Legislature:
Category:
Reset
Active:

Voucher tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' armla, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, biex jinħareġ il-voucher tad-dawl u ilma, għax din minkejja li dawret il-kont fuq isimha għadha ma rċevit xejn ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ingħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Transport Malta — persuna li baqgħet bla liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi konkluż każ ta' omm li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kellha każ ma' Transport Malta fejn l-persuna għadha bla liċenzja u bla risposta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 23419.

Awtorità tad-Djar — talba għal sussidju

Question

Tista' l-Ministru tara każ ta' familja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat mal-Awtorità tad-Djar biex tieħu sussidju fejn hemm involut tifel b'diżabilità li l-każ tiegħu kważi wasal fil-final, biex ikollom il-kelma ta' approval biex ikun jista' jitmexxa l-każ, liema każ ilu għaddej sitt xhur? Jistgħu jiġu nfurmati bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni qegħda tiġi pproċessata. L-Awtorità tad-Djar qed tiġbor informazzjoni dwar l-assi u d-dħul tal-applikanti sabiex jiġi stabbilit jekk jikkwalifikawx taħt il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentaġġ tal-għajnuna li jikkwalifikaw għalih.

Sussidju fuq kera

Question

Tista' l-Ministru tara sewwa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat għas-sussidju tal-kera u qalulha li ma tikkwalifikax għax m'hemmx tieqa fil-kamra. Issa din għamlitha t-tieqa u irceviet karta li meta kienu gew jarawha ma kienx hemmx tieqa. Fil-fatt huma kienu ġew jaraw l-post qabel infetħet it-tieqa. Tista' l-Ministru titlob li jerġgħu jaraw il-kaz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita’ tad-Djar ser terġa tispezzjoni r-residenza tal-applikanta msemmija sabiex tikkonferma fejn infetħet it-tieqa.

ħaddiema mal-Airmalta jew MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Airmalta jew MIA mis-sena 2010 sal-lum? Kemm ġew ħaddiema on loan ma' postijiet oħra? Fejn marru u xi grad kellhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

post tal-gvern — risposta mingħand il-periti

Question

Tista' l-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha post tal-gvern u minkejja li ġew il-periti xorta għad ma għandhomx risposta meta se jibda ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar avżat lill-kuntrattur sabiex jagħmel ix-xogħol ta’ tiswija meħtieġ. Il-kuntrattur wiegħed li x-xogħol se jsir mill-aktar fis possibli.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma ta' koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, għax dawn ilhom ma jirċievu l-kont tad-dawl u l-ilma minn Frar 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-koppja anzjana msemmija, ġie investigat u l-kontijiet issa inħarġu u ntbgħatu bil-posta.

Kontijiet fuq three phase

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed tirċievi kont tad-dawl fuq three-phase minflok single phase li jirriżulta f'aktar kontijiet għoljin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ li d-dettalji tiegħu ntbagħatu separatament fejn koppja anzjana qed tirċievi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq three phase minflok single phase u għalhekk il-kontijiet kienu qed jirriżultaw għoljin, ġie investigat u l-kontijiet ġew irreveduti fuq tariffi applikabli għal-single phase. L-istess kontijiet irreveduti, ġew mibgħuta bil-posta lill-konsumaturi msemmijja.

Ħlas tat-taxxa fuq id-dar

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ ta' koppja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li xtrat id-dar tagħha fl-2001 u għadha ma ħallsitx it-taxxa fuq il-post u tixtieq tirregola ruħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-residenza tal-koppja msemmija fil-mistoqsija kienet ġiet akkwistata taħt l-Iskema “I” fl-2001 permess ta’ “kuntratt konvenju” billi l-art li fuqha hemm mibnija din ir-residenza kienet qegħda f’kors ta’ akkwist min-naħa tal-Gvern. Il-kuntratt finali, fejn titħallas ukoll it-taxxa, isir meta t-titolu tal-art jiġi trasferit lill-Awtorità tad-Djar. Dan l-aħħar id-Dipartiment tal-Artijiet għadda numru sostanzjali ta’ titoli ta’ art li fuqha nbnew djar mill-Awtorità tad-Djar.
Leg 11 PQ #24158 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

south ta' Malta — studji fuq it-trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24015, 23733 u 23240 u jgħid fiex waslu l-istudji fuq it-trab iswed li jaqa' fuq is-south ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arms Ltd toħroġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċevih minn Settembru u n-nies tal-istess triq irċevewh?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi kont għal dan l-aħħar 11-il xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.

