Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ilha żmien iċċempel biex jinħareġ il-kont regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ kont ta' garaxx, li ilu ma joħroġ minn Frar 2010 u peress li huwa ta' persuna b'diżabilità, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tixtieq li jitmexxa l-kont?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ingħatat lil Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma ta' anzjana li d-dettalja tagħha qed jintbagħtu separatament, għax ilha ma tirċevih ix-xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lil Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex il-problemi li hemm fis-sistema tad-drenaġġ ġewwa Albert Town, il-Marsa li kull darba jfur mill-fabbrika li hemm fil-qrib jiġu solvuti? Hemm il-ħsieb li l-gvern ineħħi l-biċċerija? Hemm il-ħsieb li jibdel is-sistema tad-drenaġġ? X'tip ta' laqgħat saru fuq din il-problema? Ma' min u meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għaddejja b’taħdidiet u laqgħat ma’ uffiċjali tal-Ministeru tar-Riżorsi u affarijiet Rurali kif ukoll ma' uffiċjali tal-Wasteserv biex isaħħu u jtejbu s-sistemi tad-drenaġġ interni.
Rigward il-parti tal-mistoqsija relatata mal-Biċċerija nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat il-kont tad-dawl u ilma ta' penzjonat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li jgħix waħdu u li ġieh kont ta' €1,157.81 meta dan qabel kien jiġih xi €71?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Residenza San Vinċenz de Paule — applikazzjoni ta' anzjana
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li t-tifel tagħha jixtieq li ommu li tinsab f'home li hija sussidjata mill-gvern u issa ġiet bedridden, tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule biex ikollha l-attenzjoni mixtieqa, peress li ilha xhur li applikat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità m’għandu l-ebda applikazzjoni bin-numru tal-Karta tal-Identità li qiegħed jikkwota l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jara l-ilmenti li qed ikun hemm mill-pubbliku fuq iċ-ċimiterju ta’ Marija Addolorata minħabba nuqqas ta' ilma? Għaliex it-tankijiet tal-ilma qed jitwaħħlu biss f’Jum l-Omm u Jum il-Missier? Veru li l-ġibjun għadu bla ilma, minkejja li ġie restawrat? Jikkonferma li fejn il-gate il-kbira minn wara m’hemmx ilma fil-vitijiet li qed iwassal biex il-pubbliku lanqas ikollu biex jaħsel idejh?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma hija waħda qadima u matul is-snin din ġarrbet diversi ħsarat li sabiex tinbidel din trid ippanjar, speċjalment peress li din is-sistema għaddejja minn taħt l-art.
It-tankijiet jintużaw biss meta f’okkażżjonijiet speċjali n-numru ta’ nies tkun tali li l-provvista tal-ilma ma tlaħhaqx u dan jigri peress li jinfetħu ħafna vitien fl-istess waqt. It-tankijiet ma jitħallewx tul is-sena kollha, għaliex is-sitwazzjoni f’kundizzjoniliet normali ma tirrekjedix l-użu tagħhom.
Filwaqt li nikkonferma illi l-ġibjun tnaddaf u sar survey dwaru, madankollu l-effettività tiegħu tkun tista’ tinħass meta t-tiswijiet tas-sistema ta’ d-distribuzzjoni tal-ilma titwettaq kollha.
Nikkonferma wkoll li bħalissa m’hemmx ilma fil-vit li qiegħed fejn il-bieb ta’ wara imma din is-sitwazzjoni sejra tiġi ndirizzata mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jara li l-Arms Ltd tiċċekkja kont ta' koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li rċievew kont għoli wara sena u qed iħossu li komparat ma' xhur ilu ġie ferm għoli u jixtiequ jaraw jekk hemmx xi żball?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lill-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24020, jista' l-Ministru jara sewwa u jidħol fid-dettal ta' każ ta' probelma ta' parking fejn is-Sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma jistax joħroġ bil-karozza għax qabel kellu double line li kien ilu hemm żmien u issa Transport Malta qalulu li meta kejlu minn faċċata sa faċċata kien hemm sitt metri u dan is-Sinjur qed jgħid li dawn is-sitt metri jibdew minn taħt il-bankina għax il-karozzi ma jgħaddux minn fuq il-bankina u għaldaqstant dan is-Sinjur qiegħed jitlob reviżjoni tat-talba tiegħu għax huwa ma jistax joħroġ bil-karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 24020, li kienet tittratta dwar sinjali in ġenerali fl-imsemmija triq, fil-25 ta' Frar 2011, l-Awtorita’ tat-Trasport bagħtet linji gwida lill-Kunsill Lokali rispettiv, kif ukoll talbet lill-istess Kunsill sabiex jipprepara u jissottometti pjanta li tindika l-proposta tal-Kunsill Lokali għal-linji u sinjali meħtieġa f'din it-triq. Sal-lum il-Kunsill Lokali għadu ma ssottomettiex din il-proposta kif mitlub fil-25 ta' Frar 2011.
