Legislature:
Category:
Reset
Active:

ħaddiema mal-Airmalta jew MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Airmalta jew MIA mis-sena 2010 sal-lum? Kemm ġew ħaddiema on loan ma' postijiet oħra? Fejn marru u xi grad kellhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24557.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' armla li, d-dettalji qed jingħataw separatament, li din għandha xi kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma ta' €276.56 u li meta r-raġel tagħha kien ħaj qalulu biex ma jħallas xejn peress li kellu vouchers ta' €24.10, €80.32, €80.04, u €24.19 u issa rċeviet kont ieħor ta' €268.04? Jista' jagħti rendikont ta' x'għandha tagħti eżatt meta tnaqqas il-vouchers li ammontaw għal madwar €208?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Arms Ltd tiċċekja kont tad-dawl u ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba li mill-4 ta' Diċembru 2010 sat-28 ta' Jannar 2011 kont ta' xahar f'post li ma jintuzax ġie jammonta għal €777.73? Jista' dan il-kont jiġi verifikat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

MCAST — student

Question

Tista' l-Ministru tara jekk student, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li ġej minn single parent u jmur l-MCAST jistax jieħu aktar stipendju għax kien hemm min infurmah li peress li ġej minn single parent huwa intitolat għal aktar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudent imsemmi jista’ japplika għal-għotja Supplimentari fl-istipendju tiegħu jekk kemm-il darba jimla l-formola u jehmeż il-provi meħtieġa u jgħaddihom lis-sezzjoni tal-istipendji ġewwa l-MCAST. Dawn l-applikazzjonijiet jitressqu quddiem l-iStudents Maintenance Grants Board għall-approvazzjoni tiegħu skont ir-regoli.

ħaddiema mal-Air Malta jew MIA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24223 u jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Air Malta jew Malta International Airport mis-sena 2010 sal-lum? Kemm marru ħaddiema on loan ma' postijiet oħra? Fejn marru u xi grad kellhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24557.

Awtorità tad-Djar — Talba għal sussidju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24191, tista' l-Ministru tara li kemm jista' jkun malajr tingħata l-konferma biex ikun jista' jitmexxa l-każ peress li hemm persuna b'diżabilità ħalli jkun jista' jitlesta x-xogħol qabel tibda x-xitwa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għada qed tistenna dokumenti minn xi entitajiet sabiex tkun inġabret l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-assi u d-dħul tal-applikanti u b’hekk jiġi stabbilit jekk jikkwalifikawx taħt il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentaġġ tal-għajnuna li jikkwalifikaw għaliha.

Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W129, tista' l-Ministru tgħid meta l-Liġi tar-Regolatur se tiġi fis-seħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa d-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali qed jaħdem fuq abbozz tal-liġi dwar ir-Regolatur. Meta jintemm dan il-proċess huwa ppjanat li jitressaq l-abbozz ta’ din il-liġi fil-Parlament.
Leg 11 PQ #24780 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati tal-Ġustizzja — ordni ta' probation jew sentenzi sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ngħataw ordni tal-Probation u/jew sentenzi sospiżi fl-2010 fil-Qrati tal-Ġustizzja? Fuq liema każijiet ingħataw dawn is-sentenzi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2010 mill-Qorti tal-Maġistrati u mill-Qrati Kriminali ingħataw 505 u 34 sentenza sospiża rispettivament, filwaqt illi mill-Qorti t'Għawdex ingħataw 12-il sentenza sospiża. Fil-każ ta' persuni li ngħataw ordni tal-probation, ninsab infurmat illi kien hemm 228 persuna. Rigward l-aħħar domanda dawn is-sentenzi ingħataw fil-konfront ta' diversi reati fejn il-Qorti hija awtorizzata bil-Liġi li tista' tagħti sentenza sospiża. Fil-każ ta' dawk il-persuni li ngħataw ordni ta' probation, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-każijiet.

Djar tal-Anzjani — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet is-sena l-oħra fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern u dawk tal-privat? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ispezzjonijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

liċenzja tat-triq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23419, jista' l-Ministru jara każ ta' Sinjura, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li din minkejja li ħallset €52.50c tal-liċenżja tat-triq u minkejja li poġġiet il-flus flimkien mal-karti mitluba, huma qed isostnu li ma rċevew xejn? Din is-Sinjura lesta tidher quddiem min huwa resposabbli biex il-każ jiġi solvut u ma jirrepetix ruħu ma' konsumaturi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.23419.

Servizz ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob is-servizz ta' facilitator?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u qiegħda tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Panel għamel kuntatt mal-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġà hemm fl-iskola, sakemm ikun imissu skont il-lista tar-reġistrazzjoni. Fil-fatt dan it-tifel qed jingħata għajnuna minn complementary teacher u qed jingħata ukoll xogħol adattat speċifikament għalih.

