’lokalitajiet bħaż-Żejtun, Żurrieq, u oħrajn għal dan it-tip ta’ żvilupp.
F’ l-aġġornament tal-politika nazzjonali għat-turiżmu li qed issir bħalissa ser inkunu qed inħarsu lejn kif nistgħu nkomplu nferrxu t-turiżmu lejn kull lokalita’ fil-gżejjer tagħna.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-talbiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal żvilupp ġewwa s-south ta' Malta? Jista' jispeċifika lokalità b'lokalità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorita' għandha pendenti quddiemha elf mitejn u ħamsa u ħamsin (1255) applikazzjoni li jaqgħu taħt il-pjanijiet lokali għan-nofsinhar ta' Malta u l-bajja ta' Marsaxlokk.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba li taqsam dawn l-applikazzjonijiet bill-Kunsill Lokali li jaqaw fijhom.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22307, tista' l-Ministru tara jekk l-Awtorità tad-Djar tistax tieħu lura l-flus li ħallset biex isir il-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta għandha tagħmel talba lill-Awtorità tad-Djar sabiex tingħata lura l-ħlas amministrattiv u t-talba tagħha tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jara jekk jistax jitmexxa l-każ ta' transfer tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna msemmija kitbet lill-Ministru direttament biex tigi trasferita. Hija ġiet riferuta lid-Dipartiment konċernat biex tagħmel talba formali għat-trasferiment. S’issa din il-persuna għadha ma avżatx l-amministrazzjoni bit-talba tagħha.
Jeżistu proċeduri speċifiċi ta’ kif wieħed għandu jitlob li jiġi trasferit mill-post tax-xogħol tiegħu u dawn għandhom dejjem jiġu rrispettati. Talbiet għal trasferiment għandhom jiġu magħmula lill-awtoritajiet amministrattivi.
Għaldaqstant il-persuna imsemmija hija mistiedna biex tagħmel it-talba tagħha skont il-proċedura normali biex b’hekk din tkun tista’ tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għall-home help xi erba' snin u dejjem tagħmel iċ-ċertifikat mediku imma dejjem tibqa' bla risposta biex forsi jerġgħu jaraw il-każ għax skont iċ-ċertifikati li għandha din tħoss il-bżonn li tingħata dan is-servizz għax kieku mhux se toqgħod tistena għal erba' snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-bord tal-allokazzjoni kkunsidra t-talba tal-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant erba’ darbiet bejn Lulju 2009 u Jannar 2011. L-anzjana ġiet infurmata permezz ta’ ittra dwar kull deċiżjoni li ttieħdet mill-bord. L-ittri jġibu dawn id-dati:
28 ta’ Lulju 2009
5 ta’ Novembru 2009
5 ta’ Frar 2010
23 ta’ Jannar 2011
Il-bord ikkonsidra li r-rapporti mediċi li ġew ippreżentati f'dan il-perjodu ma kien hemm l-ebda tibdil sinifikanti bejniethom u jindikaw li din l-anzjana għadha indipendenti fl-attivitajiet ta’ kuljum. Barra minn hekk ir-rapport ta’
X-ray
li ppreżentat din l-anzjana jindika li ma hemm l-ebda patoloġija u huwa mmarkat bħala NAD (
nothing abnormal discovered
). Il-kundizzjoni medika li tilmenta biha din l-anzjana li qed jaffetwaha jew li qed jillimitaha milli tagħmel xi xogħol domestiku fid-dar, mhijiex indikata fuq ir-rapporti mediċi. Għaldaqstant il-bord ikkonkluda li għalissa m’hemmx urġenza li japprova dan is-servizz.