B'referenza għall-każ partikolari msemmi, fis-26 ta' Ottubru, 2010 l-Awtorita’ kienet diġa` ikkonsultat mal-Kunsill Lokali, wara li rċeviet ilment mingħand sid il-post rigward linji sofor li tneħħew mill-Kunsill Lokali stess u li rriżulta li kienu bla permess. L-Awtorita` ma bagħtet l-ebda korrispondenza rigward distanzi ta' wisa` tat-triq. Peress li l-Kunsill Lokali baqa’ ma bagħtx ir-risposta tiegħu għall-ittra tal-Awtorita`, dan il-każ intbagħat għad-deċiżjoni tal-Bord għall-immaniġġjar tat-traffiku.
Problema ta Drenaġġ f'Raħal Ġdid — Triq Żabbar u Triq Mater Boni Consigli u St. Joseph
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24537, jista' l-Ministru jgħid x'sar wara li kien hemm l-ilment? X'kien ir-riżultat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi saret spezjoni fuq il-post mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma u ma sabu xejn irregolari. Peress li hemm diversi residenzi fil-post indikat, nitolbu lil konsumatur affetwat sabiex iċempel lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma fuq il-freephone sabiex jiġi ikkuntatjat u issir spezjoni oħra kif ikun meħtieġ.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuna li korriet tarbija
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24496, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-fetu sħiħ li skont ma qalet l-omm, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ratu ffurmat bir-ras, bl-idejn u saqajn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba fuq dan il-każ speċifiku tkun qed tikser il-kunfidenzjalità kif ukoll l-etika professjonali, sakemm ma jkunx hemm il-permess u l-kunsens tal-pazjenta ikkonċernata. Il-policy fid-Dipartiment tal-Patoloġija tgħid li, jekk jinstab fetu fit-tessuti, għandha ssir difna u jekk fit-tessuti jirriżulta li ma jkunx hemm fetu issir inċinerazzjoni.
Tappira f'Raħal Ġdid — Triq San Ġorġ u Triq Schriber
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24538, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi wara t-tweġiba li ngħatat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol meħtieġ sabiex jitneħħa l-inkonvenjent rapportat, sar mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma l-ġimgħa li għaddiet. Jekk jerġa jkun hemm xi nkonvenjent ieħor, nitlob lill-konsumatur ikkonċernat sabiex iċempel fuq il-freephone u jirraporta l-problema.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru jara l-każ ta' koppja miżżewġa, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn il-mara hi Tuneżina waqt li r-raġel hu Malti li ilhom miżżewġin mis-sena 2000, peress li fis-sena 2005 marret tapplika għaċ-ċittadinanza u dejjem jibagħtu għaliha u anke ġew id-dar xi membri tal-Korp tal-Pulizija u baqgħet bla risposta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minħabba xi ċirkustanzi ta' dan il-każ, it-talba għaċ-ċittadinanza Maltija mill-persuna kkonċernata għadha qed tiġi mistħarrġa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23005, jista' l-Ministru jara x'ġara miċ-ċekk għax issa għadda ż-żmien mhux ħażin u din il-koppja anzjana ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan iċ-ċekk ser jinħareġ fil-ġranet li ġejjin.
Tista' l-Ministru tara għaliex koppja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ħaditx il-bonus ta' Jannar u Diċembru 2010 u jidher li lanqas m'hi se tieħu dak ta' Ġunju 2011? Huma marru d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali l-Belt u marru ukoll Ħal Luqa u anke l-Kunsill Lokali tal-Gudja. Tista' l-Ministru tara l-każ u li din il-koppja jkollha bil-miktub ir-risposta għax wara dawn ix-xhur kollha qatgħu qalbhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment ħa l-passi neċessarji sabiex il-koppja imsemmija qed tirċievi il-bonus dovut lilha.
Jista' l-Ministru jgħid meta persuna jkollha numru ta' ċitazzjonijiet fuq il-karozza, liema karozza ma tintużax u se tiġi scrapped, x'inhi l-proċedura normali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qabel ma vettura tiġi skrappjata, iridu jitħallsu ċ-ċitazzjonijiet kollha pendenti.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' dawk in-nies li għamlu l-pannelli fotovoltaici, applikaw għall-arloġġ u n-nies tal-gvern għadhom ma marrux iwaħħluħ, applikaw għas-sussidju tal-units u minkejja li għaddew aktar minn xahrejn għadhom ma rċevew xejn u l-arloġġ għadu ma ġiex imwaħħal?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24489.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24781 u jgħid kemm saru spezzjonijiet is-sena l-oħra fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern u dawk tal-privat? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ispezzjonijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont ta' dawn il-kontijiet, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li ilhom ma joħorġu xhur u peress li r-residenta hija nieqsa mid-dawl tixtieq li tibda tirċievi l-kont regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ingħatat lil-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.