Applikazzjoni għad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' kopja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikaw għad-dawl u ilma u qalulhom li jinsabu fuq direttiva u issa l-kuntratt tax-xiri tal-post jiskadi fl-aħħar tax-xahar ta' Marzu u huma jixtiequ li jkollhom is-servizzi tad-dawl u ilma liema servizz diġà applikaw għalih?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi s-servizz ġdid ta’ l-ilma ngħata lill-applikant nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu, 2011. Rigward l-applikazzjoni tad-dawl il-Korpoazzjoni Enemalta għaddejja b’direttiva trejdjunjonistika li iżomm lil ħaddiema milli jipproċessaw l-applikazzjonijiet tal-konsumaturi. Għal aktar dettalji dwar l-azzjoni nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24489.

Airmalta — tibdil ta' uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Air Malta hux se tibdel l-uniformijiet tal-ħaddiema tagħha? Jekk iva, kemm se tkun l-ispiża? Se tingħata lil kulħadd? Il-ħaddiema se jħallsu għal dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

ħaddiema mal-Airmalta jew MIA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24385 u 24223 u jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Air Malta jew MIA mis-sena 2010 sal-lum? Kemm ġew ħaddiema on loan ma' postijiet oħra? Fejn marru u xi grad kellhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ impjegati li kienu jaħdmu ma’ l-Airmalta u li mis-sena 2010 sal-lum ġew ‘seconded’ ma’ postijiet oħrajn huwa ta’ tlieta. Id-dettaliji qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li ilu ma jirċievih ix-xhur meta nies oħra irċevew il-kontijiet tal-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lil-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Sussidju tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet tirċievi s-sussidju tad-dawl u ilma, dan l-aħħar xhur ma baqgħetx tirċievi dan is-sussidju?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-sigurtà soċjali.

Pilloli Agregex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jagħtix il-pilloli Agregex peress li hemm individwu ta' 58 sena li qatgħulu parti minn saqajh minħabba ċ-ċirkolazzjoni u ġie mitlub li jieħu dawn il-pilloli regolari u hija diffiċli għalih li jixtri dawn il-pilloli?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-pilloli Agregex (Clopidogrel) jingħataw biss lill-pazjenti li jiġu operati biex tinfetħilhom l-arterja miżduda, fejn titpoġġa bħal molla (stent) biex l-arterja ma terġax tidjieq kif ukoll lil min jiġi rikoverat l-isptar bis-sindromu koronarju akut (Acute Coronary Syndrome).

verifika ta' kont

Question

Jista' l-Minsitru jivverifika kont li rċieva individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jgħix waħdu peress li qed jarah għoli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ ta' sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għandu xi persuni b'diżabilità fil-flat u applika għal flat ieħor u qiegħed iħoss li saret inġustizzja miegħu? Jista' jiġi kkuntattjat u jiġi spjegat lilu l-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar it-23 ta’ Diċembru, 2010 u l-post indikat mill-applikant ġie allokat lill-terzi nhar is-16 ta’ Diċembru, 2010. Għaldaqstant ma saret l-ebda inġustizzja mal-persuna.
Leg 11 PQ #24496 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Persuna li korriet tarbija

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li seħħ fis-sena 2007 ta' omm, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin fejn kellha tlett xhur u nofs tqala u din it-tarbija l-omm korrietha wara li hija kienet talbet kura meta bdiet tħoss uġiegħ mhux tas-soltu? Tista' tingħata informazzjoni dwar : X'sar mill-kampjuni tal-awrina li jiddeterminaw jekk it-tfajla kenitx tqila jew le? Għala minn dawn il-kampjuni ma ġietx stabbilita it-tqala tat-tfajla? Id-doża ta' metodone kkawżat xi korriment fuq it-tqala tagħha? It-tabib tal-ħabs ezaminha lit-tfajla fiż-żmien raġjonevoli? X'sar mill-fetu sħiħ li skont l-omm ratu ffurmat bir-ras, bl-idejn u saqajn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant daħlet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin nhar il-Ħamis, 27 ta' Diċembru 2006, fis-1.30pm. Dakinhar ġiet eżaminata mit-tabib li kien għassa. Kif dejjem isir, fost it-testijiet li saru kien hemm dak magħruf bħala l-HIT jew il-pregnancy testperess li l-persuna ma ndikatx li kienet tqila. Fl-istess ġurnata, jiġifieri fis-27 ta' Diċembru 2006, il-kampjun intbagħat l-Isptar San Luqa għall-analiżi meħtieġa. Irriżulta li din il-persuna kienet tattendi d-detox u kellha 45cc ta' methadone. Għalhekk, il-Ġimgħa 28 ta' Diċembru 2006 hija ġiet riferuta lill-Isptar Monte Carmeli fejn, wara li ġie stabbilit li kienet fuq methadone, intbagħtet lura lejn il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin il-Ħadd, 30 ta' Diċembru 2006. It-Tlieta 2 ta' Jannar 2007 għal xi 12.15pm it-tabib ġie infurmat illi l-imsemmija persuna kienet uriet ċerti sintomi u wara li eżaminha bagħatha l-Isptar u tqiegħdet fil-Ward tal-Gynae, fejn instab illi kienet korriet. Wara li ngħatat il-kura meħtieġa, intbagħtet lura ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fit-3 ta' Jannar 2007. F'din l-istess ġurnata l-faċilità rċeviet ir-riżultat tal-HIT test. Rigward l-aħħar domanda, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferiha lill-Minsitru kkonċernat.