Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' Sinjura li qed titlob biex isiru bollards quddiem tliet residenzi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sitwazzjoni li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant ittranġat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jinsab bla saqajn u mhux l-ewwel darba li jaqa' mis-sodda u huwa applika għall-Bormla Home, Żejtun Home u r-Residenza San Vinċenz de Paule u minħabba l-kondizzjoni tiegħu jixtieq li jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li ilu li applika xi ħames snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna msemmija applikat l-ewwel darba fit-3 ta’ Lulju 2007. Dan il-każ ġie approvat bħala high priority mill-Bord tal-Ammissjoni fit-23 ta’ Awissu 2007. Wara li sar update fl-applikazzjoni ta’ dan il-każ fid-29 ta’ Settembru 2010, reġa’ deher quddiem il-Bord tal-Amissjoni fit-30 ta’ Settembru 2010 u reġa’ ġie approvat bħala high priority. B’hekk dan il-każ ġie mqiegħed fil-lista ta’ stennija tal-high priority.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23253 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ħaġa minn Wied Blandun Paola/Fgura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li preżentament ix-xogħolijiet li saru f’ wied Blandun kien twaħħil ta’ siġar indiġieni.
Sadanitant ix-xogħolijiet twaqqfu għaliex ġie skopert li partijiet mill-art ta’ dan il-wied hija propjeta privata.
tisbiħ fis-south ta' Malta — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23247 u jgħid kemm ġew flus mill-Unjoni Ewropea biex isir tisbiħ fis-south ta' Malta? Kemm kien l-ammont u għal liema proġett kienu dawn il-fondi? Kemm kienu jammontaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23238 u jgħid jekk hemmx xi pjan min-naħa tal-gvern għall-Menqa ġewwa l-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
“Ninsab infurmat li l-Menqa tal-Marsa hija waħda mill-proposti li l-Gvern kien ħabbar għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. F’dan ir-rigward għaddejjin diskussjonijiet mal-MEPA fuq il-Grand Harbour Local Plan.
L-izvilupp tal-area tal-Menqa tifforma parti mill-Master Plan preparat mill-Grand Harbour Regeneration Corporation għal din l-area. Dan il-Master Plan ġie sottomess lil MEPA u qed jiġi konsiderat fil-kuntest tal-Grand Harbour Local Plan u d-decommissioning plan tal-Marsa Power Station.”
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23056 u jgħid kemm mietu nies bil-mard tal-kanċer mis-sena 1990 sal-lum u b'liema tip ta' kanċer mietu u minn fejn huma?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw seperatament, li ilha li applikat mill-2006 biex tidħol ġo home jew fir-Residenza San Vinċenz de Paule u peress li għadda ż-żmien, tixtieq tkun taf x'sar mill-applikazzjonijoni u fejn tinstab bħala priorità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab Villa Messina Rabat u skont informazzjoni li ġabret qed tgħid li qed tieħu pensjoni nieqsa għax minflok €180 hija qed tieħu €109?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha jew iċċempel fuq in-numru 159 għal aktar informazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' omm separata b'erbat itfal, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għall-post mill-2007 u nies li applikaw warajha ħadu post diġà? Qiegħed nagħmel din il-mistoqsija mhux biex niddiskrimina imma biex issir ġustizzja magħha.
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onorevoli Interpellant għandu jagħti parir lill-applikanta biex tersaq lejn l-Awtorità tad-Djar biex tara fejn waslet l-applikazzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jara każ ta' Sinjura, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li din minkejja li ħallset €52.50c tal-liċenżja tat-triq u minkejja li poġġiet il-flus flimkien mal-karti mitluba, huma qed isostnu li ma rċevew xejn? Din is-Sinjura lesta tidher quddiem min huwa resposabbli biex il-każ jiġi solvut u ma jirrepetix ruħu ma' konsumaturi oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jara għaliex meta jiġi l-meter reader jaqra ma jagħtix l-irċevuta ta' kemm il-konsumatur ikun ħela dawl u ilma? Jista' l-individwu, li d-dettalji qed jingħataw separatament, jirċievi din l-irċevuta bil-posta għax meta staqsa għaliex mhux jagħtu irċevuta qalulu li l-magna bil-ħsara?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-9 ta’ Frar 2011, l-konsumatur innifsu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, għamel kuntatt mal-ARMS Ltd. permezz tat-telefon u ġiet ċċarata miegħu r-raġuni għala dan ma ngħatax irċevuta bil-konsum ta’ l-ilma mill-meter reader.