Applikazzjoni għaż-Żejtun Home

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw seperatament, peress li kienet applikat għaż-Żejtun Home imma wara żmien li għamlet fl-Isptar San Luqa, il-gvern flimkien mal-famlija kienu bagħtuha s-Central fil-Mosta sakemm ikun hemm post iż-Żejtun?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant trid turi x-xewqa tagħha li tiġi trasferita mis-Central Home għaż-Żejtun Home billi tikteb lid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità. Safejn ikun possibli nippruvaw nikkuntentaw kull talba ta’ dan iti-tip skont il-postijiet vakanti li jkun hemm.

Tiswija tas-servizz tat-telecare

Question

Jista' l-Ministru jara li ħaddiema jaraw is-servizz tat-telecareta' koppja anzjana, li mhux qed jaħdem u li għalihom huwa ta' bżonn kbir, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li marru l-ħaddiema biex jarawh dan is-servizz xorta mhux qed jaħdem?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru tat-telefon li qiegħed jikkwota l-Onor. Interpellant mhuwiex mgħammar bis-servizz tat-Telecare.

każ dwar voucher tad-dawl u ilma

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sal-aħħar ta' Decembru 2010 kienet tirċievi s-sussidju fuq id-dawl u l-ilma (voucher) u issa mhux qed tircevih? Tista' tingħata risposta dwar il-pożizzjoni tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha jew iċċempel fuq in-numru 159 għal aktar informazzjoni.

Ġuvni li għandu bżonn servizz ta' helper

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ ta' ġuvni, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li huwa otist u l-bord tal-Aġenzija Sapport kien approva sitt sigħat fil-ġimgħa u huma jixtiequ li jkollu aktar sigħat u peress li l-helper tieghu qiegħed bil-light duty dan il-ġuvni spiċċa bla għajnuna? Barra minn hekk, hu għandu problema ta' trasport biex imur id-day centre ta' Kordin. Jista' jgħid jekk hijiex proċedura li d-dipartiment ma jippovdix trasport għal dan il-ġuvni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is- support worker regolari mistenni jirritorna lura għall-ħidma tiegħu mal-imsemmi klijent fl-ewwel ta’ Marzu. Huwa pjanat ukoll li tiġi mħarrġa persuna oħra biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili.

Bdil ta' arloġġ tal-Panelli Voltajiċi

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħal l-arloġġ ta' pannelli voltajiċi tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li applikat biex jinbidel l-arloġġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni ma tistgħax toffri ċerti servizzi, inkluż dak imsemmi mill-Onor. Interpellant peress li bħalissa għaddejja azzjoni industrijali ordnata mill-General Workers Union li tirrapprezenta l-ħaddiema tal-korporazzjoni. Għaldaqstant, qabel ma dawn l-azzjonijiet jiġu sospiżi, dan ix-xogħol ma jistgħax isir.

Applikazzjoni biex anzjana tidħol ġo home

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23861 u ċioe jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw seperatament, li ilha li applikat mill-2006 biex tidħol ġo home jew fir-Residenza San Vinċenz de Paule u peress li għadda ż-żmien, tixtieq tkun taf x'sar mill-applikazzjoni u fejn tinsab bħala priorità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li filwaqt illi huwa minnu li l-persuna konċernata kienet applikat fl-2006, it-tfal tal-persuna msemmija xtaqu li jkomplu jieħdu ħsieb ommhom huma stess, u dan jirriżulta minn noti fil-file tal-persuna konċernata miktuba fl-4 ta’ Awwissu 2007. B’konsegwenza ta’ din it-talba minn naħa tal-qraba tal-imsemmija anzjani, l-Admission Board laqgha t-talba tal-qraba tal-anzjana u kkonkluda l-każ bħala self-refusal. Applikazzjoni ġdida ntbgħatet nhar il-15 ta’ Settembru 2009, fejn il-bord ra l-każ nhar is-26 ta’ Novembru 2009 u kkonkluda li l-każ kien jimmerita li jitpoġġa bħala high priority għal San Vinċenz de Paul . Updated report ġie mressaq nhar is-17 ta’ Diċembru 2010 u l-bord ikkonferma li l-każ kien ta’ high priority għax skont l-Admissions Board ma kien hemm l-ebda evidenza ġdida.
Leg 11 PQ #24015 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

south ta' Malta — studji fuq it-trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23733 u 23240 u jgħid fiex waslu l-istudji fuq it-trab iswed li jaqa' fuq is-south ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Transport Malta — linji gwida dwar sinjali tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' talba li għamel il-kunsill lokali biex impjegati tat-Transport Malta jaraw li tingħata deċiżjoni dwar sinjali tat-toroq, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li minħabba dan in-nuqqas hemm diżgwid bejn ir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għadha qed tikkunsidra l-każ in kwistjoni.