Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24248, 24158, 24015, 23733 u 23240 u jgħid fiex waslu l-istudji fuq it-trab iswed li jaqa' fuq is-south ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li studju ppreparat mill-Professur Alfred Vella fuq is-suġġett qiegħed jiġi evalwat mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 24325 li saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilha u tara l-każ tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kienet tgħix is-Central Home il-Mosta fejn kienu jaqtgħulha mill-pensjoni u skont din is-Sinjura minkejja li ħarġet minn hemmhekk, xorta waħda baqgħu jaqtgħulha l-flus mill-pensjoni? Hi rrappurtat ħafna drabi lis-social service u qalulha li mexxew il-każ.
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha jew iċċempel fuq in-numru 159 għal aktar informazzjoni.
Problema ta' drenaġġ f'Raħal Ġdid — f'Triq Żabbar u Triq Mater Boni Consigli u St. Joseph
Question
Jista' l-Ministru jibgħat xi ħaddiema sabiex isewwu t-tappiera li qed tfur u anke qed jidħol id-drenaġġ għand in-nies li tinsab fi f'Żabbar Road Paola, kantuniera ma' Triq Mater Boni Consigli u St. Joseph Street peress li meta r-residenti marru għand il-kunsill, dawn qalulhom li dan mhux xogħol tal-kunsill?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-korporazzjoni se tieħu ħsieb dan l-ilment.
Tappira f'Raħal Ġdid — Triq San Ġorġ u Triq Schriber
Question
Jista' l-Ministru jibgħat xi ħaddiema sabiex isewwu t-tappiera li tinsab fi Triq San Ġorġ qabel iddur għal Triq Schriber Paola, li din kull meta jgħaddu l-karozzi qed tagħmel ħoss kbir, l-aktar bil-lejl peress li meta r-residenti kellmu lill-kunsill, dawn qallulhom li dan mhux xogħol tal-kunsill u meta saru ilmenti bħal dawn, biex ġiet solvuta l-problema, twaħħal xi materjal mad-dawra tat-tappiera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tieħu ħsieb dan l-ilment, dejjem jekk it-tappiera tifforma parti mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid:
a) kemm jiswa kull
perpetrator course
li jingħata mill-Aġenzija Appoġġ;
b) kemm jiswa kull kors li jingħata mill-Aġenzija Sedqa lill-persuni li għandhom problema ta' alkoħol; u
ċ) kemm jiswa kull kors li jingħata lid-drogati mill-Aġenzija Sedqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull
perpetrator course
mill-Aġenzija Appoġġ jiswa €9,063.39 (program ta’ 22 ġimgħa).
Kull kors li jingħata mill-Aġenzija Sedqa lill-persuni li għandhom problema ta'
alcohol
jiswa €138,286 (program ta’ sena)
Kull kors li jingħata lill-persuni bi problema ta’droga mill-Aġenzija Sedqa jiswa €316,622 (program ta’ sena u sitt xhur)
Dawn il-figuri jinkludu s-salarji tal-ħaddiema kif ukoll l-ispejjez rikorrenti tal-programm.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jagħmilx spezzjonijiet regolari fid-djar residenzjali tal-persuni b'diżabilità u fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tal-Persuni b'Diżabilità biex jiġi żgurat li s-servizzi mogħtija huma ta' kwalità tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru ma jagħmilx spezzjonijiet regolari fid-djar residenzjali tal-persuni b'diżabilità u fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tal-Persuni b'Diżabilità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24223 u jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Air Malta jew Malta International Airport mis-sena 2010 sal-lum? Kemm marru ħaddiema on loan ma' postijiet oħra? Fejn marru u xi grad kellhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Tikkonferma l-Ministru li s-servizz li kienu jagħtu s-sewwieqa tax-xarabank li kienu jwasslu l-iskola lit-tfal se jieqaf? Jekk iva, liema huma l-iskejjel u x'rimedju se jagħmel il-gvern biex dan is-servizz jibqa'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja m’għandux l-intenzjoni li jneħħi s-servizz tat-trasport għall-istudenti li huma intitolati għalih.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li talbet is-servizz ta' home help u hija xtaqet li jkollha dan is-servizz għax skont din l-anzjana, it-tifel tagħha li joqgħod fuq id-dar tagħha għandu tarbija u s-servizz li kien jagħti lil ommu issa sar diffiċli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellanat kienet applikat għas-servizz tal-home help fit-3 ta' Marzu 2005 imma ma kienx ġie approvat. Minn dak iż-żmien qatt ma saret applikazzjoni oħra. Għaldaqstant, jekk din il-persuna tixtieq is-servizz tal-home help għandha tapplika mill-ġdid.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22294, tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-11-il tarbija li twieldu s-sena l-oħra minn ommijiet li qed isofru minn drug addiction?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2010 kien hemm 13-il tarbija mwielda minn ommijiet li jsofru minn
drug addiction.