Dan kien minħabba l-fatt li kien sar
meter change
fl-14 ta’ Jannar 2011, li ma kienx għadu tnizzel fis-sistema tal-magna tal-
meter reader
minħabba verifikazzjonijiet ulterjuri li kien għad iridu jsiru u għalhekk, l-konsum ta’ l-ilma ma setax jiġi mdaħħal fl-irċevuta. Kien hemm ukoll temporanjament, xi problemi tekniċi fil-
printer
ta’ l-irċevuti ta’ l-istess
meter reader
.
Minkejja dan, tajjeb li wieħed jinnota li l-
meter reader
xorta ħareġ rċevuta manwali fejn dan speċifika x’kien il-konsum tad-dawl, iżda minħabba r-raġunijiet mgħotija aktar kmieni, l-konsum ta’ l-ilma ma setax jingħata ma’ dak ta’ l-elettriku.
Għaldaqstant, il-konsumatur aċċetta din l-ispjegazzjoni u għalhekk, l-każ ġie ċċarat minnufih.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir mill-Ground Pace Grasso f'Raħal Ġdid? Meta se jibda x-xogħol u x'użu se jsir mill-iskola sekondarja Guże Damato, Raħal Ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23242 tas-Seduta 311.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet infrastrutturali għal dawn is-sentejn li ġejjin fuq is-south ta' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23028 diġa semmejt il-pjani infrastrutturali għan-Nofs in-Nhar ta’ Malta.
Ma dawn iridu jiżdiedu it-toroq li ser isiru taħt it-
TenT Roads
li jinkludu :
Triq Garibaldi, Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Triq ta’ ħdejn il-VISET u bini ta’ underpass tal-Marsa, kif ukoll it-Triq li tgħati mill-Fgura għall-Smartcity Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġab fondi mill-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jiġu rranġati t-toroq f'Malta u Għawdex u kemm se jiġu fondi sas-sena 2013? Għalfejn se jintużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma t-talbiet tal-Gvern Malti biex jingħata fondi mill-Unjoni Ewropea u għal liema proġetti se jintużaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tal-perspettivi finanzjarji għall-perijodu 2007–2013, il-fondi li ġew allokati lil Malta huma primarjament indirizzati lejn il-Politika ta’ Koeżjoni. Il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni huma l-istrumenti finanzjarji ewlenin tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE 2007-2013.
L-istrateġija mfassla fin-
National Strategic Reference Framework
(NSRF) tifforma l-bażi għal żewġ Programmi Operattivi li kull wieħed minnhom ifassal il-qafas li fih il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni se jintefqu f’dan il-perijodu. Iż-żewġ Programmi Operattivi ta’ Malta huma:
· Programm Operattiv I - Ninvestu fil-Kompetittivita’ għal Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar. Dan il-Programm huwa ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni.
· Programm Operattiv II - Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar. Dan il-Programm huwa ffinanzjat mill -Fond Soċjali Ewropew.
Dawn iż-żewġ dokumenti jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita’ ta’ Ġestjoni għal Malta - www.ppcd.gov.mt. Il-baġit allokat għal kull Programm Operattiv qiegħed indikat f’kapitlu 6 tad-dokument innifsu.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-familja li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed tallega li hemm il-meter tal-ilma wieqaf u jixtiequ li dan il-meter jinbidel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb il-problema msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ħitan fit-toroq saru bil-ġebel tas-sejjieħ lokalità, lokalità f'Malta u Għawdex mis-sena 2000?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ħafna mill-ħitan tas-sejjieħ li saru fit -toroq kienu proġetti ta' Transport Malta. Is-sezzjoni tal- P.A.R.K. għamlet dawn ix-xogħolijiet fil-
perjodu li qed jindika l-Onor Interpellant: Mellieħa, 2820 metru, Ħad-Dingli, 640 metru, Gharghur 1000 metru, Għajn Tuffieħa 1200 metru, San Ġwann 750 metru, Rabat Malta,
2000 metru, Ħal Far, 470 metru u l-Mosta 1500 metru.