5 minn dawn it-trabi ġew impoġġija taħt care order filwaqt li għat-8 l-oħra ġie ffirmat kuntratt soċjali – ftehim bejn il-professjonisti ikkonċernati u l-omm/ġenituri. L-Omm/Il-Ġenituri jaċċettaw li jikkollaboraw fuq pjan t’azzjoni li jkun maqbul u li jinvolvi kemm il-professjonisti ta’ Sedqa u tac-Child Protection Services
tal-Appoġġ, kif ukoll professjonisti oħra, skont kif ikun meħtieġ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru rapporti fuq it-telefon 179 dwar il-vjolenza domestika s-sena l-oħra? Kemm minn dawn is-sejħiet saru interventi mis-social workers tal-Aġenzija Appoġġ billi, fost affarijiet oħra, saru surprise home visits minn dawn il-professjonisti? Kemm kien hemm minn dawn is-sejħiet li vera twettqet il-vjolenza domestika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sena l-oħra saru 465 rapport dwar vjolenza domestika fuq il-179. Il-Fondazzjoni ma żżommx statistika ta’ kemm-il intervent sar wara telefonati rigward vjolenza domestika u l-anqas ta’ kemm mit-telefonati rigward vjolenza domestika kienu veri jew le.
Il-persuni li għamlu dawn it-telefonati ġew gwidati mis-
supportline
sabiex jagħmlu kuntatt mas-
social workers
tad-Domestic Violence Unit (DVU).
Surprise Home Visits
ma jsirux mid-DVU. Dan għaliex fil-maggoranza tal-każijiet il-vittma tagħmel kuntatt mal-Appoġġ mingħajr mal-awtur tal-vjolenza ma jkun jaf. F’każijiet fejn il-vittma tkun għadha qed tgħix mal-awtur tal-vjolenza,
home visits
ta’ dan it-tip jistgħu jpoġġu l-vittma f’aktar riskju u periklu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21296, jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-sentenza mogħtija lill-aggressuri ta' dan ir-reat serju? Kemm-il sena weħħlu dawk li ingħataw sentenza ta' priġunerija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:24381 - Reati Konnessi ma ' Pedofelija.doc
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' familji jew individwi li ħadu dar tal-gvern bil-kiri matul is-snin 2007, 2008 u 2009? Kemm kien in-numru ta' membri tal-familja li ħadu dawn id-djar tal-kiri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar allokat dawn il-postijiet bil-kera,
2007 - 174 post
2008 - 263 post
2009 - 219 post
Dawn jinkludu allokazzjonijiet, rikonoxximenti u tpartit bejn postijiet tal-gvern. In-numru ta’ persuni allokati post tal-gvern bil-kiri tvarja minn persuni waħedhom sa familji bit-tfal.
Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arms Ltd toħroġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċevih minn Settembru u n-nies tal-istess triq irċevewh?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd. li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi kont għal dan l-aħħar 11-il xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd. li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24182 u jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi kont għal dan l-aħħar 11-il xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24182.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24158, 24015, 23733 u 23240 u jgħid fiex waslu l-istudji fuq it-trab iswed li jaqa' fuq is-south ta' Malta?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24181 u jara li l-kumpanija Arms Ltd toħroġ il-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċevih minn Settembru u n-nies tal-istess triq irċevewh?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24181.
Jista' l-Ministru jara l-kaz tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kienet tgħix is-Central Home il-Mosta fejn kienu jaqtgħulha mill-pensjoni u skont din is-sinjura minkejja li ħarġet minn hemmhekk, xorta waħda baqgħu jaqtgħulha l-flus mill-pensjoni? Hi rrapurtat ħafna drabi lis-social service u qalulha li mexxew l-każ.
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi l-kont tad-dawl u ilma minn Settembru 2010 u fejn qabel kienet tirċevih regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.